Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0314

    Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar taż-Żimbabwe

    ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/11/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/314/oj

    32004R0314



    Official Journal L 055 , 24/02/2004 P. 0001 - 0013


    Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 314/2004

    tad-19 ta' Frar 2004

    dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar taż-Żimbabwe

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK tad-19 ta' Frar 2004 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe [1],

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Permezz tal-Posizzjoni Komuni 2002/145/PESK tat-18 ta' Frar 2002 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe [2], il-Kunsill esprima tħassib serju dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe u b'mod partikolari dwar il-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem mill-Gvern taż-Żimbabwe, li jinkludu vjolazzjonijiet fil-libertà ta' l-opinjoni, ta' l-assoċjazzjoni u ta' assemblea paċifika. F'dan ir-rigward, huwa impona ċertu miżuri restrittivi, li jiġu reveduti kull sena. Xi miżuri restrittivi imposti kontra ż-Żimbabwe ġew implimentati fuq il-livell tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 310/2002 [3]. Il-perjodu għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ġie estiż għall-20 ta' Frar 2004 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 313/2003 [4].

    (2) Il-Kunsill jibqa' jikkonsidra li madankollu l-Gvern taż-Żimbabwe għadu jwettaq vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, sakemm jibqgħu l-vjolazzjonijiet, il-Kunsill jara li hu neċessarju li jżomm il-miżuri restrittivi kontra il-Gvern taż-Żimbabwe u dawk responsabbli għall-dawn il-vjolazzjonijiet.

    (3) Għalhekk, il-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK tipprovdi tiġdid tal-miżuri restrittivi previsti mill-Posizzjonji Komuni 2002/145/PESK.

    (4) Il-miżuri restrittivi provduti mill-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK jinkludu, inter alia, projbizzjoni fuq assistenza teknika, iffinanzjar u assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' apparat li jista' jintuża għar-repressjoni interna, u l-iffriżar ta' fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-Gvern taż-Żimbabwe u ta' kull persuna naturali jew ġuridika, entitajiet jew istituzzjonijiet assoċjati magħhom.

    (5) Dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-iskop tat-Trattat u, għalhekk, biex tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-liġi tal-Komunità hija neċessarja biex jiġu implimentati safejn għandha x'taqsam il-Komunità. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità huwa meqjus li jinkludi it-territorji ta' l-Istati Membri fejn japplika t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

    (6) Huwa mixtieq li d-disposizzjonijiet dwar il-projbizzjoni fuq assistenza teknika, iffinanzjar u assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, u dawk dwar l-iffriżar tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi jittieħdu fl-istess linja tal-prattika riċenti.

    (7) Dan ir-Regolament jemenda u jestendi l-miżuri restrittivi li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 30/2002, li għandu jieħu post immedjatament wara li dan ta' l-aħħar jiskadi,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (a) "assistenza teknika" tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u li jista' jiġi f'forma ta' istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' konoxxenza tax-xogħol jew kapaċitajiet jew servizzi ta' konsulenza; l-assistenza teknika tinkudi assistenza f'forma verbali;

    (b) "fondi" tfisser assi finanzjari u kull tip ta' benefiċċji li jinkludu, imma mhux limitata għal:

    (i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, drafts, money orders u strumenti ta' ħlas oħra;

    (ii) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħra, bilanċ fuq kontijiet, djun u obligazzjonijiet ta' dejn;

    (iii) sigurtajiet negozjati pubblikament u privatament u strumenti ta' dejn, li jinkludu titoli u ishma, ċertifikati li jirrapreżentaw sigurtajiet, bonds, noti, digrieti, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;

    (iv) interessi, dividendi jew dħul ieħor fuq jew l-akkumulazzjoni tal-valur minn jew prodotti minn assi;

    (v) kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew obbligazzjonjiet finanzjarju oħra;

    (vi) ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, karti ta' bejgħ;

    (vii) dokumenti li jixhdu interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

    (viii) kull strument għall-finanzjament ta' l-esportazzjoni;

