Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0395

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 395/2004 tat-2 ta' Marzu 2004 li jiftaħ investigazzjoni li tirrigwarda t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi jew tal-pajpiiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar, ikkunsinnati mis-Sri Lanka sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fis-Sri Lanka u sewwa jekk le u li jagħmlu dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

    ĠU L 65, 3.3.2004, p. 7–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/395/oj

    32004R0395



    Official Journal L 065 , 03/03/2004 P. 0007 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 395/2004

    tat-2 ta' Marzu 2004

    li jiftaħ investigazzjoni li tirrigwarda t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi jew tal-pajpiiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar, ikkunsinnati mis-Sri Lanka sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fis-Sri Lanka u sewwa jekk le u li jagħmlu dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-importazzjonijiet tad-dumpng minn pajjiżi mhux membri tal-Komunitá Ewropea [1] (ir-"Regolament bażiku"), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 u (5) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. IT-TALBA

    (1) Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nri 384/96 sabiex tinvestiga t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri kontra d-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fittigs tat-tubi u tal-pajpjiet, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubbika Popolari taċ-Ċina.

    (2) It-talba ġiet iddepożitata fil-20 ta' Jannar 2004 mill-Kumitat tad-Difiża ta' l-Industrija tal-Fittings Tas-Saldatura ta' l-Azzar minn Tarf sa Tarf ta' l-Unjoni Ewropea f'isem il-produtturi Komuntarji.

    B. IL-PRODOTT

    (3) Il-prodott interessat fit-tagħwiġ possibbli huwa l-fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet (għajr il-fittings tal-ħadid fondut, il-flanġijiet u l-fittings bil-kamin), tal-ħadid u ta' l-azzar (ma jinkludix l-azzar stainless), bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta' kwalità wżata għas-saldaturi minm sa tarf jew għal għanijiet oħra, normalment iddikjarati taħt l-kodiċijiet tan-NM ex73079311 (il-kodiċi tat-TARIC7307931194), ex73079319 (il-kodiċi tat-TARIC7307931994), ex73079330 (il-kodiċi tat-TARIC7307993094) u ex73039990 (il-kodiċi tat-TARIC7307999094) (il-"prodott interessat"). Dawn il-kodiċijiet qegħdin jingħataw għat-tagħrif biss.

    (4) Il-prodott taħt investigazzjoni huwa ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet, tal-ħadid u ta' l-azzar, ikkunsinnati mis-Sri Lanka (il-"prodott taħt investigazzjoni") normalment iddikjarati taħt l-istess kodiċjiet bħall-prodott interessat.

    Ċ. IL-MIŻURI EŻISTENTI

    (5) Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li possibbilment qegħdin jiġu mgħawġa huma l-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 [2].

    D. IR-RAĠUNIJIET

    (6) It-talba fiha xiehda prima facie biżżejjed illi l-miżuri kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu mgħawġa permezz tat-trasbord u d-dikjarazzjoni mhux korretta ta' l-oriġini via s-Sri Lanka dwar ċerti fittings tat-tubi jew tal-pajpjiet, tal-ħadid jew ta l-azzar.

    (7) Ix-xiehda ssottomessa hija kif ġej:

    It-talba turi li saret bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn il-Komunitá wara l-imposizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott interessat, u li m'hemmx kawża jew ġustifikazzjoni mistħoqqa biżżejjed għajr l-imposizzjoni tad-dazju għal din il-bidla.

    Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ tidher li ħierġa mit-trasbord u d-dikjarazzjoni mhux korretta ta' l-orġini ta' ċerti fittings tat-tubi u l-pajpjiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Poplari taċ-Ċina via s-Sri Lanka.

