Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0871

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 tad-29 ta' April 2004 li għandu x'jaqsam ma' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/01/2007; Imħassar b' 32006R1987

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/871/oj

    32004R0871



    Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0029 - 0031


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004

    tad-29 ta' April 2004

    li għandu x'jaqsam ma' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 66 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju ta' Spanja [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "SIS", imwaqqfa skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tal-1990 li implimentat il-Ftehim ta' Schengen tal-14 Ġunju 1985 fuq it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni [3], hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni tal-1990 ta' Schengen", tikostitwixxi għodda essenzali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Il-bżonn li tiġi żviluppata ġenerazzjoni ġdida SIS, li tkun it-tieni waħda, hawnhekk iżjed ‘il quddiem hija imsejħa "SIS II", li qed tħares lejn it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, u tippermetti d-dħul ta' funzjonijiet ġodda, filwaqt li tibbenefika mill-aħħar żviluppi fil-qasam tat-tekonoloġija tal-informazzjoni, ġiet rikonuxxuta u saru l-ewwel passi sabiex tiżviluppa din is-sistema ġdida.

    (3) Ċerti adattamenti ta' dispożizzjonijiet eżistenti u d-dħul ta' ċerti funzjonijiet ġodda jistgħu diġà iseħħu għal dak li għandu x'jaqsam mal-verżjoni kurrenti ta' SIS, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mal-proviżjoni ta' aċċess għal ċerti tipi ta' data li daħlu fis-SIS għall-awtoritajiet, u il-prestazzjoni korretta tal-kompiti tagħhom jitħaffef jekk ikunu kapaċi jagħmlu tfittxija għal dawn id-data, inkluż il-Europol u ċ-ċittadini membri ta' Eurojust, il-firxa tal-kategoriji ta' oġġetti neqsin li dwarhom jistgħu jiddaħħlu sejħiet ta' allarm u r-reġistrazzjoni tat-trasmissjonijiet ta' data perosnali. Il-faċilitajiet tekniċi li hemm bżonn għal dan il-għan iridu l-ewwel jiġu stabbiliti fl-Istati Membri.

    (4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Laeken tal-14 u 15 ta' Diċembru 2001 u b'mod partikolari il-Konkluzjonijiet Nri 17 (koperazzjoni bejn servizzi speċjalizzati kontra t-terroriżmu), 43 (Eurojust u l-koperazzjoni tal-pulizija f'dak li għandu x'jaqsam mal-Europol) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-21 ta' Settembru 2001 kontra t-terroriżmu jirreferu għall-bżonn li tissaħħaħ is-SIS u ttejjeb il-kapaċitajiet tagħha.

    (5) Barra dan, huwa bżonnjuż illi jsiru dispożizzjonijiet dwar il-bdil tal-infomazzjoni supplimentari bejn l-awtoritajiet nominati għal dak il-għan fl-Istati Membri kollha (Talba ta' Infomazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali), li jagħti lil dawn l-awtoritajiet bażi elettronika komuni u legali fid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Schengen 1990 u tistabbilixxi regoli dwar it-tħassir ta' data miżmuma mill-awtoritajiet.

    (6) L-emendi li għadnhom isiru għal dan l-iskop għad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li għandu x'jaqsam mas-SIS huma magħmulin minn żewġ partijiet.: dan ir-Regolament u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru bażat fuq l-Artikolu 30(1)(a) u (b), 31(a) u (b) u 34(2)(c) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Ir-raġuni għal dan hija li, kif stabbilit fl-Artikolu 93 tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990, l-għan tas-SIS huwa li tinżamm il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, inkluż is-sigurtà nazzjonali, fit-territorji tal-Istati Membri u li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-istess Konvenzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-moviment tal-persuni f'dawk it-territorji, billi tintuża l-informazzjoni komunikata permezz tas-SIS skond id-dispożizzjonijiet ta' dik il-Konvenzjoni. Peress li x'uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Schengen 1990 iridu jiġu applikati għaż-żewġ għanijiet fl-istess ħin, huwa xieraq li isir bdil ta' dawk id-dispożizzjonijiet f'termini identiċi u permezz ta' atti paralleli bażati fuq kull wieħed mit-Trattati.

