Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0600

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta' Marzu ta' l-2004 li jelenka certi miżuri tekniċi applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar ta' l-Antartiku

    ĠU L 97, 1.4.2004, p. 1–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/600/oj

    32004R0600



    Official Journal L 097 , 01/04/2004 P. 0001 - 0015


    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004

    tat-22 ta' Marzu ta' l-2004

    li jelenka certi miżuri tekniċi applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar ta' l-Antartiku

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    billi:

    (1) l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Riżorsi Ħajjin tal-Baħar ta' l-Antartiku (Konvenzjoni), ġiet approvata mill-Komunità permezz ta' Deċiżjoni 81/691/KEE [2] u daħlet fis-seħħ fil-Komunità fil-21 ta' Mejju ta' l-1982.

    (2) Il-Konvenzjoni tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u tħaddim ta' riżorsi ħajjin tal-baħar ta' l-Antartiku permezz ta' l-istabbiliment ta' Kummissjoni għall-Ħarsien u Maniġġjar ta' Riżorsi Ħajjin tal-Baħar ta' l-Antartiku (CCAMLR) u l-adozzjoni mis-CCAMLR ta' miżuri ta' konservazzjoni li jorbtu lill-partijiet kontraenti.

    (3) Is-CCAMLR adottat ċerti miżuri għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' skorti ta' ħut li jipprovdi, fost affarijiet oħra, għal regolamenti tekniċi li japplikaw għal ċerti attivitajiet ta' sajd fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni. Il-miżuri jinkludu stipulazzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta' ċerta għamla ta' tagħmir tas-sajd, il-projbizzjoni ta' ċerta għamla ta' tagħmir meqjus bħala ta' ħsara għall-ambjent, it-tnaqqis ta' l-effett ħażin tas-sajd fuq speċi bħal għasafar tal-baħar u mammiferi marini u l-attivitajiet ta' osservaturi xjentifiċi abbord bastimenti tas-sajd bil-għan li jiġbru data. Dawn il-miżuri huma vinkolanti fuq il-Komunità u għalhekk għandhom ikunu implimentati.

    (4) Uħud mill-miżuri tekniċi tas-CCAMLR kienu adottati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3943/90 tad-19 ta' Diċembru 1990 dwar l-applikazzjoni dwar is-sistema ta' l-osservanza u l-ispezzjoni stabbilita taħt Artikolu XXIV tal-konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-Rizorsi Ħajjin tal-Baħar fl-Antartiku [3] u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 66/98 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jirregola ċertu mizuri ta' konservazzjoni u kontroll applikabbli għal ċertu attivitajiet tas-sajd fl-Anatrtiku [4].

    (5) L-adozzjoni mis-CCAMLR ta' miżuri ġodda ta' konservazzjoni u l-aġġornament ta' dawk ġa fis-seħħ mindu ġew adottati r-Regolamenti msemmija, ifisser li dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu emendati aktar tard.

    (6) Biex ikun żgurat li r-regolamenti tal-Komunità jkunu aktar ċari, il-miżuri għall-kontroll ta' attivitajiet tas-sajd u dawk li jaqgħu fil-qasam tekniku għandhom ikunu trasposti separatament. Għal din ir-raġuni, Regolamenti (KEE) Nru 3943/90 u (KE) Nru 66/98 għandhom ikunu mħassra permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 601/2004 tat-22 ta' Marzu ta' l-2004 li jelenka ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għal attivitajiet ta' sajd fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi ħajjin tal-baħar Antartiku [5], u l-arranġamenti tal-Komunità għandhom ikunu supplimentati minn dan ir-Regolament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għaż-żieda ta' ċerti miżuri tekniċi speċifiċi għal ċertu sajd esploratorju fir-Regolamenti adottati mill-Komunità kull sena dwar il-possibbiltajiet ta' sajd allokati lil bastimenti tas-sajd tal-Komunità u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom (ir-Regolamenti annwali TAC u kwoti).

    (7) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex l-Annessi jiġu konformi ma' l-emendi regolari għal miżuri tekniċi adottati mis-CCAMLR skond il-Konvenzjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li telenka l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija mill-Kummissjoni [6],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    SUĠĠETT U DEFINIZZJONI

    Artikolu 1

    Suġġett

    1. Dan ir-Regolament jelenka miżuri tekniċi li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaqbdu u jżommu abbord organiżmi tal-baħar meħuda minn riżorsi ħajjin tal-baħar fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni ta' Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku, (Konvenzjoni).

    2. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-provdimenti tal-Konvenzjoni u għandu jintuża biex imexxi l-objettivi u l-prinċipji u l-provvedimenti ta' l-att finali tal-konferenza li fiha jkun ġie adottat.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (a) "Inħawi tal-Konvenzjoni": ifisser l-inħawi ta' l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni kif definiti fl-Artikolu 1;

    (b) "Konverġenza Antartika": tfisser linja li tġħaqqad dan il-kejl fuq paralleli ta' latitudni u meridjani ta' lonġitudni: 50° N, 0° - 50° N, 30° L - 45° N, 30° L - 45° N, 80° L - 55° N, 80° L-55° N, 150° L - 60° N, 150° L - 60° N, 50° P - 50° N, 50° P - 50° N, 0°;

    (ċ) "Bastiment tas-sajd tal-Komunità" : bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u reġistrat fil-Komunità, li jaqbad u jżomm abbord organiżmi tal-baħar meħuda minn riżorsi ħajjin tal-baħar fl-inħawi tal-Konvenzjoni;

    (d) "rettangolu fuq skala fina": ifisser żona ta' latitudni ta' 0.5 gradi u lonġitudni ta' grad mill-angolu tal-Grigal taż-żona jew diviżjoni statistika. Rettangolu huwa definit mil-latitudni ta' l-iktar limitu mbiegħed fit-Tramuntana u l-lonġitudni ta' l-eqreb limitu ta' 0 gradi;

    (e) "sajd ġdid": ifisser sajd għal speċi bl-użu ta' metodu partikolari ta' sajd f'sub-żona statistika Antartika ta' l-FAO(i); or

    (i) information on distribution, abundance, population, potential yield and stock identity from comprehensive research/surveys or exploratory fishing have never been submitted to the CCAMLR; or

    (ii) tagħrif dwar distribuzzjoni, abbundanza, popolazzjoni, potenzal ta' qabda u identifikazzjoni ta' prodott permezz ta' riċerka u stħarriġ komprensivi jew sajd esploratorju għadhom qatt ma ġew sottomessi lis-CCAMLR, jew; or

    (iii) data dwar qabda u attentati mill-iktar żewġ staġunijiet riċenti li fihom sar is-sajd, qatt ma ġew sottomessi lis-CCAMLR

    (f) "Sajd esploratorju": jfisser sajd li kien klassifikat qabel bħala "sajd ġdid" kif definit fil-paragrafu (e) Sajd esploratorju se jkompli jkun definit bħala tali sakemm jinkiseb tagħrif biżżejjed:

    (i) biex jevalwa d-distribuzzjoni, abbundanza u popolazzjoni ta' l-ispeċi fil-mira, li jwassal għal stima tal-qabda potenzali tal-lokal

    (ii) u jirrivedi l-impatt potenzali tas-sajd fuq specji dipendenti u relatati, u

    (iii) jħalli lill-Kumitat Xjentifiku tas-CCAMLR jifformola u jipprovdi tagħrif dwar livelli xierqa ta' qbid, kif ukoll dwar livelli ta' attentati u tagħmir ta' sajd kif xieraq.

    KAPITOLU II

    TAGĦMIR GĦAS-SAJD

    Artikolu 3

    Tagħmir tas-sajd permess f'inħawi speċifiċi għas-sajd

    1. Is-sajd għal Dissostichus eleginoides fis-sub-żona ta' l-istatistika 48.3 tal-FAO għandu jsir minn bastimenti tas-sajd bl-użu ta' lenez twal u nases biss.