    Iktar minn hekk, it-talba fiha xieħda prima facie biżżejjed illi l-effetti rimedjali eżistenti tal-miżuri ta' kotra d-dumping fuq il-prodott interessat qegħdin jiġu mdgħajfa f'termini ta' kwantitajiet. Volumi sinifikanti ta' ċerti fittings tat-tubi u l-pajpijiet, tal-ħadid u ta' l-azzar, mis-Sri Lanka jidhru li ħadu l-post ta' l-importazzjonijet tal-prodott interessat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    Finalment, it-talba fiha biżżejjed xiehda prima facie illi l-prezzijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar, qegħdin jiġu mitfugħa fid-dumping f' relazzjoni mal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott interessat.

    Jekk il-prattiċi tat-tagħwiġ via s-Sri Lanka koperti bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr għat-trasbord u d-dikjarazzjoni mhux korretta, jiġu identifikati fil-kors ta' l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri dawn il-prattiċi wkoll.

    E. IL-PROĊEDURA

    (8) Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet illi teżisti xiehda biżżejjed għalbiex tiġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u tagħmel l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet, tal-ħadid u l-azzar, ikkunsinnati mis-Sri Lanka, sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fis-Sri Lanka u sewwa jekk le, bla ħsara għar-reġistrazzjoni, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

    (a) Il-Kwestjonarji

    (9) Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' l-esportaturi/produtturi fis-Sri Lanka, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-importaturi fil-Komunitá li kkoperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti, u lill-awtoritajiet fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tas-Sri Lanka. It-tagħrif, kif approprjat, jista' jintalab ukoll mill-industrija Komunitarja.

    (10) Ikun xi jkun il-każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jkkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament u, jekk meħtieġ, titlob kwestjonarju fil-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, mogħti illi l-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

    (11) L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tas-Sri Lanka jridu jiġu nnotifikati bil-ftuħ ta' l-investgazzjoni.

    (b) Il-ġbir tat-tagħrif u ż-żamma tas-smigħ

    (12) Il-partijiet interessati kollha huma hawnhekk mistiedna li jagħmlu l-veduti tagħhom magħrufa bil-miktub u li jipprovdu x-xiehda ta' sostenn. Iktar minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' partjiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li jeżistu raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu.

    (ċ) L-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew tal-miżuri

    (13) Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwix tagħwiġ.

    (14) It-tagħwiġ possibbli jsir barra mill-Komunitá. L-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku qiegħed jimmira li jopponi l-prattiċi tat-tagħwiġ mingħajr ma jaffettwa lill-operaturi li jkunu jistgħu jippruvaw illi huma mhumiex involuti f'dawn il-prattiċi, imma ma fihx dispożizzjoni speċifika li jista' jistabbilixxi li ma jkunux involuti fil-prattiċi tat-tagħwiġ. Għalhekk jidher meħtieġ li tiddaħħal il-possibbiltá li l-produtturi interessati jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti esportati tagħhom jew mill-miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet.

    (15) Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom japplikaw għaliha u jissottomettu kull tweġiba mitluba fil-kwestjonarju fil-limiti approprjati taż-żmien, sabiex ikun jista' jiġi stabbilit illi mhumiex qegħdin jgħawġu d-dmirijet ta' kontra d-dumping fit-tifsira ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. L-importaturi jkunu għadhom jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri safejn u sakemm l-importazzjonijiet tagħhom ikunu minn għand produtturi li jkunu ġew konċessi din l-eżenzjoni, u skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

    F. IR-REĠISTRAZZJONI

    (16) Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni għandhom isiru bla ħsara għar-reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' tagħwiġ, ikunu jistgħu jiġu imposti b'taxxa (levy) id-dazji ta' kontra d-dumping ta' ammont approprjat retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet ikkunsinnati mis-Sri Lanka.

    G. IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

    (17) Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, il-limiti taż-żmien għandhom jiġu ddikjarati fi żmien li fih:

    - il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-miktub u jissottometti t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor li jrid jitqies matul l-investigazzjoni,

    - il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub li trid tinstema' mill-Kummissjoni.