    (ċ) "iffriżar tal-fondi" tfisser li ma jitħalla l-ebda mossa, trasferiment, alterazzjoni, użu ta, aċċess għall-, jew innegozjar ta' fondi bl-ebda mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, ammont, posizzjoni, propjetà, pussess, karattru, destinazzjoni jew bidla oħra li tipermetti li l-fondi jintużaw, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-portafolli;

    (d) "riżorsi ekonomiċi" tfisser assi ta' kull tip, sew jekk huma tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi imma jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

    (e) "iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi" tfisser li l-użu tagħhom ma titħalliex biex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi bl-ebda mod, u jinkludi, imma mhux limitata għall-, bejgħ, kiri jew ipotekar tagħhom.

    Artikolu 2

    Għandu jiġi projbit:

    (a) l-għoti, l-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' assistenza teknika relatati ma' attivitajiet militari u mall-provista, fabbrikazzjoni, manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, li jinkludi armi u munizzjon, vetturi militari u makkinarju, apparat paramilitari, u partijiet ta' dawn imsemmija qabel li jistgħu jinbidlu, dirett jew indirett ma' kull persuna, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

    (b) l-iffinanzjar jew assistenza finanzjarja relatata ma attivitajiet militari li partikolarment jinkludu għotjiet, self jew esportazzjoni ta' kreditu assigurati, għal kull bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, dirett jew indirett ma' kull persuna, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

    (ċ) il-parteċipazzjoni, b'intenzjoni, f'attivitajiet liema skop jew effett, dirett jew indirett, jippromwovi l-operazzjonijiet msemmija f'punti (a) jew (b).

    Artikolu 3

    Għandu jiġi projbit:

    (a) il-bejgħ, il-provvista, t-trasferiment jew l-esportazzjoni intenzjonali, dirett jew indirett, ta' apparat li jista' jintuża għar-ripressjoni interna kif imsemmija fl-Anness I, kemm jekk oriġinata jew le fil-Komunità, lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

    (b) l-għoti, l-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' assistenza teknika relatat ma' l-apparat imsejjaħ f'punt (a), lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

    (ċ) il-provvista, dirett jew indiretta, ta' ffinanzjar jew assistenza finanzjarja relatata ma' l-apparat imsemmi fil-punt (a), lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

    (d) il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u l-intenzjoni, f'attivitajiet li l-iskop jew l-effett, dirett jew indirett, u li jippromwovi l-operazzjonijiet msemmija f'punti (a), (b) jew (ċ).

    Artikolu 4

    1. B'deroga mill-Artikolu 2 u 3 l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Memberi kif imniżżla fl-Aness II jistgħu jawtorizzaw:

    (a) il-provvista ta' finanzi u assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatat ma':

    (i) apparat militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi ta' żvilupp istituzzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u il-Komunità;

    (ii) materjal maħsub għall-operazzjonijiet għall-ġestjoni ta' kriżi għall-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti:

    (b) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' apparat imniżżel fl-Anness I maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, u il-provvista ta' assistenza finanzjarja, iffinanzjar u assistenza teknika relatata ma' dawn l-operazzjonijiet.

    2. L-ebda awtorizzazzjoni m'għandha tingħata għall-attivitajiet li seħħew.

    Artikolu 5

    L-Artikoli 2 u 3 ma japplikawx għall-ilbies protettiv, li jinkludi ġgieket tqal għall-protezzjoni rinfurzati bil-metall (flak jackets) u elmi militari, esportati temporarjament lejn iż-Żimbabwe minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, personul ta' l-Unjoni Ewropea, tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-media u ħaddiema f'xogħol umanitarju u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali biss.

    Artikolu 6

    1. Il-fondi u ir-riżorsi ekonomiċi kollha, li jappartjenu lil membri individwali tal-Gvern taż-Żimbabwe jew lil persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet jew istituzzjonijiet assoċjati magħhom kif elenkati fl-Anness III għandhom jiġu ffriżati.