    2. Is-sajd ghal Dissostichus eleginoides fid-diviżjoni ta' l-istatistika 58.5.2 tal-FAO għandu jsir minn bastimenti tas-sajd bit-tkarkir jew lenez twal biss

    3. Is-sajd għal Champsocephalus gunnari fis-sub-żona ta' l-istatistika 48.3 tal-FAO għandu jsir minn bastimenti tas-sajd bit-tkarkir biss. L-użu ta' tkarkir mal-qiegħ fis-sajd kif ordnat għal Champsocephalus gunnari f'dik is-sub-żona huwa projbit.

    4. Is-sajd għal Champsocephalus gunnari fis-sub-żona ta' l-istatistika 58.5.2 tal-FAO għandu jsir minn bastimenti tas-sajd bit-tkarkir biss.

    5. Għall-iskop ta' sajd li ssir referenza għalih fil-paragrafu 4, iż-żona miftuħa għas-sajd hi definita bħala dik il-parti tad-diviżjoni ta' l-istatistika 58.5.2 tal-FAO li tinsab fiż-żona mdawra bil-linja:

    (a) li tibda fit-tarf fejn il-meridjan ta' lonġitudni 72 grad 15' jaqsam il-Fruntiera tal-Ftehim ta' Delimitazzjoni Marittima bejn l-Awstralja u Franza, imbagħad lejn in-Nofsinhar fuq il-linja tal-meridjan safejn jaqsam mal-parallela ta' latitudni 53 grad 25' Nofsinhar;

    (b) imbagħad lvant lejn dik il-parallela safejn taqsam mal-meridjan ta' lonġitudni 74 grad L;

    (ċ) imbagħad grigal lejn il-ġejodesiku safejn taqsam mal-parallela ta' lonġitudni 52 grad 40' N u l-meridjan ta' lonġitudni 76 grad L;

    (d) imbagħad tramuntana lejn il-meridjan safejn taqsam mal-parallela ta' lonġitudni 52 grad N;

    (e) imbagħad majjistral lejn il-ġejodesiku sakemm taqsam mal-parallela ta' latitudni 51 grad N fil-meridjan ta' lonġitudni 74 grad 30' L u

    (f) imbagħad lbic lejn il-ġejodesiku sat-tarf fejn tibda.

    6. Is-sajd għal granċi fis-sub-żona ta' l-istatistika 48.3 tal-FAO għandu jsir minn bastimenti bl-użu ta' nases biss.

    Artikolu 4

    Daqsijiet tal-malji tax-xbiek

    1. Ebda tkarkir, xbieki tat-tip Danish seine jew xbieki simili, li xi parti minnhom tista' tkun magħmula minn malji ta' xbiek ta' daqs iżgħar mid-daqs minimu ta' malji tax-xbiek kif elenkat fl-Anness 1, m'għandhom jintużaw waqt sajd dirett għall-ispeċi jew gruppi ta' speċi li ġejjin:

    (a) Champsocephalus gunnari

    (b) Dissostichus eleginoides

    (ċ) Gobionotothen gibberifrons

    (d) Lepidonotothen squamifrons

    (e) Notothenia rossii

    (f) Notothenia kempi.

    2. L-użu ta' xi mezz jew apparat li jfixkel jew inaqqas id-daqs tal-malji tax-xbiek huwa projbit.

    Artikolu 5

    Kontroll fuq daqsijiet ta' malji tax-xbiek

    Fil-każ ta' xbiek li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4, id-daqs minimu ta' malji tax-xbiek li hemm provdiment għalih fl-Anness 1 għandu jkun determinat kif provdut fir-regolamenti fl-Anness II.

    Artikolu 6

    Sajd għall-granċi fis-sub-żona ta' l-istatistika 48.3 tal-FAO

    1. Is-sajd għall-granċi għandu jkun limitat għal granċi maskili tajbin għat-tgħammir – granċi femminili u granċi maskili ta' daqs żgħir għandhom jerġgħu jinħelsu mingħajr ma ssirilhom ħsara Fil-każ ta' Paralomis spinosissima u Paralomis Formosa, maskili b'wisgħa minima ta' 94 mm u 90 mm rispettivament, jistgħu jinżammu mal-qabda.

    2. Granċi li jkunu proċessati abbord waqt is-sajd għandhom ikunu ffriżati bħala bċejjeċ sħaħ, biex id-daqs tagħhom ikun jista' jiġi determinat aktar tard mill-bċejjeċ.

    Artikolu 7

    L-użu ta' u d-disponiment ta' ċrieki tal-plastik għall-ippakkeġġjar fuq bastimenti tas-sajd tal-Komunità

    1. L-użu minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità ta' ċrieki tal-plastik għall-ippakkeġġjar biex jintrabtu kaxex tal-lixka huwa projbit.

    L-użu ta' ċrieki oħra għal ippakkeġġjar fuq bastimenti tas-sajd li ma jużawx inċineraturi abbord (sistemi magħluqa) huwa projbit.

    2. Ċrieki għall-ippakkeġġjar, ladarba jitneħħew mill-ippakkeġġjar, għandhom jinqatgħu biex ma jiffurmawx ċirku kontinwu, u jinħarqu malli jkun possibbli fl-inċineratur ta' abbord.

    3. Fdalijiet kollha tal-plastik għandhom jinżammu abbord il-bastiment sakemm dan jidħol fil-port, u f'ebda ċirkostanza ma għandhom jintremew fil-baħar.

    4. Għandhom ikunu adottati regoli dettaljati sabiex ikun applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 8

    Qerda Aċċidentali ta' tajr tal-bahar waqt sajd b'konzijiet twal

    1. Sajd b'konzijiet twal għandu jsir b'tali mod li s-snanar bil-lixka jegħrqu malajr kemm jista' jkun wara li jitniżżlu fil-baħar. Għal bastimenti tas-sajd li jużaw il-metodu Spanjol ta' sajd b'konzijiet twal, għandhom jintefgħu piżijiet qabel jistira l-konz; għandhom jintużaw piżijiet ta' mill-inqas 8.5 kg, spazjati f'tulijiet ta' mhux iktar minn 40 metru, jew għandhom jintużaw piżijiet ta' mill-inqas 6 kg, spazjati f'tulijiet ta' mhux iktar minn 20 metru. Għandha tintuża biss lixka li ma tkunx iffriżata.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, konzijiet twal jintefgħu bil-lejl biss (jiġifieri matul is-sigħat tad-dlam, bejn il-ħinijiet tat-tbexbix fuq il-baħar).

    Fejn ikun possibbli, il-konzijiet għandhom jintefgħu mill-inqas tliet sigħat qabel tlugħ ix-xemx.

    Waqt sajd bil-konzijiet matul il-lejl, għandhom jintużaw biss l-inqas dwal possibbli kif meħtieġa għas-sigurtà tal-bastiment.

    3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8, huwa projbit it-tfigħ ta' interjuri fil-baħar waqt li jintefgħu l-konzijiet. It-tfigħ ta' interjuri waqt li jinġabru l-konzijiet għandu jkun evitat safejn ikun possibbli. Fejn it-tfigħ ta' interjuri waqt il-ġbir tal-konzijiet ma jkunx jista' jiġi evitat, dan għandu jsir fuq in-naħa tal-bastiment fejn ma jkunx qed isir tniżżil jew ġbir tal-konzijiet. Qabel it-tfigħ, snanar għandhom jitneħħew mill-interjuri u l-irjus tal-ħut.

    Bastimenti għandhom ikunu armati biex jeħilsu minn interjuri proċessati abbord, jew ikollhom post adegwat fejn jerfgħu l-interjuri, jew sistemi biex jarmu l-interjuri min-naħa tal-bastiment fejn ma jkunux qed jintefgħu l-konzijiet.

    4. Għandu jsir kull sforz biex ikun żgurat li tajr tal-baħar li jinqabad ħaj waqt sajd bil-konz għandu jinħeles ħaj, u fejn ikun possibbli, snanar jinqalgħu mingħajr ma jipperikolaw il-ħajja ta' l-għasafar.

