EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0868

Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-Komunità Ewropea

ĠU L 162, 30.4.2004, p. 1–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/05/2019; Imħassar b' 32019R0712

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/868/oj

32004R0868



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0001 - 0007


Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-Komunità Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Il-pożizzjoni kompetittiva tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità meta jipprovdu s-servizzi ta' l-ajru għal, via jew mill-Komunità tista' tkun affettwata ħażin bl-atti mhux ġusti u diskriminatorji mit-trasportaturi bl-ajru li mhux qegħdin fil-Komunità li jipprovdu l-istess servizzi.

(2) Dawn il-prattiċi diskriminatorji u inġusti jistgħu jirriżultaw minn sussidjar jew forom oħra ta' għajnuniet mogħtija mill-gvern jew korpi reġjonali jew organizzazzjonijiet oħra ta' pajjiż li m'huwiex membru tal-Komunità jew minn ċertu prattiċi ta' prezzijiet minn trasportaturi bl-ajru li m'huwiex fil-Komunità li jibbenifika minn vantaġġi li m'humiex kummerċjali.

(3) Hu meħtieġ li jkunu definuti l-miżuri ta' rimedju li għandhom jittieħdu kontra dawn l-atti mhux ġusti.

(4) Fi ħdan il-Komunità hemm regoli stretti li jikkonċernaw l-għoti ta' għajnuna mill-Istat lit-trasportaturi bl-ajru, u għat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità sabiex ma jitpoġġewx f'pożizzjoni kompetittiva żvantaġġjata u jsoffru preġudizzju hemm il-ħtieġa għall-strument li joffri protezzjoni kontra t-trasportaturi bl-ajru li ma humiex fil-Komunità li huma sussidjati jew jirċievu benefiċċji oħra mill-gvernijiet.

(5) Dan ir-Regolament m'huwiex intiż sabiex jieħu post ftehimiet ta' servizzi ta' l-ajru ma' terzi pajjiżi li jistgħu jintużaw sabiex ikunu negozzjati effettivament ma' prattiċitajiet koperti minn dan ir-Regolament; fejn jeżisti strument legali fuq livell ma' Stat Membru li jkun jista' jagħti risposta sodisfaċenti fi żmien raġonevoli, dak l-istrument jieħu preċedenza fuq dan ir-Regolament ghal dak il-perjodu.

(6) Il-Komunità għandha tkun tista' tieħu azzjoni sabiex tirrimedja dawn il-prattiċi li nġusti li jirriżultaw minn sussidji mogħtija mill-Gvern ta' pajjiż li m'huwiex membru tal-Komunità; il-Komunità għandha li tista' ukoll tindirizza prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti.

(7) Għandu jkun determinat meta sussidju għandu jitqies li jeżisti u skond għal-liema prinċipji għandu jkun opponut, partikularment jekk is-sussidju kienx immirat lejn ċerti intrapriżi jew oqsma jew inċidentalment qiegħed fuq provvista ta' servizzi ta' l-ajru lill-terzi pajjiżi.

(8) Sabiex tkun stabbilita l-eżistenza ta' sussidju, hu meħtieġ li jintwera li kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra via fondi trasferiti jew djun dovuti ta' kull xorta li jipprezentaw id-dħul għall-gvern huma minsija jew mhux miġbura, u li l-benefiċċju nagħta lill-impriża reċipjenti.

(9) Għandu jkun stabbilit meta prattiċi ta' prezzijiet mhux ġusti għandhom jitqiesu li jeżistu; eżami tal-prattiċi tal-prezzijiet tat-trasportaturi bl-ajru ta' terzi pajjiżi għandhom ikunu restritti għal dak in-numru ta' każijiet limitati meta t-trasportaturi bl-ajru ikun qiegħed jibbenefika minn vantaġġ li ma huwiex kummerċjali li ma jkunx jista' jkun identifikat ċar bħala sussidju.