    2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom ikunu disponibbli, direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċju ta' persuni naturali jew Ġuridiċi, enitatajiet jew istituzzjonijiet kif elenkat fl-Anness III.

    3. Il-parteċipazzjoni, b'intenzjoni, f'attivitajiet liema skop jew effett, dirett jew indirett, jippromwovi l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 huma projbiti.

    Artikolu 7

    1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta'fondi jew riżorsi ekonomiċi jew iqiegħdu għad-disposizzjoni ċertu fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, bil-kondizzjonjonijiet meqjusa xierqa, wara li jddeterminaw li il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi miftiehma huma:

    (a) neċessarji għall-spejjeż bażiċi, li jinkludu pagamenti għall-ikel, kera jew ipoteka, mediċina jew trattament mediku, taxxi, premji ta' assigurazzjoni u ħlasijiet għall-utilità pubblika;

    (b) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' ħlas professjonali raġonevoli u r-rimborż ta' flus li ntefqu li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

    (ċ) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' ħlas jew ħlas għall-servizzi għaż-żamma tar-rutina jew manteniment tal-fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    (d) neċessarji għall-spejjeż kbar, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tinnotifika mill-anqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni bir-raġunijiet li tikkonsidra li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u l-Kumissjoni.

    L-awtorità kompetenti relevanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq kull awtorizzazzzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

    2. L-Artikolu 6(2) ma japplikax għaż-żieda ta' kontijiet friżati ta':

    (a) interessi jew qligħ fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) pagamenti dovuti għall-kuntratti, arranġamenti jew obligazzjonijiet li ġew konklużi jew tqajmu Qabel id-data li dawk il-kontijiet ġew soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 310/2002 jew dan ir-Regolament,

    iżda li kull interess, qligħ ieħor jew pagamenti jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 6(1).

    Artikolu 8

    1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar rappurtaġġ, riservatezza u sigriet professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, persuni naturali u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

    (a) immedjatament ifornu kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti iffriżati skond l-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri imniżżla fl-Anness II fejn huma residenti jew qegħdin, u għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni, direttament jew minn dawn l-awtoritajiet kompetenti, għall-Kummissjoni;

    (b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness II għal kull verifikazzjoni ta' din l-informazzjoni.

    2. Kull informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha tkun disponnibli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati.

    3. Kull informazzjoni provduta jew irċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet għal liema ġiet ipprovduta jew irċevuta.

    Artikolu 9

    L-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi jew fondi mhux disponnibli, imwettaq bi skop tajjeb bil-prinċipju li din l-azzjoni hija skond dan ir-Regolament, m'għandu jkun il-kawża ta' l-ebda responsabbiltà fuq il-parti tal-persuna naturali jew ġuridika jew entita li qiegħda timplementah, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha, kemm il-darba jkun hemm provi li l-fondi u riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati b'konsegwenza ta' negliġenza.

    Artikolu 10

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandom immedjatament jinforumaw lil xulxin dwar il-miżuri li jittieħdu taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom relatat ma dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni li tirrigwardja problemi ta' vjolazzjoni u infurzar u sentenzi mgħotija minn qrati nazzjonali.

    Artikolu 11

    Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex:

    (a) temenda l-Anness II skond informazzjoni provduta mill-Istati Membri;

    (b) temenda l-Anness III skond deċiżjonijiet meħuda skond l-Anness għall-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

    Artikolu 12

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regolamenti fuq sanzjonijiet għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li jkunu ġew implimentati. Is-sanzjonijiet provvduti irridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważiv. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil Kummissjoni b'dawn ir-regolamenti mingħajr dewmien wara id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Reoglament u għandhom jinnotifikawha sussegwentament b'kull emenda.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jkun japplika:

    (a) fi ħdan it-territorju tal-Komunità, li jinkludi l-ispazju ta' l-ajru;

    (b) abbord kull inġenji ta' l-ajru jew kull bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

    (ċ) għal kull persuna ġewwa jeww barra mit-territorju tal-Komunità li huwa ċittadin ta' Stat Membru;

    (d) għal kull persuna ġuridika, grupp jew entita li hija inkoporata jew ikkostitwita taħt il-liġi ta' Stat Membru;

    (e) għal kull persuna ġuridika, grupp jew entita li qegħda fil-kummerċ ġewwa il-Komunità.