    5. Għandha tinġibed għamla ta' tajra twila biex tbiegħed lill-għasafar tal-baħar milli jintefgħu fuq il-lixka waqt li jkunu qed jintelqu l-konzijiet. Deskrizzjoni dettaljata ta' din it-tajra twila u kif għandha tintuża, tingħata fl-Anness III. Dettalji tal-kostruzzjoni relatata man-numru u t-tqegħid ta' swivels jistgħu jvarjaw, sakemm il-wiċċ effettiv tal-baħar kopert mit-tajr twil mhux inqas minn dak kopert mill-mudell kif jintwera fl-Anness III. Dettalji ta' l-oġġett miġbud fil-baħar biex jistira l-konz jistgħu jvarjaw ukoll.

    6. Varjazzjonijiet oħrajn fid-disinn ta' tajr twil jistgħu jsirulhom provi fuq bastimenti li jkollhom żewġ osservaturi, li mill-inqas wieħed minnhom ikun maħtur skond l-Iskema tas-CCAMLR għal Osservazzjoni Xjentifika Internazzjonali, sakemm ikunu milqugħa l-kondizzjonijiet imniżżla f'paragrafi 1 sa 5 u paragrafu 7.

    7. Il-projbizzjoni dwar tqegħid ta' konzijiet twal matul il-jum kif provdut għaliha fil-paragrafu 2, m'għandhiex tapplika fis-sub-żoni ta' statistika tal-FAO 48.6 fin-nofsinhar ta' 60 grad N, 88.1, 88.2 u diviżjoni 58.4.2 sakemm il-kondizzjonijiet segwenti huma aderiti:

    (a) Fil-kwistjoni tal-liċenza għal dan is-sajd, il-bastiment konċernat jista' juri lill-awtoritajiet kompetenti

    (i) il-ħila tiegħu li jħares kwalunkwe waħda mill-protokols esploratorji għat-tqegħid ta' konzijiet twal kif provdut fl-Anness IV. Stati Membri għandhom jirrappurtaw lis-CCAMLR dwar ir-riżultati ta' kontrolli tekniċi magħmula b'dan il-għan fuq bastimenti liċenzati;

    (ii) l-arranġamenti magħmula biex jiżguraw il-preżenza ta' osservaturi xjentifiċi li jkunu meħtieġa jkollhom abbord skond l-Artikolu 14(2)

    (b) il-bastiment konċernat juri rata konsistenti minima ta' konz li jegħreq ta' 0.3 m/s waqt il-ħidmiet tas-sajd

    (ċ) il-bastiment konċernat ma jaqbadx iktar minn żewġ tajriet tal-baħar. Kull bastiment li jaqbad total ta' tliet tajriet tal-baħar għandu jaqleb minnufih għal ħidma bil-lejl.

    8. B'deroga għal paragrafu 3, ma jsirx rimi ta' interjuri fl-inħawi tas-sajd li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 7.

    9. Għandhom ikunu addottati regoli dettaljati sabiex ikun applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 9

    Mewt inċidentali ta' tajr tal-baħar u mammiferi tal-baħar waqt sajd bit-tkarkir

    1. Waqt sajd bit-tkarkir, huwa projbit l-użu ta' net monitor cables.

    2. Bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom f'kull ħin jirranġaw il-lok u l-livell tad-dwal biex jimminimizzaw it-tfigħ ta' dawl mill-bastiment, u biex dan ikun konsistenti ma' sigurtà fl-operat tal-bastiment.

    3. Ir-rimi fil-baħar ta' interjuri huwa projbit waqt il-kalar u l-ġbir lura ta' apparat tat-tkarkir.

    4. Għandhom ikunu addottati regoli dettaljati sabiex ikun applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20(2).

    KAPITOLU III

    IMĠIEBA TA' ATTIVITAJIET TAS-SAJD

    Artikolu 10

    Moviment ta' bastimenti relatat mal-livell tal-qabda

    1. Fil-każ ta' nħawi ta' sajd li mhumiex inħawi ġodda jew esploratorji, bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jimxu skond il-livell tal-qabdiet tagħhom skond kif imniżżel fl-Anness V, Punt A.

    2. Fil-każ ta' nħawi ta' sajd ġodda jew esploratorji, bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jimxu skond il-livell tal-qabdiet tagħhom skond kif imniżżel fl-Anness V, Punt B.

    Artikolu 11

    Miżuri speċjali li japplikaw għal inħawi tas-sajd esploratorji għal Dissostichus spp.

    1. Bastimenti tas-sajd tal-Komunità li qed jieħdu sehem f'sajd esploratorju għal Dissostichus spp permezz ta' sistemi ta' tkarkir jew konzijiet twal fl-inħawi tal-Konvenzjoni, ħlief għal tali nħawi fejn is-CCAMLR tkun tat eżenzjonijiet speċifiċi, għandhom joperaw skond regolamenti kif elenkati f'paragrafi 3 sa 6.

    2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, qabda tfisser użu ta' darba tax-xbiek tat-tkarkir. Waqt sajd b'konzijiet twal, qabda tfisser it-tfigħ ta' konz wieħed jew iktar minn wieħed fl-istess lokalità.

    3. Is-sajd għandu jsir fl-ikbar żona ġeografika u batimetrika possibbli. Għal dan il-għan, sajd fi kwalunkwe rettangolu fine-scale għandu jintemm meta l-qabda rappurtata skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Numru 601/2004 tilħaq mitt tunnellata metrika u dak ir-rettangolu jingħalaq għas-sajd għall-kumplament ta' l-istaġun. Is-sajd fi kwalunkwe rettangolu fine-scale jkun ristrett għal bastiment wieħed fi kwalunkwe ħin.

    4. Bil-għan li jingħata effett lill-paragrafu 3:

    (a) Il-posizzjoni ġeografika preċiża ta' qabda f'inħawi ta' sajd bi tkarkir għandha tkun determinata mill-punt fin-nofs tal-passaġġ bejn il-punt tal-bidu u l-punt tat-tmiem tal-qabda

    (b) Il-posizzjoni ġeografika preċiża ta' qabda f'inħawi ta' sajd b'konzijiet twal għandha tkun determinata mill-punt taċ-ċentru tal-konz jew konzijiet użati

    (ċ) Ir-rettangolu fine-scale li fih bastiment jitqies li qed jistad ikun dak li fih tinsab il-posizzjoni ġeografika preċiża ta' qabda

    (d) Il-bastiment jitqies li jkun qed istad fi kwalunkwe rettangolu fine-scale mill-bidu tal-proċess tat-tqegħid sat-tmiem tal-ġbir tal-konzijiet f'dak ir-rettangolu fine-scale.

    5. Kull tfigħ ta' konz ikollu, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-bastiment (bħal kondizzjonijiet ta' silġ jew temp) perjodu fl-ilma li ma jeċċedix 48 siegħa, imkejjel mill-proċess tal-kalar tal-konz sal-proċess tal-ġbir.

    6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura elenkata fl-Artikolu 20(2)).

    Artikolu 12

    Miżuri speċjali li japplikaw għas-sajd ta' Champocephalus gunnari fis-sub-żona statistika tal-FAO 48.3

    1. Sajd għal Champsocephalus gunnari huwa projbit f'żona ta' tnax-il mil nawtiku tal-kosta ta' Ġorġja tan-Nofsinhar fil-perjodu bejn l-ewwel ta' Marzu u l-31 ta' Mejju (perjodu meta l-ħut ikun qed ibid).

    2. Meta fi kwalunkwe qabda jkun hemm iktar minn 100 kg ta' Champsocephalus gunnari, u iktar minn għaxra fil-mija tan-numru ta' Chmapsocephalus gunnari huma iżgħar minn tul totali ta' 240 mm, il-bastiment tas-sajd għandu jsalpa għal żona ta' sajd mill-inqas ħames mili nawtiċi bogħod. Il-bastiment tas-sajd m'għandux imur lura għal xi punt f'ħames mili nawtiċi mil-lokalità fejn il-qabda ta' Champsocephalus gunnari żgħar kienet iktar minn għaxra fil-mija, għal perjodu ta' mill-inqas ħamest ijiem. Il-lokalità fejn il-qabda inċidentali ta' Champsocephalus gunnari żgħar taqbeż l-għaxra fil-mija hija definita bħala l-passaġġ segwit mill-bastiment tas-sajd mill-punt fejn l-apparat tas-sajd jintuża għall-ewwel darba sal-punt fejn l-apparat jinġabar lura mill-bastiment tas-sajd.