    (18) Tinġibed l-attenzjoni għall-fatt illi l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddikjarati fir-Regolament bażiku jiddependi milli l-parti tagħmel lilha nfisha magħrufa fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

    H. IN-NUQQAS TA' KOPERAZZJONI

    (19) Fil-każijiet li fihom parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien jew inkella ma tipprovdihx, jew timpedixxi l-investigazzjoni sinifikament, is-sejbiet, fl-affermattiv jew fin-negattiv, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

    (20) Meta jinstab li parti interessata tkun forniet tagħrif falz jew li jiżgwida, it-tagħrif ma għandux jingħata każ tiegħu u jista' jintgħamel użu mill-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkoperax, jew tikkopera biss b'mod parzjali, u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq il-fatti disponibbli skond l-Artoklu 18, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli milli kieku kkoperat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Hija hawnhekk miftuħa investigazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex tistabblixxi jekk l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunitá tal-fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr il-fittings tal-ħadid fondut, il-flanġijiet u l-fittings bil-kamin), tal-ħadid u l-azzar (li ma jinkludux l-azzar stainless), bl-ikbar dijamentru estern li m jaqbiżx is-609,6 mm, tal-kwalitá wżata għas-saldaturi minn tarf sa tarf, li jidħlu fi-kodiċijiet tan-NM ex73079311 (il-kodiċi tat-TARIC7307931194), ex73079319 (il-kodiċi tat-TARIC7307931994), ex73079930 (il-kodiċi tat-TARIC7307993094) u ex73079990 (il-kodiċi tat-TARIC7307999094), ikkunsinnati mis-Sri Lanka, sewwa jekk joriġinaw fis-Sri Lanka u sewwa jekk le, ikunu qegħdin jgħawġu l-miżuri imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003.

    Artikolu 2

    L-awtoritajiet tad-dwana huma hawnhekk immexxija, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li jieħdu l-passi approprjati sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunitá identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

    Ir-Reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    B'regolament, il-Kummissjoni tista' tidderieġi lill-awtoritajiet tad-Dwana li jieqfu mir-reġistrazzjoni rigward l-importazzjonijiet fil-Komunitá tal-prodotti ffabbrikati mill-produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li ma jkunux qegħdin jgħawġu d-dazji ta' kontra d-dumping.

    Artikolu 3

    1. Il-kwestjonarji għandhom jiġu mitluba mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnaal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    2. Jekk ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati jridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa billi jikkuntattaw lill-Kummisjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-kitba u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għajr jekk speċifikat xorta oħra.

    3. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll li jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 40 jum.

    4. Kull tagħrif li għandu x'jaqsam mal-materja, kull talba għal smigħ jew għall-kwestjonarju kif ukoll kull talba għall-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikati ta' nuqqas ta' tagħwiġ iridu jsiru bil-miktub (mhux f'format elettroniku, għajr jekk speċifikat xorta oħra) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz ta' l-e-mail, in-numri tat-telefon, tal-fax u/jew tat-telex tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovvduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzali għandhom jiġu ttikkettjati bħala "Limitat" [3] u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzali li trid tiġi ttikkettjata "Għall-ispezzjon mill-partijiet interessati".

    L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Directorate General for Trade – (id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea)

    Directorate B - (Id-Direttorat B)

    J-79, 5/16

    B - 1049

    Brussel - (B – 1049),

    il-Fax (32-2) 295 65 05,

    it-Telex COMEU B 21877

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-2 ta Marzu 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Pascal Lamy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1).

    [2] ĠU L 139, tas-6.6.2003, p. 3, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2212/2003 (ĠU L 332, tad-19.12.2003, p. 3).

    [3] Dan ifisser illi d-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Rergolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, tal-31.5.2002, p. 43). Huwa dokument kunfidenzali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT tas-sena 1993 (il-Ftehim ta' Kontra d-Dumping).

    --------------------------------------------------

    Top