    Artikolu 14

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta' Frar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Frar 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. McDowell

    [1] ĠU L 50, 20.02.04, p. 66.

    [2] ĠU L 50, tal-21.2.2002, p. 1. Posizzjoni Komuni kif emendat l-aħħar mill-Posizzjoni Komuni 2003/115/PESK (ĠU L 46, ta' l-20.2.2003, p. 30).

    [3] ĠU L 50, tal-21.2.2002, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 743/2003 (ĠU L 106, tad-29.4.2003, p. 18).

    [4] ĠU L 46, 20.02.03, p. 6.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Lista ta' apparat li jista' jintuża għar-repressjoni interna msemmi fl-Artikolu 3

    Il-lista t'hawn taħt ma tinkludix l-oġġetti li huma maħsuba jew modifikati b'mod speċjali għall-użu militari.

    1. Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika, elmi għal kontra ir-rivelli, tarki għal kontra ir-rivelli u tarki ballistiċi u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk.

    2. Apparat maħsub b'mod speċjali għall-marka ta' swaba.

    3. Serċlajt li jaħdmu bl-elettriku.

    4. Apparat tal-kostruzzjoni li jipprovdi protezzjoni ballistika.

    5. Skieken tal-kaċċa.

    6. Apparat maħsuba b'mod speċjali biex jagħmlu is-senters.

    7. Apparat għall-tqegħid mannwali ta' l-munizzjon.

    8. Strumenti li jinterċettaw l-komunikazzjoni.

    9. Ditekters ottiċi solidi.

    10. Tubi li jintensifikaw l-immaġni.

    11. Lentijiet teleskopiċi ta' armi.

    12. Armi smooth-bore u munizjon relatat, minbarra dawk maħsuba b'mod speċjali għall-użu militari, u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk, minbarra:

    - pistoli tas-sinjali,

    - xkubetti ta' l-arja u kkargati bl-iskrataċ maħsuba bħala għodda industrijali jew li jistordu l-annimali b'mod uman.

    13. Simulaturi għall-taħriġ fl-użu ta' armi u komponenti u aċċessorji maħsuba jew modifikati b'mod speċjali għalhekk.

    14. Bombi u granati, minbarra dawk li huma maħsuba b'mod speċjali għall-użu militari, u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk.

    15. Armatura tal-ġisem, minbarra dak fabbrikat għall-istàndards jew speċifikazzjonijiet militari, u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk.

    16. Vetturi bl-utilità ta' l-all-wheel-drive li huma kapaċi jintużaw f'off-road, li ġew fabbrikati jew armata bi protezzjoni ballistika, u armatura magħmula għal dawn il-vetturi.

    17. Kanun ta' l-ilma u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk.

    18. Vetturi mgħammra b'kanun ta' l-ilma.

    19. Vetturi maħsuba u modifikat b'mod speċjali biex ikunu elettiċizzati biex ireġġgħu fruntieri u komponenti maħsuba u modifikata b'mod speċjali għal dan il-għan.

    20. Strumenti akustiċi preżentati mill-fabbrikant jew l-fornitur li huma adattati għall-kontroll ta' rivelli, u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk.

    21. Manetti tas-saqajn, ktajjen tal-grupp, manetti u ċinturini għax-xokkijiet elettriċi, maħsuba b'mod speċjali biex irażżnu lill-bnedmin; minbarra:

    - manetti li d-daqs massimu tagħhom jinkludi katina li mhix aktar minn 240 mm meta tissakkar.