    (7) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni fil-futur tal-leġislazzjoni neċessarja li tispjega fid-dettal l-arkitettura legali, l-objettivi, l-operazzjoni u l-użu ta' SIS II, bħal, iżda mhux limitat għal, regoli li jiddefinixxu aktar il-kategoriji ta' data li għandha tidħol fis-sistema, l-għanijiet li għalihom ikunu mdaħħla u l-kriterju tad-dħul, regoli li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut ta' records tas-SIS, il-konnessjonijiet bejn is-sistemi ta' sejħiet allarm, il-qbnil bejn is-sejħiet ta' allarm u regoli oħrajn dwar l-aċċess għal data SIS u l-ħarsien ta' data personali u l-kontroll tagħhom.

    (8) Għall-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-konnessjoni bejn dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, applikazzjoni, u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fl-erja msemmija fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċizjoni 1999/437/KE [4], fuq ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

    (9) Skond l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat tal-l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.. Meta wieħed iqis li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-istess Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament jekk timplimentahx fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (10) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tas-SIS għall-għan tal-applikazzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen dwar il-moviment ħieles tal-persuni; ir-Renju Unit ma applikatx u mhix beħsiebha tieħu sehem fis-SIS għal dawn l-għanjiet, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/365/KEE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [5]; ir-Renju Unit għalhekk ma hix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

    (11) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tas-SIS għall-iskop tal-applikazzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen dwar il-moviment tal-persuni; l-Irlanda ma applikatx u mhix beħsiebha tieħu sehem fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għal dawn l-għanjiet, skond id-Deċiżjoni Nru 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda li tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta Schengen [6]; l-Irlanda għalhekk mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew bl-applikazzjoni tiegħu.

    (12) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew b'mod ieħor li għandu x'jaqsam miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Schengen 1990 huma hawnhekk emendati kif ġej:

    1. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 92:

    "4. L-Istati Membri għandhom skond il-liġi nazzjonali ipartu permezz tal-awtoritajiet nominati għal dan il-għan (Sirene) l-informazzzjoni supplimentari kollha neċessarja li għandha x'taqsam mad-dħul ta' sistemi ta' allarm, u sabiex jitħalla li tittieħed l-azzjoni neċessarja li tippermetti l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed fil-każijiet fejn persuni li dwarhom, u oġġetti li dwarhom, iddaħlet data fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, tinstab bħala riżultat ta' tfittxijiet li jsiru f'din is-Sistema. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss għall-iskop li għaliha ġiet trasmessa."

    2. punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94(3) għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

    "(a) il-kunjom u l-ismijiet ta' qabel, xi psewdonomi possibilmemt jiddaħlu b'mod separat;

    (b) xi karatteristiċi speċifiċi oġġettivi li ma jinbidlux;

    (ċ) (…);

    (d) post u data tat-twelid;

    (e) sess;

    (f) nazzjonalità;

    (g) jekk il-persuni konċernati humiex armati, vjolenti jew maħruba;

    (h) raġuni għal sejħa ta' allarm;

    (i) passi li għandhom jittieħdu;"

    3. is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 101(1):

    "Madankollu, l-aċċess għal data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li tfittex għal din id-data direttament tista' wkoll tiġi eserċitata mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inter alia, dawk responsabbli għall-bidu ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċeduri kriminali u inkjesti ġudizzjarji qabel ma ssir l-att tal-akkuża, fil-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom, kif spjegat fil-leġislazzjoni nazzjonali."

    4. L-Artikolu 101(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "2. Barra dan, l-aċċess għal data mdaħħal skond l-Artikolu 96 u data dwar dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' persuni mdaħħla skond l-Artikolu 100(3)(d) u (e) u d-dritt ta' tfittxija ta' din id-data b'mod dirett tista' tiġi eżerċitata mill-awtoriatajiet responsabbli għall-ħruġ tal-viżas, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet ta' viżas u l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' permessi ta' residenza u għall-amministrazzjoni ta' leġislazzjoni dwar barranin fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni li għandha x'taqsam mal-moviment ħieles tal-persuni. L-aċċess għal data minn dawn l-awtoritajiet għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru."