(10) Għandu jkun iċċarat li atti tal-prezzijiet mhux ġusti jistgħu jitqiesu li jeżistu biss f'każijiet fejn l-att tingħaraf kjarament minn prattika normali kompetittiva tal-prezzijiet; il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija dettaljata sabiex tkun stabbilita l-eżistenza ta' l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet

(11) Ikun xieraq aktar li jitniżżlu gwidi dettaljati u ċari għal dawk il-fatturi li jistgħu jkunu relevanti sabiex jistabbilixxu jekk is-sussidju jew l-ipprezzar inġust tas-servizzi ta' l-ajru provduti mit-trasportaturi bl-ajru li m'humiex fil-Komunità kkawzaw preġudizzju jew huma ta' theddida li jistgħu jikkawżaw preġudizzji, għandha tingħata attenzjoni għall-effetti ta' fatturi oħrajn, u għandha tingħata konsiderazzjoni għall-fatturi magħrufa u relevanti u indikazzjonijiet ekonomiċi li għandhom piż fuq l-istat ta' l-industrija, u partikularment dawk il-kondizzjonijiet tas-suq predominanti fil-Komunità.

(12) Huwa essenzali li jkunu definuti it-termini "Trasportaturi bl-ajru tal-Komunità", "Industrija tal-Komunità", u "Bħas-servizz ta' l-ajru.".

(13) Huwa meħtieġ li jkun speċifikat minn jista' jagħmel ilment u l-informazzjoni li dan l-ilment irid ikollu; ilment ma għandux jintlaqa' fejn hemm nuqqas ta' xhieda tal-preġudizzju biex ikun proċessat.

(14) Huwa mixtieq li jitniżżlu l-proċeduri li għandhom jittieħdu fl-istħarriġ ta' atti mhux ġusti minn trasporataturi li m'humiex fil-Komunità; din il-proċedura għandha tkun limitata fiż-żmien.

(15) Huwa meħtieġ li titniżżel il-manjiera kif il-partijiet interessati għandhom ikunu avżati ta' l-informazzjoni li l-awtoritajiet jinħtieġu; partijiet interessati għandhom ikollhom biżżejjed opportunità li jippreżentaw ix-xhieda relevanti kollha u jiddefendu l-interessi tagħhom; huwa wkoll meħtieġ li jitniżżlu r-regoli u l-proċeduri li għandhom jittieħdu waqt l-istħarriġ, partikularment ir-regoli fejn il-partijiet interessati jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom u jdaħħlu l-informazzjoni fiż-żmien speċifikat, jekk dawn il-fehmiet jew informazzjoni għandhom jittieħdu qies tagħhom; waqt li jirrispettaw il-konfidenzalità kummerċjali, huwa meħtieġ li l-partijiet interessati jitħallew ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li jkollha x'taqsam ma' l-istħarriġ li hija relevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom; huwa meħtieġ li jkun provdut meta ma jkunx hemm kooperazzjoni sodisfaċenti mill-partijiet, li tista' tintuża' informazzjoni oħra sabiex ikunu stabbiliti r-riżultati u dik l-informazzjoni tista' tkun anqas favorevoli għall-partijiet milli kieku kkooperaw.

(16) Huwa meħtieġ li jitniżżlu l-kondizzjonijiet taħt liema miżuri proviżorji jistgħu jkunu imposti; dawn il-miżuri jstgħu fil-każijiet kollha jkunu imposti mill-Kummissjoni għall-perjodu ta' sitt xhur biss.

(17) Stħarriġ jew proċeduri għandhom jintemmu meta ma jkunx hemm il-bżonn li jkunu imposti miżuri, per eżempju jekk l-ammont ta' sussidju, il-grad tal-prezzjiet inġust jew il-preġudizzju jkun żgħir; proċedura ma għandhiex tkun mitmuma sakemm id-deċiżjoni tat-terminazzjoni hija akkumpanjata minn prospett tar-raġunijiet għaldaqshekk; dawk il-miżuri għandhom ikunu anqas mill-ammont kompensabbli sussidjat jew il-livell tal-prezzijiet inġust, jekk dan lanqas ammont ineħħi l-preġudizzju.

(18) Huwa meħtieġ li jkunu provduti li l-livelli ta' miżuri ma għandhomx jeċċedu l-valuri tas-sussidji jew l-iżvantaġġi mhux kummerċjali mogħtija skond il-każ jew is-somma li tikkorispondi għall-preġudizzju kkawżati, meta dan huwa anqas.