    3. Meta bastiment ikun qabad total ta' għoxrin tajra tal-baħar, m'għandux isir iktar sajd u dak il-bastiment ikun eskluż milli jkompli jieħu sehem fis-sajd għal dak l-istaġun.

    4. Bastimenti li jkunu qed jieħdu sehem f'dan is-sajd fil-perjodu bejn l-ewwel ta' Marzu u l-31 ta' Mejju għandhom jagħmlu mhux inqas minn 20 tkarkira ta' riċerka kif imfissra fl-Anness VI.

    5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 20(2).

    KAPITOLU IV

    OSSERVAZZJONI XJENTIFIKA ABBORD BASTIMENTI LI JKUNU QED JOPERAW FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI

    Artikolu 13

    Għan u skop

    Is-sistema ta' osservazzjoni xjentifika adottata mis-CCAMLR skond l-Artikolu XXIV tal-Konvenzjoni għandha tapplika, skond dan il-Kapitolu, għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jkunu qed jistadu u jagħmlu ħidmiet ta' riċerka fiż-żoni tal-Konvenzjoni.

    Artikolu 14

    Attivitajiet suġġetti għal osservazzjoni xjentifika

    1. Matul kull perjodu ta' sajd bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandu jkollhom abbord mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed, u fejn ikun possibbli, osservatur xjentifiku ieħor meta jkunu qed jistadu għal

    (a) Champsocephalus gunnari fis-sub-Zona statistika tal-FAO 48.3 u d-diviżjoni 58.5.2;

    (b) granċi fis-sub-żona statistika tal-FAO 48.3;

    (ċ) Dissostichus eleginoides fis-sub-żoni statistic ital-FAO 48.3 u 48.4 u fid-diviżjoni 58.5.2;

    (d) Martialia hyadesi fis-subżona statistika tal-FAO 48.3.

    2. Bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandu jkollhom abbord mill-inqas żewġ osservaturi xjentifiċi, li wieħed minnhom għandu jkun osservatur xjentifiku mis-CCAMLR skond l-Artikolu 15, meta jkunu qed jieħdu sehem f'sajd esploratorju kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe sajd esploratorju ieħor awtorizzat skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Numru 601/2004.

    3. Bis-saħħa ta' deroga minn paragrafu 2, bastimenti li jkunu qed jieħdu sehem f'sajd esploratorju għal Dissostichus spp f'taqsimiet statistiċi tal-FAO 48.3.a) u 48.3.b) għandu jkollhom abbord mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed mis-CCAMLR, u fejn ikun possibbli, osservatur xjentifiku ieħor.

    4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 15

    Osservaturi xjentifiċi

    1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw osservaturi xjentifiċi awtorizzati biex jaqdu dmirijiet assoċjati ma' l-implimentazzjoni taas-sistema ta' osservazzjoni adottati mis-CCAMLR skond dan ir-Regolament.

    2. Id-dmirijiet ta' l-osservaturi xjentifiċi abbord il-bastimenti huma elenkati fl-Anness VII.

    3. Osservaturi xjentifiċi għandhom ikunu persuni ta' nazzjonalità ta' l-Istat Membru li jinnominahom. Dawn għandhom jimxu mad-drawwiet u r-regolamenti nfurzati abbord il-bastimenti li fuqhom ikunu qed jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.

    4. Osservaturi xjentifici għandhom ikunu familjari mal-proceduri ta' qbid u l-attivitajiet ta' riċerka xjentifika, il-provvedimenti tal-Konvenzjoni u l-miżuri adottati taħt il-Konvenzjoni, u għandhom ikunu ngħataw taħriġ adegwat biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom b'mod kompetenti. Barra minn hekk, għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw fil-lingwa ta' l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li fuqu jkunu qed iwettqu l-ħidmiet tagħhom.

    5. Osservaturi xjentifici għandhom iġorru dokument maħruġ mill-Istat Membru, li jindikahom f'forma approvata mic-CCAMLR, u jidentifikahom bħala osservaturi xjentifiċi tas-CCAMLR.

    6. Osservaturi xjentifiċi għandhom jippreżentaw lis-CCAMLR, permezz ta' l-Istat Membru li jkun ħatarhom, u l-aktar tard sa xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni jew wara li l-osservaturi jerġgħu lura fil-pajjiż mnejn ikunu telqu, rapport dwar kull żjara ta' osservazzjoni li tkun saret, u dan fuq il-formoli ta' osservazzjoni approvati mis-CCAMLR. Kopja għandha tintbagħat lill-bastiment konċernat u lill-Kummissjoni.

    7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu ghandhom ikunu adottati skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 16

    Arranġamenti għat-tqegħid ta' osservaturi abbord bastimenti

    1. It-tqegħid ta' osservaturi xjentifiċi abbord bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jkunu qed jistadu jew jagħmlu ħidmiet ta' riċerka xjentifika għandu jsir skond arranġamenti bilaterali milħuqa għal dan il-għan ma' membru ieħor tas-CCAMLR

    2. L-arranġamenti bilaterali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bażati fuq dawn il-prinċipji:

    (a) Osservaturi xjentifiċi għandu jkollhom grad ta' uffiċjali tal-bastiment tul il-perjodu li jkunu abbord. Akkomodazzjoni u ikliet provduti abbord għandhom ikunu kompatibbli ma' dan l-istatus.

    (b) L-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu għandu jżgura li dawk li jħaddmu l-bastimenti jipprovdu kull għajnuna lill-osservaturi xjentifiċi abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom. Fost affarijiet oħra, osservaturi xjentifiċi għandu jkollhom aċċess bla xkiel għad-data u l-operat tal-bastiment, biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom kif meħtieġa mis-CCAMLR.

    (ċ) L-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu għandu jieħu kull azzjoni xierqa biex iħares is-sigurtà ta' l-osservaturi xjentifiċi waqt il-qadi ta' dmirijiethom abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, u biex jipprovdilhom għajnuna medika u jħarsilhom il-ħelsien u d-dinjità tagħhom.

    (d) Għandhom jittieħdu miżuri biex osservaturi xjentifiċi jkunu jistgħu jibagħtu u jirċievu messaġġi permezz tat-tagħmir ta' komunikazzjoni abbord il-bastiment, u bl-għajnuna tal-persuna li tħaddem l-apparat. L-ispejjeż raġonevoli kollha li jsiru biex issir din il-komunikazzjoni normalment ikunu assorbiti mill-membru tas-CCAMLR li jkun ħatar lill-osservaturi xjentifiċi (minn hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala l-pajjiż li jkun għamel il-ħatra).

    (e) Arranġamenti li jinvolvi t-trasport u t-teħid abbord ta' osservaturi xjentifiċi għandhom ikunu organizzati b'mod li joħolqu l-inqas inkonvenjent ma' l-operat tas-sajd u r-riċerka.

    (f) L-osservaturi xjentifiċi għandhom jipprovdu lill-kaptani konċernati b'kopja tar-rapporti tagħhom, jekk il-kaptani jkunu jixtiequ hekk.

    (g) Il-pajjiżi li jagħmlu l-għazla għandhom jiżguraw li l-osservaturi xjentifiċi jkollhom assigurazzjoni sodisfaċenti għall-membri konċernati tas-CCAMLR.

    (h) Il-pajjiżi li jagħmlu l-għażla għandhom ikunu responsabbli għat-trasport ta' osservaturi xjentifiċi lill- u mill-postijiet ta' l-imbarkazzjoni.

    (i) Ħlief jekk ikun hemm qbil mod ieħor, tagħmir, ħwejjeġ u salarju u allowances għal osservaturi xjentifiċi normalment ikunu r-responsabbiltà tal-pajjiż li jagħmel l-għażla, waqt li akkomodazzjoni u ikel abbord ikunu provduti mill-bastiment tal-pajjiż li qed jospita.