    5. it-tieni sentenza tal-Artikolu 102(4) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    "Permezz ta' deroga, data mdaħħla skond l-Artikolu 96 u data dwar dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' persuni mdaħħla skond l-Artikolu 100(3)(d) u (e) tista' tiġi użata skond il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru għall-iskopijiet tal-Artikolu 101(2) biss."

    6. L-Artikolu 103 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 103

    Kull Stat Membru għandu jassigura li kull trasmissjoni ta' data personali tkun reġistrata fit-taqsima nazzjonali tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen mill-awtorità tal-amministrazzjoni ta' data file għall-iskop li jiġi verifikat jekk it-tfittxija hijiex ammissibbli jew le. Ir-reġistrazzjoni tista' tintuża għal dan il-għan biss u għandha titħassar wara perjodu ta' sena u l-aktar wara perjodu ta' tlett snin."

    7. L-Artikolu li ġej għandu jidaħħal:

    "Artikolu 112 A

    1. Id-data personali miżmuma f'fajls mill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 92(4) bħala riżultat ta' skambju ta' informazzjoni skond dak il-paragrafu, għandha tinżamm biss għal dak iż-żmien li jista' jkun hemm bżonn sabiex jintlaħaq l-għanijiet li għalihom ingħataw. Din id-data f'kull każ għandha tiġi mħassra l-aktar sa sena wara s-sejħa jew is-sejħiet ta' allarm dwar il-persuna jew l-oġġett konċernat ġew imħassra mis-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen.

    2. Il-Paragrafu 1 ma għandux jippreġudika id-dritt tal-Istati Membri li jżommu fil-fajls nazzjonali, data dwar sejħa ta' allarm partikolari li dak l-Istati Membru ħareġ jew sejħa ta' allarm li dwarha ittieħdet azzjoni fuq it-territorju tiegħu.. Il-perjodu ta' żmien li għaliha din id-data tista' tinżamm f'dawn il-fajls għandha tiġi regolata bil-liġi nazzjonali."

    8. L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

    "Artikolu 113 A

    1. Data li mhix data personali li hija miżmuma fil-fajls mill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 92(4) bħala riżultat ta' skambju ta' informazzjoni skond dak il-paragrafu, għandhom jinżammu biss għal dak iż-żmien li hemm bżonn sabiex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ġew mogħtija. Din f'kull każ għandha titneħħa l-aktar sa sena wara li s-sejħa ta' allarm jew is-sejħiet ta' allarm dwar il-persuna jew oġġett ikunu tneħħew mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.

    2. Il-paragrafu 1 ma għandux jippreġudika id-dritt tal-Istati Membri li jżommu fil-fajls nazzjonali, data dwar sejħa ta' allarm partikolari li dak l-Istati Membru ħareġ u li dwarha ittieħdet azzjoni fuq it-territorju tiegħu.. Il-perjodu ta' żmien li dawn il-fajls jistgħu jinżammu għandu jkun regolat bil-liġi nazzjonali."

    Artikolu 2

    1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata li tiġi wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    2. Dan għandu jgħodd mid-data li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi unanumament hekk kif il-prekondizzjonijiet neżessarji jiġu mwettqa. Il-Kunsill jistgħa jiddeċiedi li jagħmel dati differenti sabiex ikun hemm dati differenti li jgħoddu għal dispożizzjonijiet differenti.

    3. Kull Deċiżjoni tal-Kunsill skond il-paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. McDowell

    [1] ĠU C 160, 04.07.02, p. 5.

    [2] ĠU C 31 E, tal-5.2.2004, p. 122.

    [3] ĠU L 239, 22.09.00, p. 19.

    [4] ĠU L 176, 10.07.99, p. 31.

    [5] ĠU L 131, 01.06.00, p. 43.

    [6] ĠU L 64, 07.03.02, p. 20.

    --------------------------------------------------

    Top