(19) Huwa meħtieġ iżda li l-miżuri jibqgħu fis-seħħ biss sakemm jitneħħew is-sussidji jew il-prezzijiet mhux ġusti li jikkawżaw il-preġudizzju.

(20) Għandha tingħata preferenza għad-doveri meta tiġi għall-impożizzjoni tal-miżuri; meta d-doveri juru li ma humiex xierqa, jistgħu jkunu konsidrati miżuri oħra.

(21) Huwa neċessarju li jkunu speċifikati proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' impriżi li jeliminaw jew jikkontrobilanċjaw is-sussidji kompensabbli jew il-prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti u l-preġudizziji kkawżati minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri temporanji jew permanenti; huwa wkoll xieraq li jitniżżlu l-konsegwenzi ta' ksur jew irtirar ta' impriżi.

(22) Huwa meħtieġ għall-previst ta' reviżjoni imposti fil-każijiet fejn tintefa' xhieda biżżejjed taċ-ċirkostanzi mibdula.

(23) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [4].

(24) Il-forma u l-livell ta' miżuri u l-infurzar tagħhom għandhom jitniżżlu fid-dettall f'Regolament li jimponi dawn il-miżuri.

(25) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li kull miżura meħuda bis-saħħa ta' dan ir-Regolament huma skond l-interess tal-Komunità; l-istima ta' l-interess tal-Komunità jinvolvi l-identifikazzjoni ta' raġunijiet li jwasslu għall-konklużjoni ċara li t-teħid ta' miżuri ma jkunux fl-interess ġenerali tal-Komunità. Dawn ir-raġunijiet ta' konvinċiment jistgħu, per eżempju, jinkludu każijiet fejn l-iżvantaġġ għall-konsumaturi jew partijiet interessati oħra jkun hemm sproporzjonament ċar għal kull żvantaġġ mogħti lill-industrija tal-Komunità bl-impożizzjoni tal-miżuri.

(26) Sakemm l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-aktar il-protezzjoni kontra s-sussidju u l-prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi ta' l-ajru minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea jistgħu ma jintlaħqux sodisfaċament mill-Istati Membri u għaldaqstant ikunu akkwistati aħjar fuq livell tal-Komunità, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipji ta' sussidju kif imniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

1. Dan ir-Regolament iniżżel il-proċedura li għandha tkun segwita sabiex tagħti protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti fil-provvista tas-servizzi ta' l-ajru minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea sakemm jiġu kkawżati preġudizzji fl-industrija tal-Komunità.

2. Dan ir-Regolament ma għandux jiskarta l-applikazzjoni ta' qabel tad-dispożizzjonijiet speċjali fil-ftehimiet tas-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

3. Dan ir-Regolament ma għandux jiskarta l-applikazzjoni tad-dispożizzzjonijiet speċjali fil-ftehimiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Prinċipji

Miżuri ta' rimedji li jistgħu jkunu imposti għall-għanijiet ta' kontrobilanċ:

1. sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għat-trasportatur bl-ajru li ma humiex fil-Komunità; jew

2. prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti mit-trasportaturi bl-ajru mhux fil-Komunità;

jikkonċernaw il-provvista ta' servizzi ta' l-ajru fuq rotta waħda jew aktar mill-Komunità li tikkawża preġudizzju lill-industrija tal-Komunità.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "preġudizzju" għandha tfisser preġudizzju materjali lill-industrija tal-Komunità, stabbilita skond l-Artiklu 6;

(b) "Industrija tal-Komunità" għandha tfisser it-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jipprovvdu servizzi sħaħ ta' l-ajru l-istess jew dawk li fosthom l-ishma kollettivi jikkostitwixxu proporzzjon assolut tal-provvisti totali tal-Komunità ta' dawk is-servizzi;

(ċ) "Trasportatur bl-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenza valida operattiva mogħtija minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2407/92 tat-23 ta' Lulju dwar il-ħruġ tal-liċenza għat-trasportaturi bl-ajru [5];

(d) "servizzi l-istess ta' l-ajru" għandha tfisser servizzi ta' l-ajru li huma provduti fuq l-istess rotta jew rotott bħal is-servizzi ta' l-ajru taħt konsiderazzjoni jew bħall-servizzi ta' l-ajru li huma provduti fuq rotta jew rotott li jixtiebħu seww mar-rotta jew rotott fuq liema huma provduti s-servizzi ta' l-ajru taħt konsiderazzjoni.