    22. Strumenti li jistgħu jinġarru maħsuba u modifikati b'mod speċjali għall-kontroll tar-rivelli jew protezzjoni personali bl-amministrazzjoni ta' sustanza inkapaċitanti (bħal gass tad-dmugħ jew sprej tal-bżar), u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk.

    23. Strumenti li jistgħu jinġarru maħsuba u modifikat b'mod speċjali għall-kontroll tar-rivelli jew protezzjoni personali bl-amministrazzjoni ta' xokk eletrriku (li jinkludu lmbiebet li jagħtu xokkijiet elettriċi, targi li jagħtu xokkijiet elettriċi, xkubetti biex tbeżża', u xkubetti li jitfgħu xokkijiet elettriċi (tasers)) u komponenti li għalhekk huma maħsuba u modifikati b'mod speċjali għal dan il-għan.

    24. Apparat elettroniku kapaċi li josserva splussiv moħbi u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk, minbarra:

    - Apparat b'ispezzjoni TV jew raġġi-X.

    25. Apparat elettroniku li jibblokka, maħsub b'mod speċjali biex ma titħalliex l-isplużjoni qawwija kontrolloata minn kontroll mill-bogħod trasmess bir-radju ta' strumenti improvizzati u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalehekk.

    26. Apparat u strumenti maħsuba b'mod speċjali biex jibdew splużjonijiet b'meżżi ta' l-elettriku jew mhux ta' l-elettriku; li jinkludu sparer irranġat, detonaturi, apparat li jikkaġuna ark elettriku (igniters), bŭsters (boosters) u ħabel tad-detonazzjoni, u komponenti maħsuba b'mod speċjali għalhekk; minbarra:

    - dawk maħsuba b'mod speċjali għall-użu speċifiku kummerċjali li jikkonsisti mill-attwazzjoni jew l-operazzjoni b'mezzi splussivi ta' apparat jew strumenti oħra liema funzjoni mhix li toħloq splużjonijiet (eż. neffieħ ta' l-air-bag tal-karozzi, electric-surge-arresters li jazzjonaw il-bexxiexa ta' kontra n-nar).

    27. Apparat u strumenti maħsuba għall-kontroll ta' artillerija splussiva; minbarra:

    - kutri għall-użu mal-bombi,

    - kontenituri maħsuba għall-oġġetti li jingħalqu li huma magħrufa li huma jew suspettati li jkunu strumenti splussivi improvizzati.

    28. Apparat għall-vista ta' bil-lejl u għall-immaġni termali u tubi li jittensifikaw l-immaġni jew sensors solidi.

    29. Software u teknoloġija maħsuba b'mod speċjali u ta' bżonn għall-punti mniżżla kollha.

    30. Splussiv li jisplodi b'mod lineari.

    31. Splussiv u sustanzi relatat kif ġejjin:

    - amatol,

    - nitroċelluloża (li għandu aktar minn 12,5 % nitroġenu),

    - nitroglycol,

    - pentaerythritol tetranitrate (PETN),

    - picryl chloride,

    - tinitorphenylmethylnitramine (tetryl),

    - 2,4,6-trinitrotoluene (TNT).

    32. Software u teknoloġija maħsuba b'mod speċjali għall-punti mniżżla kollha.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7 u 8

    IL-BELĠJU

    Service public fédéral des affaires étrangères, commerce extérieur et coopération au développement

    Egmont 1

    Rue des Petits Carmes 19

    B-1000 Bruxelles

    Direction générale des affaires bilatérales

    Service "Afrique du sud du Sahara'"

    Téléphone (32-2) 501 85 77

    Service des transports

    Téléphone (32-2) 501 37 62

    Télécopieur (32-2) 501 88 27

    Direction générale de la coordination et des affaires européennes

    Coordination de la politique commerciale

    Téléphone (32-2) 501 83 20

    Service public fédéral de l'économie, des petites et moyennes entreprises, des classes moyennes et de l'énergie

    Direction générale du potentiel économique, service "Licences'"