    3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 17

    Rappurtaġġ ta' informazzjoni

    1. L-Istati Membri li jkunu għażlu osservaturi xjentifiċi għandhom jipprovdu dettalji dwar il-programmi ta' osservazzjoni lis-CCAMLR fl-ewwel opportunità, u mhux iktar tard mit-tmiem ta' kull ftehim bilaterali li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 11. L-informazzjoni segwenti għandha tkun provduta għal kull osservatur:

    (a) id-data u t-tmiem ta' l-arranġament;

    (b) l-isem u n-nazzjonalità tal-bastiment li jkun aċċetta osservaturi abbord;

    (ċ) L-Istat Membru responsabbli għall-għażla ta' l-osservaturi;

    (d) iż-żona tas-sajd (żona statistika, sub-żona, diviżjoni CCAMLR);

    (e) tip ta' data miġbura mill-osservaturi u sottomessa lis-Segretarjat tas-CCAMLR (qabda, target species, dataq bijologika, eċċ);

    (f) dati indikati, iffissati għall-bidu u t-tmiem tal-programm ta' osservazzjoni; u

    (g) id-data indikata li fiha l-osservaturi jkunu mistennija jerġgħu lura f'pajjiżhom.

    2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura fl-Artikolu 20(2).

    KAPITOLU V

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 18

    Emenda ta' l-annessi

    L-Annessi I sa VII għandhom ikunu emendati b'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni li jibdew jorbtu lill-Komunità, skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 20(3).

    Artikolu 19

    Implimentazzjoni

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12, 14, 15, 16 u 17 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 20

    Proċedura tal-Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat maħtur taħt l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru ta' l-2002 dwar il-konservazzjoni u esplojtazzjoni sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika dwar Sajd Komuni [7].

    2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KEE għandu jkun ta' xahar.

    3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEE għandhom japplikaw.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KEE għandu jkun ta' xahar.

    4. Il-Kumitat għandu jaddotta r-Regolamenti tiegħu ta' Proċedura.

    Artikolu 21

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-sehh fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 2004.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Walsh

    [1] Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Diċembru ta' l-2003 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 252, tal-05.09.81, pġ. 26.

    [3] ĠU L 379, tal-31.12.90, pġ. 45.

    [4] ĠU L 6, ta' l-10.01.98, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2742/1999 (ĠU L 341, tal-31.12.99, pġ. 1).

    [5] Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [6] ĠU L 184, tas-17.07.99, pġ. 23.

    [7] ĠU L 358, tal-31.12.02, pġ. 59.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    DAQS MINIMU TAN-NISĠA TAX-XIBKA SKOND IT-TIFSIRA TA' L-ARTIKOLU 4(1)

    Speċi: | Tip ta' xibka | Daqs minimu ta' nisġa tax-xibka |

    Notothenia rossii | Bit-tkarkir, Danish seines u xbiek simili | 120 mm |

    Dissostichus eleginoides | Bit-tkarkir, Danish seines u xbiek simili | 120 mm |

    Goibionotothen gibberifrons | Bit-tkarkir, Danish seines u xbiek simili | 80 mm |

    Notothenia kempi | Bit-tkarkir, Danish seines u xbiek simili | 80 mm |

    Lepidonotothen squamifrons | Bit-tkarkir, Danish seines u xbiek simili | 80 mm |

    Champsocephalus gunnari | Bit-tkarkir, Danish seines u xbiek simili | 90 mm |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    REGOLAMENTI BIEX IKUNU DETERMINATI DAQSIJIET MINIMI TAN-NISĠA TAX-XIBKA

    A. Deskrizzjoni tal-gauges

    1. Il-gauges li jintużaw biex jiddeterminaw id-daqs tan-nisġa tax-xibka għandhom ikunu ta' ħxuna ta' 2 mm, ċatti, ta' materjal sod, u li kapaċi jżommu l-forma tagħhom. Dawn ikollhom jew sensiela ta' ġnub bi truf paralleli. Imġantin bi truf intermedjati ġejjin bil-ponta, u b'ponta ta' wieħed sa tmienja kull naħa, jew truf ġejjin bil-ponta biss, bit-tarf kif speċifikat iktar 'il fuq. Għandu jkollhom toqba fin-naħa ta' l-iktar tarf dejjaq.

    2. Kull gauge għandu jkollha indikat fuq il-wiċċ il-wisgħa f'millimetri kemm tat-taqsima bi ġnub paralleli, jekk ikun hemm, kif ukoll tat-taqsima li tkun bil-ponta. Fil-każ ta' din ta' l-aħħar, il-wisgħa għandha tkun miktuba f'intervalli ta' millimetru, u għandha tkun indikata f'intervalli regolari

    B. L-Użu tal-gauge

    1. Ix-xibka għandha tkun stirata fid-direzzjoni tad-djagonal twil tan-nisġa.

    2. Gauge kif deskritt fil-paragrafu A għandu jiddaħħal mill-idjaq parti tiegħu fil-ftuħ tan-nisġa f'direzzjoni wieqfa għall-pjan tax-xibka.

    3. Il-gauge għandu jiddaħħal fil-fetħa tan-nisġa jew bl-idejn jew permezz ta' piż jew dynamometer, sakemm jitwaqqaf fit-truf li jidjiequ mir-reżistenza tan-nisġa.

    C. Għażla ta' nisġiet li għandhom jitkejlu.

    1. Il-porzjon tax-xibka li għandha titkejjel għandu jifforma sensiela ta' 20 nisġa konsekuttivi mexjin fid-direzzjoni tal-fus it-twil tax-xibka.

    2. Nisġiet iktar minn 50 cm minn qafliet, ħbula jew lenez m'għandhomx jitkejlu. Din id-distanza għandha titkejjel fuq il-wieqaf mal-qafliet, ħbula jew lenez, bix-xibka stirata fid-direzzjoni ta' dak il-kejl. Ebda nisġa li tkun issewwiet jew tkun miksura jew għandha apparat max-xibka imwaħħal man-nisġa.

    3. Bis-saħħa tad-deroga minn 1, in-nisġiet li għandhom jitkejlu m'għandhomx għalfejn ikunu konsekuttivi jekk il-kondizzjonijiet kif elenkati f'2 japplikaw.

    4. Ix-xbiek jitkejlu biss meta jkunu mxarrba u mhux miksija bil-ġlata.

    D. Miżuri ta' kull nisġa

    Id-daqs ta' kull nisġa għandu jkun il-wisgħa tal-gauge fil-punt fejn il-gauge jitwaqqaf meta jintuża kif spjegat fil-paragrafu B.

    E. Determinazzjoni tad-daqs tan-nisġa tax-xibka

    Id-daqs tan-nisġa tax-xibka għandu jkun il-medjan aritmetiku, f'millimetri, tal-miżuri tan-numru totali ta' nisġiet magħżula u mkejla skond kif provdut f'paragrafi Ċ u D, bil-medjan aritmetiku mkejjel sa l-eqreb millimetru.

    In-numru totali ta' nisġiet li għandhom jitkejlu huwa speċifikat fil-paragrafu F.

    F. Sekwenza tal-proċedura ta' spezzjoni

    1. L-ispettur għandu jkejjel sensiela waħda ta' 20 nisġa, magħżula skond kif elenkat fil-paragrafu C, billi jdaħħal il-gauge b'mod manwali mingħajr ma juża la piż u lanqas dynamometer.

    Id-daqs tan-nisġa tax-xibka mbagħad ikun determinat skond kif spjegat fil-paragrafu E.

    Jekk il-kalkolazzjoni tad-daqs tan-nisġa turi li d-daqs tan-nisġa ma jidhirx li huwa skond ir-regolamenti, għandhom jitkejlu żewġ sensiliet addizzjonali ta' 20 nisġa magħżula skond kif elenkat fil-paragrafu Ċ.