Artikolu 4

Sussidjar

1. Sussidju jitqies li jeżisti jekk:

(a) hemm kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern jew korp reġjonali jew organizzazzjonijiet pubbliċi oħra ta' pajjiż li m'huwiex membru tal-Komunità Ewropea, jiġifieri, fejn:

(i) prattika ta' gvern jew korp reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra li tinvolvi trasferiment dirett ta' fondi bħal għotjiet, self, jew infużjoni ta' ekwità, potenzal dirett ta' trasferiment ta' fondi għall-impriżi jew assunzjoni ta' obbligazzjonijiet tal-kumpannija bħal garanti fuq self.;

(ii) introjtu tal-gvern jew korp reġjonali jew organizzazzjonijiet pubbliċi oħra li xort'oħra huwa dovut huwa maħfur jew ma nġabarx;

(iii) gvern jew korp reġjonali jew organizzazzjonijiet pubbliċi oħra li jipprovdu merkanzija jew servizzi oħra barra infrastruttura ġenerali, jew xiri ta' merkanzija jew servizzi;

(iv) gvern jew korp reġjonali jew organizzazzjonijiet pubbliċi oħra jagħmlu pagamenti lill-mekkaniżmu ta' fond jew jafdaw jew jidderiġu korp privat sabiex iwettaq waħda jew aktar mit-tipi ta' funzjonijiet imfissra taħt (i), (ii) u (iii) li ġeneralment ikunu vestiti fil-gvern u, fil-prattika, tabilħaqq li la huma differenti mill-prattiċitajiet ġeneralment segwiti mill-gvernijiet;

(b) u b'hekk huwa mogħti benefiċċju.

2. Sussidji għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri b'lura biss jekk is-sussidji huma limitati, fil-liġi jew fil-fatt, lill-impriża jew industrija jew grupp ta' impriżi jew industriji li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni ta' l-awtortià li tagħti.

Artikolu 5

Prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti

1. Prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti għandhom jitqiesu li jeżistu f'servizz ta' l-ajru partikulari għal jew mill-Komunità meta t-trasportaturi bl-ajru ma humiex fil-Komunità:

- jibbenifikaw minn vantaġġi mhux kummerċjali, u

- it-tariffi ta' l-ajru li huma suffiċjentement orħos minn dawk offruti mit-trasportaturi bl-ajru kompetittivi ta' l-ajru tal-Komunità sabiex jikkawżaw preġudizzju.

Dawn il-prattiċi iridu jkunu distingwi kjarament minn prattiċi normali tal-prezzijiet kompetittivi.

2. Meta jkunu paragunati mat-tariffi ta' l-ajru, għandu jittiħed qies ta' dawn l-elementi li ġejjin:

(a) Il-prezz attwali tal-biljetti ta' l-ajru fis-suq;

(b) in-numru ta' postijiet proposti allegatament bi prezz inġust mit-total ta' numru ta' postijiet disponibbli fuq l-ajruplan;

(ċ) ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet mehmuża mal-biljetti mibjugħa allegatament bi prezz inġust;

(d) il-livell tas-servizzi proposti mit-trasportaturi bl-ajru kollha li jiprovvdu l-istess servizz ta' l-ajru fil-kwistjoni;

(e) il-ħlasijiet attwali tat-trasportaturi li mhux fil-Komunità li jipprovdi s-servizzi, b'addizzjoni ta' marġni ta' profitt raġonevoli u

(f) is-sitwazzjoni, fit-termini tal-punti (a) to (e), fuq rottot komparattivi.

