Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0684

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2004 tat-13 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward tad-diossiniTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 106, 15.4.2004, p. 6–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/684/oj

    32004R0684



    Official Journal L 106 , 15/04/2004 P. 0006 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2004

    tat-13 ta’ April 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward tad-diossini

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jippreskrivi l-proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b’mod partikolari Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta’ Marzu 2001 li jiffissa l-livelli massimi għal-ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’l-ikel [2], jistabbilixxi l-livelli massimi għad-diossini f’ċerti oġġetti ta’l-ikel.

    (2) Il-livelli massimi għad-diossini jgħoddu mill-1 ta’ Lulju 2002. L-applikazzjoni tat-test uriet il-ħtieġa għal xi kjarifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti jew tal-partijiet tal-prodott li għalihom jgħodd il-livell massimu.

    (3) It-tagħrif disponibbli juri li bajd b’firxa ħielsa u semi-intensiv jista’ jkun fih livelli ogħla ta’ diossina minn bajd tal-batterija. Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-livelli ta’ diossina f’bajd b’firxa ħielsa u semi-intensiv jitnaqqsu u kien previst perjodu transitorju għall-applikazzjoni tal-livelli sal-1 ta’ Jannar 2004. Issa jidher li huwa meħtieġ aktar żmien għall-investigazzjonijiet biex jiġu definiti l-miżuri possibbli biex jitnaqqsu l-livelli ta’ diossina fil-bajd b’firxa ħielsa u semi-intensiv u għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. Huwa għalhekk xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ transizzjoni għal sena waħda.

    (4) Sadattant, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE tat-30 ta’ Lulju 2002 li tippreskrivi l-metodi ta’ kampjonar u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tad-diossini u l-istabbiliment ta’ PCBs simili għad-diossini f’oġġetti ta’ l-ikel [3] ġiet adottata.

    (5) Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu għaldaqstant jiġi hekk emendat.

    (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I, it-taqsima 5 tar-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. fl-ewwel kolonna, l-punt 5.1.2., "Fwied u prodotti miksuba" hija sostitwita bi "Fwied u prodotti miksuba li joriġinaw minn annimali terrestri";

    2. fl-ewwel kolonna, il-punt 5.2., is-sentenza li ġejja hija miżjuda man-nota f’qiegħ il-paġna (5): "Fejn ħut huwa maħsub biex jittikel sħiħ, il-livell massimu għandu jgħodd għall-ħut sħiħ".

    3. fl-ewwel kolonna, il-punt 5.4., in-nota fil-qiegħ tal-paġna (8), "10 ta’ Jannar 2004" hija sostitwita bl-"1 ta’ Jannar 2005".

    4. fl-ewwel kolonna, il-punt 5.5 Żjut u xaħmijiet, it-tieni inċiż "Żejt mill-Ħxejjex" huwa sostitwit bi "Żjut u xaħmijiet mill-ħxejjex".

    5. fit-tielet u r-raba’ kolonna, l-punt 5.1.1. sal-punt 5.5., il-kliem "Direttiva 2001/…/KE (*)" hija sostitwita bi "Direttiva 2002/69/KE [9] ĠU L 209, tas-6.8.2002., p. 5. ."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ April 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1. L-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 455/2004 (ĠU L 74, tat-12.3.2004, p. 11).

    [3] ĠU L 209, tas-6.8.2002, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top