    Id-daqs tan-nisġa mbagħad jerġa' jiġi kalkolat skond kif elenkat fil-paragrafu E, u jkunu meqjusa s-60 nisġa ġa mkejla. Mingħajr preġudizzju għal 2 dan ikun id-daqs tan-nisġa tax-xibka.

    2. Jekk il-kaptan tal-bastiment jikkontesta d-daqs tan-nisġa determinat skond 1, din il-miżura ma tkunx meqjusa għad-determinazzjoni tad-daqs tan-nisġa u x-xibka terġa' titkejjel, bl-użu ta' piż jew dynamometer imqabbda mal-gauge; l-għażla tal-piż jew dynamometer titħalla għad-diskrezzjoni ta' l-ispettur. Il-piż jitqabbad (permezz ta' ganċ) mat-toqba fl-idjaq tarf tal-gauge. Id-dynamometer jista' jitqabbad jew mat-toqba fl-idjaq tarf tal-gauge jew jitqiegħed fl-iktar tarf wiesgħa tal-gauge. Il-preċiżjoni tad-dynamometer għandha tkun ċertifikata mill-awtorità nazzjonali nkarigata li tagħmel dan.

    Għal xbieki b'daqs ta' nisġa ta' 35 mm jew inqas, kif determinati skond 1, għandha tiġi applikata forza ta' 19.61 newtons (ekwivalenti għal massa ta' żewġ kilogrammi), u forza ta' 49.03 newtons (ekwivalenti għal massa ta' ħames kilogrammi) għandha tiġi applikata għal xbieki oħra.

    Biex ikun determinat id-daqs tan-nisġa skond kif elenkat fil-paragrafu E, tiġi mkejla sensiela waħda biss ta' 20 nisġa kull fejn jintużaw piż jew dynamometer.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    DESKRIZZJONI DETTALJATA TA' L-ISTREAMER LINE LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 8(5) U L-METODU KIF GĦANDHA TINTUŻA

    1. L-istreamer line għandha tkun imdendla fil-poppa minn punt bejn wieħed u ieħor 4.5 metri 'l fuq mill-ilma, u b'tali mod li tkun direttament fuq il-punt fejn il-lixka taħbat ma' l-ilma.

    2. L-istreamer line għandna tkun bejn wieħed u ieħor ta' diametru ta' tliet millimetri u b'tul minimu ta' 150 metru, u jkollha apparat fit-tarf biex iġiegħlha tistira ħalli l-konz prinċipali jkun direttament wara l-bastiment, ukoll meta jkun hemm irjieħ qawwija.

    3. F'intervalli ta' ħames metri li jibdew mill-punt tar-rabta mal-bastiment, għandhom jintrabtu ħames branch streamers li kull waħda tkun magħmula minn żewġ qafliet ta' diametru ta' bejn wieħed u ieħor tliet millimetri. It-tul ta' l-istreamer għandu jvarja bejn approssimament 3,50 metru qrib il-bastiment għal approssimament 1,25 metru għall-ħames streamer. Meta l-istreamer line tkun qed tintuża, il-branch streamers għandhom jilħqu wiċċ il-baħar u perjodikament jgħoddsu meta l-bastiment jogħla fuq il-mewġ. Għandhom jitqiegħdu swivels fil-punt ta' l-irmunkar fuq l-istreamer line, qabel u wara l-punt tar-rabta ta' kull branch streamer u immedjatament qabel xi piż imqiegħed fit-tarf ta' l-istreamer line. Kull branch streamer għandu wkoll ikollu swivel fil-punt fejn ikun marbut ma' l-istreamer line.

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    PROTOKOLLI SPERIMENTALI GĦAT-TQEGĦID TA' KONZIJIET TWAL SKOND L-ARTIKOLU 8970

    PROTOKOLL A

    A1. Taħt l-osservanza ta' osservatur xjentifiku, il-bastiment:

    (a) għandu jqiegħed minimu ta' ħames konzijiet twal b'minimu ta' erba' time depth recorders (TDR) fuq kull konz;

    (b) iqiegħed TDRs mingħajr preċiżjoni fuq il-konzijiet twal, ġewwa u bejn il-pari;

    (ċ) jikkalkola rata individwali biex kull TDR tinżel taħt l-ilma meta tinġieb lura abbord, fejn:

    (i) ir-rata ta' l-inżul taħt l-ilma tkun imkejla bħala medja taż-żmien li jittieħed biex tinżel taħt il-wiċċ (0 m) sa 15-il m, u

    (ii) din ir-rata ta' nżul tkun b'rata minima ta' 0,3 m;

    (d) jekk ir-rata minima ta' nżul taħt l-ilma ma tinkisibx fl-għoxrin punti ta' prova, din il-prova għandha tkun ripetuta sakemm ikunu rekordjati total ta' 20 prova b'rata minima ta' nżul taħt l-ilma ta' 0,3 m; u

    (e) l-apparat kollu u t-tagħmir tas-sajd użati fil-provi għandhom ikunu l-istess bħal dak li se jintuża fiż-żona tal-Konvenzjoni.

    A2. Waqt is-sajd, biex bastiment iżomm li jkun eżentat mill-ħtieġa li jkun armat għal-lejl, l-osservatur xjentifiku tas-CCAMLR għandu jivverifika kontinwament ir-rata ta' l-inżul taħt l-ilma tal-konz. Il-bastiment għandu jikkopera ma' l-osservatur tas-CCAMLR, li għandu:

    (a) jipprova jqiegħed TDR twil imqiegħed fil-post waqt il-ħin tax-xogħol ta' l-osservatur;

    (b) kull sebat ijiem iqiegħed it-TDRs kollha disponibbli fuq konz twil wieħed biex tkun determinata l-varjazzjoni ta' nżul taħt l-ilma tul-il-konz;

    (ċ) iqiegħed TDRs mingħajr programm fuq il-konz twil fil- u bejn il-pari;

    (d) jikkalkola rata individwali għal kull TDR meta dawn jittellgħu lura abbord; u

    (e) ikejjel ir-rata ta' nżul taħt l-ilma bħala medja tal-ħin li jieħu biex jinżel taħt il-wiċċ (0 m) sa 15 m.

    A3. Il-bastiment għandu:

    (a) jiżgura li r-rata medja ta' nżul taħt l-ilma hija ta' minimu ta' 0,3 m/s:

    (b) jirrapporta kuljum lill-manager tas-sajd; u

    (ċ) jiżgura li d-data miġbura mill-provi dwar inżul taħt l-ilma hija rekordjata fil-forma approvata u sottomessa lill-manager tas-sajd fi tmiem l-istaġun.

    PROTOKOLL B

    B1. Taħt l-osservazzjoni ta' uffiċjal xjentifiku, il-bastiment:

    (a) iqiegħed minimu ta' ħames konzijiet twal tat-tul massimu li se jintużaw fiż-żona tal-Konvenzjoni b'minimu ta' erba' provi bil-fliexken (ara paragrafi B5 sa B9) fit-terz tan-nofs tal-konz twil;

    (b) iqiegħed fliexken tal-prova mingħajr program fuq il-konz twil fil- u bejn il-pari, waqt li jinnota li l-provi kollha għandhom ikunu applikati nofs triq bejn il-piżijiet;

    (ċ) jikkalkola rata individwali ta' nżul taħt l-ilma għal kull prova bil-flixkun meta r-rata ta' nżul taħt l-ilma tkun imkejla bħala l-ħin meħud biex il-konz twil jinżel mill-wiċċ (0 m) sa 10 m;

    (d) din ir-rata ta' nżul tkun b'rata minima ta' 0,3 m/s;

    (e) jekk ir-rata minima ta' nżul taħt l-ilma ma tinkisibx fl-20 punt ta' kampjun kollha (erba' provi fuq ħames konzijiet) ghandhom ikomplu l-provi sakemm ikunu rekordjati total ta' 20 prova b'rata minima ta' nżul taħt l-ilma ta' 0,3 m/s;

    (f) l-apparat u t-tagħmir tas-sajd użati fil-provi għandhom ikunu ta' l-istess speċifikazzjonijiet ta' dawk użati fiż-żona tal-Konvenzjoni.