3. Waqt li taġixxi skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 15(3), il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija dettaljata sabiex tkun stabbilita l-eżistenza tal-prattiċi mhux ġusti tal-prezzijiet Din il-metodoloġija għandha tkopri, inter alia, il-manjiera ta' kif għandhom jiġu assessjati l-prezzijiet normali kompetittivi, il-ħlas attwali u l-marġni ta' profit raġonevoli fil-kuntest speċifiku fil-qasam ta' l-avjazzjoni.

Artikolu 6

Kif ikun stabbilit il-preġudizzju

1. Il-preġudizzju għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta' xhieda pożittiva u għandha tinvolvi eżami oġġettiv ta' tnejn:

(a) il-livell tat-tariffi tas-servizzi ta' l-ajru taħt konsiderazzjoni u l-effett ta' dawn is-servizzi ta' l-ajru fuq it-tariffi offruti mit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità; u

(b) l-impatt ta' dawk is-servizzi ta' l-ajru fl-industrija, kif indikati permezz ta' tendenzi f'numru ta' indikaturi ekonomiċ bħal numru ta' titjiriet, utiliżazzjoni ta' l-ispazju, bookings tal-passiġieri, ishma fis-suq, profitt, prospett fuq il-kapital, invetsiment, impiegi.

Mhux neċessarjament li wieħed minn dawn il-fatturi jew aktar jagħtu gwida deċisiva

2. Għandu jidher, mix-xhieda kollha pożittiva preżentata rigward il-paragrafu 1, li t-trasportaturi bl-ajru taħt konsiderazzjoni qegħdin jikkawżaw il-preġudizzju fl-isfond tat-tifsira ta' dan ir-Regolament.

3. Fatturi magħrufa oħra barra mis-servizzi ta' l-ajru taħt konsiderazzjoni, li qegħdin jikkawżaw danni fl-industrija tal-Komunità fl-istess ħin għandhom ikunu eżaminati sabiex ikun żgurat li l-preġudizzji kkawżati permezz tal-fatturi oħra m'humiex attribwiti għas-servizz ta' l-ajru taħt konsiderazzjoni.

4. Theddida ta' danni għandha tkun ibbażata fuq fatti u mhux sempliċiment allegazzjonijiet, sħajjil jew possibilitajiet rimoti. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi, li joħolqu sitwazzjoni liema sussidju joħloq preġudizzju, irid ikun imminenti u li jidher ċar.

Artikolu 7

Bidu tal-proċeduri

1. Stħarriġ taħt dan ir-Regolament għandu jibda meta jintefa' ilment bil-miktub għan-nom ta' l-industrija tal-Komunità minn persuna naturali jew legali jew kull assoċċjazzjoni, jew fuq l-inizjattiva stess tal-Komunità, jekk ikun hemm xhieda biżżejjed ta' l-eżistenza ta' sussidju kompensat (inklużi, jekk possibbli, l-ammont tagħhom) jew prattiċi mhux ġusti tal-prezzijiet fis-sens tat-tifsira ta' dan ir-Regolament, preġudizzju u n-ness kawżali bejn l-allegat sussidjar jew il-prezz inġust tas-servizzi ta' l-ajru u l-allegat preġudizzju.

2. Fejn ikun jidher li hemm biżżejjed xhieda li jingħataw bidu għall-proċeduri, il-Kummissjoni għandha, taġixxi skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(2), jibdew il-proċeduri fi żmien 45 ġurnata minn meta jintefa' l-ilment u għandu jiġi ppublikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Meta l-kwistjoni fil-materja tkun qiegħda tiġi diskussa fil-qafas ta' ftehim bilaterali mill-Istati Membri konċernati, dawn il-45 jum ta' terminu perentorju għandu, fuq talba ta' l-Istati Membri, ikun imtawwal għal tletin ġurnata. Kull żieda mtawwla fit-terminu perentorju għandu jkun deċiż mill-Kummissjoni skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(2).

Meta ma tkunx ippreżentata biżżejjed xhieda, il-Kummissjoni għandha, taġixxi skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artiklu 15(2), tinforma lill-ilmentatur fi żmien 45 ġurnata mid-data minn meta ntefa' l-ilment.

