This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1813
Commission Regulation (EC) No 1813/2004 of 19 October 2004 amending Regulation (EC) No 1433/2003 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 2200/96 as regards operational funds, operational programmes and financial assistance
1813/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1813/2004 tad- 19 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja
1813/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1813/2004 tad- 19 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja
ĠU L 319, 20.10.2004, p. 5–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 38–39
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1813/2004
tad-19 ta' Ottubru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003 tal-Kummissjoni (2) jipprevedi fl-Artikolu 17 tiegħu li l-Istati Membri, wara l-approvazzjoni tal-programmi operattivi ppreżentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jistipulaw l-ammont approvat tal-għajnuna mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru tas-sena li tippreċedi l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. Bl-għan li tittejjeb il-ġestjoni baġitarja tal-organizzazzjoni komuni tas-suq, jaqbel li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bl-ammont globali approvat tal-għajnuna għall-programmi operattivi kollha. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003 jipprevedi fl-Artikolu 26 tiegħu li d-dejta fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-fondi u programmi operattivi għandha tkun is-suġġett tar-rapporti tal-Istati Membri, li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni kull sena fl-1 ta' Ġunju skont l-Anness III tar-Regolament imsemmi. Iċ-ċifri biss li jirrigwardaw il-ħlasijiet tal-għajnuna finali li fil-fatt saru li għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul dawn l-aħħar snin, l-iskadenza doppja għall-komunikazzjonijiet taf tkun sors bla bżonn ta' kumplikazzjoni amministrattiva. Jaqbel li tiġi simplifikata, billi jiġi previst li r-rapporti tal-Istati Membri jintbagħtu kull sena mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru, u jinkludu d-dejta definittiva dwar il-ħlasijiet tal-għajnuna finali. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2033 jipprevedi, fl-Anness I tiegħu, lista eżawrjenti ta' azzjonijiet u ta' nefqiet li jistgħu jiġu koperti mill-programmi operattivi. Fost dawn in-nefqiet, jidhru fil-punt 2 tal-Anness imsemmi, l-ispejjeż speċifiċi tal-miżuri tat-titjib tal-kwalità li huma magħmula, fost oħrajn, mix-xiri ta' żrieragħ ċertifikati. L-esperjenza wriet li jeħtieġ li ssir kjarifika fir-rigward tat-terminu “żrieragħ ċertifikati”, permezz ta' referenza espliċita għad-Direttiva 2002/55/KE tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żrieragħ tal-ħxejjex (3), li tikkorrispondi għall-għan ta' titjib u ta' sostenn tal-kwalità msemmija fir-Regolament ta' hawn fuq. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1433/2033 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2033 huwa emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fit-30 jum wara din id-data, it-total globali tal-għajnuna approvata għall-programmi operattivi kollha f'daqqa.” |
2) |
Fl-Artikolu 26(1), id-data 1 ta' Ġunju tinbidel bid-data 15 ta' Novembru. |
3) |
Fl-Anness I, il-punt 2(d) jinbidel bit-test li ġej:
|
4) |
Fl-Anness III, il-parti 3, jitħassar il-punt 3. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Minkejja dan, l-Artikolu 1(3), ma japplikax għall-programmi operattivi diġà approvati mill-Istati Membri.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Ottubru 2004
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 47/2003 tal-Kummissjoni (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 203, 12.8.2003, p. 25.
(3) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).