    B2. Waqt is-sajd, biex bastiment iżomm l-eżenzjoni li hemm provdiment għaliha fl-Artikolu 7(8), l-osservatur xjentifiku tas-CCAMLR irid jagħmel monitoring regolari tar-rata ta' nżul taħt l-ilma. Il-bastiment jikkopera ma' l-osservatur tas-CCAMLR, li:

    (a) jimmira li jagħmel prova bil-flixkun fuq kull konz twil imqiegħed waqt il-perjodu tax-xogħol ta' l-osservatur, waqt li jinnota li l-prova għandha ssir fuq it-terz tan-nofs tal-kont;

    (b) kull sebat ijiem iqiegħed mill-inqas erba' fliexken tal-prova fuq konz twil wieħed biex jiddetermina kwalunkwe varjazzjoni fuq il-konz tar-rata ta' nżul taħt l-ilma;

    (ċ) iqiegħed fliexken tal-prova mingħajr program fuq il-konz twil fil- u bejn il-pari, waqt li jinnota li l-fliexken kollha għandhom ikunu mqiegħda fin-nofs bejn il-piżijiet;

    (d) jikkalkola rata individwali ta' nżul taħt l-ilma; u

    (e) ikejjel ir-rata ta' nżul taħt l-ilma tal-konz bħala l-ħin meħud għall-konz biex jinżel minn wiċċ l-ilma (0 m) sa 10 m.

    B3. Waqt li jkun qed jitħaddem taħt din l-eżenzjoni, il-bastiment għandu:

    (a) jiżgura li l-konzijiet twal kollha għandhom piżijiet biex ikollhom rata minima ta' nżul taħt l-ilma ta' 0,3 m/s f'kull ħin;

    (b) jirrapporta kuljum lill-aġenzija nazzjonali tiegħu dwar il-kisbiet ta' din it-target; u

    (ċ) jiżgura li d-data miġbura mir-rata ta' nżul taħt l-ilma tal-konzijiet hija rekordjata bis-sistema approvat u sottomessa lill-agenzija nazzjonali rilevanti fi tmiem l-istaġun.

    B4. Prova boil-flixkun għandha ssir kif spjegata hawn taħt.

    Armar tal-flixkun

    B5. 10 m lenza ta' 2 mm tat-tip multifilament nylon snood, jew l-ekwivalenti tagħha, għandha tintrabat tajjeb ma' l-għonq ta' flixkun tal-plastik ta' 750 ml [1] (li jżomm fil-wiċċ madwar 0,7 kg) bi klipp ta' konz twil imqabbda mat-tarf l-ieħor. Il-kejl tat-tul isir mill-punt fejn ikun imqabbad (it-tarf tat-terminal tal-klipp) sa għonq il-flixkun, u għandu jkun verifikat mill-osservatur kull ftit ġranet.

    B6. Tape adesiv li jirrifletti għandu jiddawwar madwar il-flixkun biex dan ikun jista' jiġi osservat matul il-lejl. Fil-flixkun għandha titqiegħed biċċa karta li tiflaħ għall-ilma b'numru uniku ta' identifikazzjoni kbir biżżejjed biex ikun jista' jinqara minn ftit metri bogħod.

    Prova

    B7. Il-flixkun jitbattal mill-ilma, it-tapp jitħalla miftuħ u l-lenza tiddawwar madwar il-korp tal-flixkun għas-setting. Il-flixkun bil-lenza mdawra miegħu jintrabat mal-konz twil [2], nofs triq bejn il-piżijiet (il-punt tar-rabta).

    B8. L-osservatur jirrekordja l-Ħin meta l-punt tar-rabta jidħol fl-ilma bħala f'sekondi bħala t1 [3]. Il-ħin meta l-flixkun ikun osservat li nġibed kollu taħt l-ilma huwa rekordjat f'sekondi bħala t2. Ir-riżultat tal-prova huwa kalkolat kif ġej:

    rata ta' nżul taħt l-ilma tal-konz = 10/(t2 - t1)

    B9. Ir-riżultat għandu jkun 0,3 m/s jew iktar. Dawn id-data għandhom ikunu rekordjati fl-ispazju provdut fil-logbook elettroniku ta' l-oservatur.

    [1] Meħtieġ flixkun ta' l-ilma tal-plastik b'tapp tal-plastik iebes bil-kamin. It-tapp tal-flixkun jitħalla miftuħ biex il-flixkun jimtela' bl-ilma meta jinġibed taħt il-wiċċ..B'hekk il-flixkun ikun jista' jerġa' jintuża flok jitgħaffeġ bil-pressa ta' l-ilma.

    [2] Fuq autolines għandu jintrabat mas-sinsla; fuq is-sistema Spanjola ta' konzijiet twal, ir-rabta għandha ssir mal-konz tas-snanar.

    [3] Dan il-proċess jista' jkun segwit aħjar permezz ta' tromba, speċjalment fil-maltemp.

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    REGOLAMENTI DWAR BY-CATCHES FIS-SAJD LI JSIR FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI

    A. Sajd regolat

    1. Jekk waqt is-sajd ippjanat għal Dissostichus eleginoides fis-sub-żona statistika tal-FAO 48.3 il-qabda ta' kwalunkwe speċi hija ta' tunnellata metrika jew iktar f'kalata waħda, il-bastiment tas-sajd għandu jersaq lejn żona oħra ta' sajd mhux eqreb minn ħames mili nawtiċi bogħod. Il-bastiment tas-sajd ma jerġax lura għal kwalunkwe punu f'ċirku ta' ħames mili nawtiċi tal-post fejn il-qabda qabżet tunellata metrika, għal mill-inqas ħamest ijiem.

    2. Jekk waqt is-sajd ippjanat għal Champsocephalus gunnari fis-sub-żona statistika tal-FAO 48.3 il-qabda tal-kalata waħda ta' xi waħda minn dawn l-ispeċi: Chaenocephalus aceratus, Gobionotothen gibberifrons, Lepidonotothen squamifrons, Notothenia rossii, jew Pseudochaenichthys Georgia,

    (a) hi iktar minn 100 kg u taqbeż ħamsa fil-mija tal-qabda totali tal-ħut kollu bħala piż,

    jew

    (b) hija ta' żewġ tunellati metriċi jew iktar, allura

    il-bastiment tas-sajd għandu jmur f'żona oħra mill-inqas ħames mili nawtiċi bogħod. Ma jerġax lura għal kwalunkwe punt f'ċirku ta' ħames mili nawtici tal-post fejn il-qabda ta' dawn l-ispeċi qabżet il-ħamsa fil-mija għal perjodu ta' mill-inqas ħamest ijiem.

    3. Jekk waqt is-sajd ippjanat għal Dissostichus eleginoides jew Champsocephalus gunnari fid-diviżjoni statistika tal-FAO 58.5.2 il-qabda fi kwalunkwe sajda ta' Channichthys rhinoceratus, Lepidonotothen squamifront, Macrourus spp, jew ħamiem jew raja, hija ta' żewġ tunnellati metriċi jew iktar, il-bastiment tas-sajd ma jistadx b'dak il-metodu ta' sajd fi kwalunkwe punt f'ħames mili nawtiċi tal-post fejn il-qabda ta' dawn l-ispeċi qabżet żewġ tunnellati metriċi, għal perjodu ta' mill-inqas ħamest ijiem.

    Jekk waqt dan is-sajd, il-qabda waqt sajda waħda ta' xi speċi li hemm limitu fuqhom ta' tunnellata metrika jew iktar kif impost mill-Komunità, il-bastiment tas-sajd ma jistadx b'dik is-sistema fi kwalunkwe punt f'ħames mili nawtiċi minn fejn il-qabda ta' din l-ispeċi eċċediet tunnellata metrika, għal perjodu ta' mill-inqas ħamest ijiem.