3. L-avviż sabiex jingħataw bidu għall-proċeduri għandhom iħabbru l-bidu ta' l-istħarriġ, jindika l-għan ta' l-istħarriġ, is-servizzi ta' l-ajru fuq ir-rotott konċernati, il-pajjiżi li l-gvernijiet tagħhom allegatament taw is-sussidji jew il-liċenza lit-trasportaturi bl-ajru ta' l-ajru allegatament imdaħħlin fil-prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti u ż-żmien li partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitfgħu l-informazzjoni, jekk għandu jittieħed qies ta' dawn il-fehmiet waqt l-istħarriġ; l-avviż għandu jniżżel iż-żmien, f'liema żmien il-partijiet interessati jistgħu japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lit-trasportaturi bl-ajru ta' l-ajru li jiprovvdu s-servizzi ta' l-ajru taħt konsiderazzjoni, il-gvern konċernat u l-ilmentaturi li taw bidu għall-proċeduri.

5. Il-Kummissjoni tista', f'kull żmien tistieden lill-gvern tat-terz pajjiż konċernat biex jieħu sehem fil-konsultazzjonijiet bil-għan li tkun kjarifikata s-sitwazzjoni għall-materji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u sabiex jaslu reċiprokament għall-ftehim ta' soluzzjoni. Meta xieraq il-Kummissjoni għandha tassoċċja ruħha ma' dawn il-konsultazzjonijiet mal-Membru Stat konċernat. F'każijiet fejn konsultazzjonijiet diġa qegħdin għadejjin bejn l-Istat Membru u l-gvern tat-terz pajjiż konċernat, il-Kummissjoni għandha żżomm kuntatt ma' dan l-Istat Membru bil-quddiem.

Artikolu 8

L-istħarriġ

1. Wara li jkun ingħata bidu għall-proċeduri, il-Kummissjoni għandha tibda l-istħarriġ li għandu jkopri kemm l-issussidjar jew il-prattiċi tal-prezzijiet mhux ġusti tas-servizzi ta' l-ajru provduti minn trasportauri fuq ċerti rotott li ma humiex fil-Komunità u l-preġudizzju. Dan l-istħarriġ għandu jsir malajr kemm jista' jkun u għandu ġeneralment ikun konkluż fiż-żmien disa' xhur minn meta ingħata bidu għall-proċeduri, ħlief fiċ-ċirkostanzi li ġejjin fejn jistgħu jittawlu:

- negozzjati mal-gvern tat-terzi pajjiż konċernat wettqu progress sal-punt li riżoluzzjoni sodisfaċenti għall-ilment tidher imminenti, jew

- huwa meħtieġ żmien adizzjonali sabiex tkun akkwistata riżoluzzjoni li hija fl-interess tal-Komunità.

2. Il-partijiet interessati li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien imniżżel fl-avviż ta' inizjazzjoni, għandhom jinstemgħu jekk għamlu talba għas-smigħ fejn juru li huma parti interessata li hemm iċ-ċans li jkunu affettwati bir-riżultat tal-proċeduri u li hemm raġunijiet partikulari għala għandhom jinstemgħu.

3. Fil-każijiet fejn parti interessata tirrifjuta aċċess għal, jew xort'oħra ma tipprovdix, l-informazzjoni meħtieġa fiż-żmien perentorju, jew signifikament tfixxkel l-istħarriġ, proviżorjament jew ir-riżultati finali, affermattivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli Meta jirriżulta li l-parti interessata ipprovdit informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni ma għandiex tingħata każ tagħha u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli.

Artikolu 9

Miżuri ta' rimedju

Miżuri ta' rimedju, sew jekk proviżorji jew defenittivi, għandhom preferibilment jieħdu s-sura ta' doveri imposti fuq it-trasportatur mhux tal-Komunità kkonċernat.

Artikolu 10

Miżuri proviżorji

1. Miżuri proviżorji jistgħu jkunu 'mposti jekk affermazzjoni proviżorja li stabbilit li t-trasportaturi konċernati li m'humiex fil-Komunità bbenefikaw minn sussidji jew huma ngaġġati fi-prattiċi li huma nġusti ta' prezzijiet li jkkawżaw preġudizzji lill-industrija tal-Komunità u li l-interess tal-Komunità sejjaħ għall-intervenzzjoni ħalli ma jsirux aktar preġudizzji bħal dawn.

2. Miżuri proviżorji għandhom jittieħdu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15(2). Dawk il-miżuri għandhom ikunu imposti għall-massimu ta' sitt xhur.

Artikolu 11

Twaqqif mingħajr miżuri

1. Meta l-ilment jiġi rtirat, jew meta jinkiseb rimedju sodisfaċenti taħt ftehim ta' servizz ta' l-ajru ta' Stat Membru ma' terzi pajjiż konċernat, il-proċeduri jistgħu jintemmu mill-Kummissjoni sakemm dak it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Komunità.

2. Meta miżuri ta' rimedju m'humiex meħtieġa, il-proċeduri għandhom jitwaqqfu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15(2). Kull deċiżjoni sabiex jitwaqqfu l-proċeduri għandhom ikunu akkompanjati bi prospett bir-raġuni għaliex twaqqfu.

Artikolu 12

Miżuri defenittivi

1. Meta l-fatti finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta'sussidiji jew prattiċi ta' prezzijiet nġusti u preġudizzju mwettaq bihom, u l-interess tal-Komunità isejjaħ għall-intervent skond l-Artikolu 16, għandha tiġi imposta miżura defenitiva skond il-proċedura mniżżla fl-Artiklu 15(3).

2. Il-livelli tal-miżuri mposti biex iwaqqfu s-sussidji ma għandhomx jaqbżu l-ammont tas-sussidji, kkalkolati fit-termini tal-benefiċċju mogħti fuq ir-reċipjent ta' l-impriża, minn liema t-trasportaturi li m'humiex fil-Komunità instabu li jbenifikkaw, u għandu jkun anqas mit-total ta' l-ammont tas-sussidji, jekk dan l-inqas livell kien ikun adekwat sabiex ineħħi l-preġudizzju mill-industrija tal-Komunità.

3. Il-livell ta' miżuri imposti sabiex jitneħħew l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jibbenifikaw minn vantaġġ li m'huwiex kummerċjali, ma għandux jaqbeż id-differenza bejn it-tariffa li titħallas mit-trasportatur bl-ajru tal-Komunità konċernat, imma għandha tkun anqas jekk dan l-inqas livell kien ikun adekwat sabiex jitneħħa l-preġudizzju mill-industrija tal-Komunità. F'kull każ, il-miżuri ta' livell ma għandhomx jaqbżu l-livell ta' vantaġġi li m'humiex kummerċjali mogħtija lit-trasportaturi bl-ajru ta' l-ajru tal-Komunità.

4. Għandu jkun impost miżura ta' ammont xieraq f'kull każ, fuq bażi mhux diskriminatorja, fuq servizzi ta' l-ajru provduti mit-trasportaturi bl-ajru li m'humiex fil-Komunità li nstabu jibbenifikaw minn sussidji jew jieħdu sehem fi prattiċi ta' l-prezzijiet mhux ġusti fuq ir-rotott rispettivi, ħlief għas-servizzi ta' l-ajru provduti minn dawk it-trasportaturi bl-ajru li m'humiex fil-Komunità għal-liema l-impriżi taħt it-termini ta' dawn ir-Regolamenti ġew aċċettati.

5. Miżura, għandha tibqa' fis-seħħ sakemm, hemm mil-ħtieġa li jitneħħew is-sussidji jew il-prattiċċi li qegħdin jikkawżaw il-preġudizzju.

Artikolu 13

Impriża

1. Stħarriġ jista' jitwaqqaf mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji jew defenittivi fuq impenji ta' impriżi sodisfatti u volontarji taħt liema:

(a) il-gvern li jagħti s-sussidju jew vantaġġ li m'huwiex kummerċjali jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew l-vantaġġ li m'huwiex kummerċjali jew jieħu dawk il-miżuri li jikkonċernaw l-effetti tiegħu; jew

(b) kull trasportatur bl-ajru li m'huwiex fil-Komunità jieħu f'idejh r-reviżżjoni tal-prezzijiet jew iwaqqaf li jipprovdi is-servizzi ta' l-ajru lir-rotta fil-materja sabiex l-effett tal-preġudizzju tas-sussidju jew il-vnataġġ mhux kummerċjali jiġi eliminat.