    4. Jekk, waqt sajd ippjanat għal Electrona carlsbergi fis-sub-żona statistika tal-FAO 48.3, il-qabda waqt sajda waħda ta' speċi li mhix l-ispeċi li jkun qed isir sajd għaliha:

    (a) hija iktar minn 100 kg u teċċedi hamsa fil-mija tal-qabda totali tal-ħut kollu bħala piż,

    jew

    (b) hija ta' żewġ tunellati jew iktar, allura

    il-bastiment tas-sajd isalpa għal lokazzjoni oħra mill-inqas ħames mili nawtiċi bogħod. Ma jerġax lura għal kwalunkwe punt f'ċirku ta' ħames mili nawtiċi tal-lokazzjoni fejn il-qabda ta' speċi minbarra l-ispeċi li sar is-sajd għalihom qabżu ħamsa fil-mija, għal perjodu ta' mill-inqas ħamest ijiem.

    5. Il-lokazzjoni fejn il-qabda teċċedi l-kwantitajiet li hemm referenza għalihom f'punti 1 sa 4 hija definita bħala l-passaġġ segwit mill-bastiment tas-sajd mill-punt fejn l-apparat tas-sajd huwa użat għall-ewwel darba mill-bastiment tas-sajd sal-punt fejn l-apparat jinġabar lura mill-bastiment tas-sajd.

    B. Sajd ġdid u esploratorju

    1. Jekk il-qabda ta' kwalunkwe speċi hija ugwali għal jew aktar minn tunellata metrika f'sajda waħda, il-bastiment tas-sajd għandu jsalpa għal lokazzjoni oħra mill-inqas ħames mili nawtiċi bogħod. Ma jerġax lura għal kwalunkwe punt f'ċirku ta' ħames mili nawtiċi tal-lokazzjoni fejn il-qabda eċċediet tunellata metrika għal perjodu ta' mill-inqas ħamest ijiem. Il-lokazzjoni fejn il-qabda eċċediet tunnellata hija definita bħala l-passaġġ segwit mill-bastiment tas-sajd mill-punt fejn l-apparat tas-sajd huwa użat għall-ewwel darba mill-bastiment tas-sajd sal-puntv fejn l-apparat jinġabar lura mill-bastiment tas-sajd.

    2. Għall-iskopijiet ta' paragrafu 1:

    (a) by-catch hi kostitwita minn qabdiet ta' kull speċi barra l-ispeċi li jkun qed isir sajd għaliha;

    (b) Macrourus spp.u ħamiem u raja għandhom kull wieħed jingħaddu bħala speċi waħda.

    --------------------------------------------------

    ANNESS VI

    QABDIET TA' RIĊERKA FIS-SAJD GĦAL CHAMPSOCEPHALUS GUNNARI FIS-SUB-ŻONA STATISTIKA TAL-FAO 48.3 WAQT L-ISTAĠUN TAL-BAJD

    1. Għaxar qabdiet ta' riċerka għandhom isiru fl-inħawi ta' Shag Rocks/Black Rocks. Dawn għandhom jitqassmu bejn l-erba setturi murija f'Figura 1: erbgħa kull wieħed fis-setturi tal-Majjistral u x-Xlokk, u tnejn kull wieħed fis-setturi tal-Grigal u Lbiċ. Tmien qabdiet oħra ta' riċerka għandhom jitmexxew fl-ixkaffa tal-Majjistral tan-Nofinhar ta' Ġorġja f'baħar fond inqas minn 300 m, kif muri f'Figura 1.

    2. Kull qabda ta' riċerka għandha tkun mill-inqas ħames mili nawtiċi bogħod mill-oħrajn kollha. L-ispazjar ta' l-istazzjonijiet huwa maħsub biex ikun tali li ż-żewġ żoni huma koperti biżżejjed biex jipprovdu tagħrif dwar it-tul, sess, maturità u komposizzjoni ta' piż ta' Champsocephalus gunnari.

    3. Jekk konċentrazzjonijiet ta' ħut ikunu misjuba fit-triq lejn in-Nofsinhar ta' Ġorġja, jista' jsir sajd għalihom minbarra l-qabdiet għal riċerka.

    4. It-tul tal-qabdiet għal riċerka għandu jkun ta' minimu ta' 30 minuta, bix-xbieki f'fond ta' sajd. Matul il-jum, is-sajd bix-xbieki għandu jsir viċin il-qiegħ.

    5. L-osservatur xjentifiku internazzjonali abbord għandu jieħu kampjuni mill-qabdiet kollha tar-riċerka. Kampjuni għandhom ikunu mmirati li jikkonsistu f'mill-inqas 100 huta, u l-kampjuni jsiru skond teknika standard ta' mingħajr programm. Il-ħut kollu fil-kampjun għandu jkun eżaminat għall-inqas għal tul, sess u determinazzjoni ta' maturità, u fejn ikun possibbli għal piż. Jekk il-qabda tkun kbira u l-ħin jippermetti, għandhom ikunu eżaminati iktar ħut.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1:Tqassim ta' 20 qabda esploratorja ta' sajd fuq Champsocephalus gunnari f'Shag Rocks (12) u Nofsinhar ta' Ġorġja (8) bejn l-ewwel ta' Marzu u l-31 ta' Mejju. Postijiet ta' sajd madwar in-Nofsinhar ta' Ġorġja huma illustrattivi.

    --------------------------------------------------

    ANNESS VII

    FUNZJONIJIET U DMIRIJIET TA' OSSERVATURI XJENTIFIĊI ABBORD BASTIMENTI FUQ XOGĦOL TA' RIĊERKA XJENTIFIKA JEW ĦSAD TA' RIŻORSI MARITTIMI ĦAJJIN FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 15(2)

    A. Il-funzjoni ta' osservaturi xjentifiċi abbord bastimenti fuq riċerka xjentifika jew ħsad ta' riżorsi marittimi ħajjin huwa li josservaw u jirrappurtaw dwar l-operat ta' attivitajiet ta' sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni, bil-ħsieb tal-għanijiet u l-prinċipji tal-Konvenzjoni.

    B. Biex titwettaq din il-funzjoni, osservaturi xjentifiċi għandhom jaqdu dawn id-dmirijiet skond sistemi ta' osservazzjoni approvati mill-Kumitat Xjentifiku ts-CCAMLR:

    (a) jirrekordjaw dettalji ta' l-operat tal-bastiment (eż tqassim ta' ħin bejn tiftix, sajd, traġitt eċċ u dettalji tal-qabdiet;

    (b) jieħdu kampjuni tal-qabdiet biex jiddeterminaw karatteristiċi bijoloġiċi;

    (ċ) jirrekordjaw data bijoloġika skond l-ispeċi maqbuda;

    (d) jirreġistraw il-qbid, kwantitajiet u data oħra bijoloġika;

    (e) jirreġistraw tħabbil u mewt inċidentali ta' tajr tal-baħar u mammiferi;

    (f) jirrekordjaw il-proċedura li biha jitkejjel il-piż dikjarat tal-qabda u jiġbru data relatata mal-fattur tal-konversjoni bejn piż aħdar u prodott finali f'każ li l-qabda tkun rekordjata a bażi tal-piż tal-prodott proċessat;

    (g) jippreparaw rapporti ta' l-osservazzjonijiet tagħhom bl-użu tas-sistemi ta' osservazzjoni approvati mill-Kumitat Xjentifiku, u jissottomettuhom lill-awtoritajiet rispettivi;

    (h) jissottomettu kopji tar-rapporti lill-kaptani tal-bastimenti;

    (i) jgħinu, jekk ikunu mitluba, lill-kaptan tal-bastiment fil-proċedura ta' l-irrekordjar u rappurtar tal-qabda;

    (j) jagħmlu xogħlijiet oħra skond kif deċiż bi qbil bejn il-partijiet konċernati mal-ftehim bilaterali applikabbli;

    (k) jiġbru u jirrappurtaw data fattwali rigward bastimenti tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni, inkluż identifikazzjoni tat-tip ta' bastiment, pożizzjoni u attività;

    (l) jiġbru tagħrif dwar telf ta' apparat tas-sajd u rimi ta' skart minn bastimenti fuq il-baħar.

    --------------------------------------------------

    Top