2. Impriżi għandhom ikunu aċċettati skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(2).

3. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impriżi minn xi parti, miżura definittiva għandha tkun imposta skond l-Artikolu 12, fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti fil-kuntest ta' l-investigazzjoni li wasslu għall-impriża, sakemm l-istħarriġ kien konkluż u stabbilit finalment dwar l-isussidjar u li t-trasportaturi bl-ajru konċernati li ma humiex fil-Komunità, jew il-gvern li ta s-sussidju, ingħataw l-opportunità li jikkumentaw, ħlief fil-każ ta' irtirar ta' l-impriża mit-trasportatur bl-ajru li mhux fil-Komunità jew dak il-gvern.

Artikolu 14

Reviżjonijiet

1. Meta ċ-ċirkostanzi jinħteġu hekk, il-ħtieġa li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri fil-forma tagħhom tal-bidu dawn jistgħu jkunu riveduti, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' l-Istat Membru jew, fuq talba minn trasportatur bl-ajru li ma huwiex fil-Komunità suġġett għall-miżuri jew mit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità sakemm ta' lanqas żewġ staġuni ta' skedi konsekuttivi ta' l-IATA għaddew minn meta kienu imposti l-miżuri definittivi.

2. Reviżjonijiet taħt il-paragrafu 1 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni waqt li taġixxi skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15(2). Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikli 7 u 8 għandhom jgħoddu għar-reviżżjonijiet taħt il-paragrafu 1. Reviżżjonijiet għandhom jistħarġu l-eżistenza kontinwa tas-sussidji jew prezzar inġust, u/jew preġudizzju jkkawżat b'dan, flimkien ma' determinazzjoni ġdida jekk l-interess tal-Komunità jsejjaħx għat-tkomplija ta' l-intervenzzjoni. Meta meħtieġ b'reviżżjonijiet, il-miżuri għandhom jitħassru, emendati, jew jibqgħu, kif suppost skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(3).

Artikolu 15

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat istitwit bl-Artiklu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għar-rotott ta' l-ajru intra-Komunitarji (6), (hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa il-Kumitat)."

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 8 tagħha.

3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5 [6] tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4. Il-Kumitat għandu jaddotta ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 16

Interess tal-Komunità

Sabiex ikun stabbilit taħt l-Artikolu 10(10, 11(2) u 12(1), jekk l-interess tal-Komunità jsejjaħx għall-intervent jew jekk il-miżuri għandhomx jibqgħux skond l-Artikolu 14(2) għandhom ikunu bbażati fuq studju ta' l-interessi kollha differenti meħudin kollha f'daqqa. Miżuri jistgħu ma jgħoddux fejn jista' jkun konluż kjarament li dan m'huwiex interess tal-Komunità

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Miżuri proviżorji jew rimedjati definittivamnet għandhom ikunu mpost permezz ta' Regolament, u inforzati mill-Istati Membri fil-forma, mal-livell speċifikat u skond għall-kriterja mniżżla fir-Regolament li jimponi dawn il-miżuri. Jekk miżuri oħra aktar minn obbligazzjonijiet huma mposti, ir-Regolamnet għandu jiddefinixxi il-forma preċiża tal-miżuri skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Regolamenti li jimponu miżuri proviżorji u rimedjati defenittivamnet, u Regolamenti u Deċiżżjonijiet li jaċċettaw impriżi jew jissospendu jew iwaqqfu l-istħarriġ jew proċeduri, għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi-Strasburg, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 151 E, ta' l-25.6.2002, p. 285.

[2] ĠU C 61, ta' l-14.3.2003, p. 29.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 Jannar 2003 (ĠU C 38 E, tat- 12.2.2004, p. 75), Pożizzjoni Kommuni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 66 E, tas- 16.3.2004, p. 14). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-Deċiżżjoni tal-Kunsill ta' 30 ta' Marzu 2004.

[4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[5] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 1.

[6] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8. ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

Top