    Avenue du Général Leman 60

    B-1040 Bruxelles

    Téléphone (32-2) 206 58 16/27

    Télécopieur (32-2) 230 83 22

    Service public fédéral des finances

    Administration de la Trésorerie

    Avenue des Arts 30

    B-1040 Bruxelles

    Télécopieur (32-2) 233 74 65

    Courriel: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

    Brussels Hoofdstedelijk Gewest — Région de Bruxelles-Capitale

    Kabinet van de minister van Financiën, Begroting, Openbaar Ambt en Externe Betrekkingen van de Brusselse Hoofdstedelijke regering

    Kunstlaan 9

    B-1210 Brussel

    Telefoon: (32-2) 209 28 25

    Fax (32-2) 209 28 12

    Cabinet du ministre des finances, du budget, de la fonction publique et des relations extérieures du gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

    Avenue des Arts 9

    B-1210 Bruxelles

    Téléphone (32-2) 209 28 25

    Télécopieur (32-2) 209 28 12

    Région wallonne:

    Cabinet du ministre-président du gouvernement wallon

    Rue Mazy 25-27

    B-5100 Jambes-Namur

    Téléphone (32-81) 33 12 11

    Télécopieur (32-81) 33 13 13

    Vlaams Gewest:

    Administratie Buitenlands Beleid

    Boudewijnlaan 30 B-1000 Brussel

    Tel. (32-2) 553 59 28

    Fax (32-2) 553 60 37

    ID-DANIMARKA

    Erhvervs- og Boligstyrelsen

    Dahlerups Pakhus

    Langelinie Allé 17

    DK-2100 København Ø

    Tlf. (45) 35 46 60 00

    Fax (45) 35 46 60 01

    Udenrigsministeriet

    Asiatisk Plads 2

    DK-1448 København K

    Tlf. (45) 33 92 00 00

    Fax (45) 32 54 05 33

    Justitsministeriet

    Slotholmsgade 10

    DK-1216 København K

    Tlf. (45) 33 92 33 40

    Fax (45) 33 93 35 10

    IL-ĠERMANJA

    Li tikkonċerna finanzi u assistenza finanzjarja:

    Deutsche Bundesbank

    Servicezentrum Finanzsanktionen

    Postfach

    D-80281 München

    Tel. (49-89) 28 89 38 00

    Fax (49-89) 35 01 63 38 00

    Li tikkonċerna merkanzija, assistenza teknika u servizzi oħra:

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

    Frankfurter Straße 29–35

    D-65760 Eschborn

    Tel. (49-61) 969 08-0

    Fax (49-61) 969 08-800

    IL-GREĊJA

    Υπουργείο Εθνικήίς Oικονομίας

    Γενική Διεύθυνση Οικονομικής Πολιτικής

    Νίκης 5-7

    GR-101 80 Αθήνα

    Τηλ: (0030-210) 333 27 81-2

    Φαξ: (0030-21) 333 28 10, 333 27 93

    Economy General

    Directorate of Economic Policy

    5-7 Nikis St.

    GR-101 80 Athens

    Tel.: (0030-210) 333 27 81-2

    Fax (0030-210) 333 28 10, 333 27 93

    Υπουργείο Εθνικήίς Oικονομίας

    Γενική Γραμματεία Διεθνών Οικονομικών Σχέσεων

    Γενική Διεύθυνση Σχεδτασμού και Διαχείρισης Πολιτικής

    Κορνάρου 1

    GR-105 63 Aθήνα

    Τηλ: (0030-210) 333 27 81-2

    Φαξ: (0030-21) 333 28 10, 333 27 93

    Ministry of National Economy

    General Directorate for Policy Planning and Implementation

    1, Kornarou St.

    GR-105 63 Athens

    Tel. (0030-210) 333 27 81-2

    Fax (0030-21) 333 28 10, 333 27 93

    SPANJA

    Ministerio de Economía

    Dirección General de Comercio e Inversiones

    Paseo de la Castellana, 162

    E-28046 Madrid

    Tel. (34) 913 49 38 60

    Fax (34) 914 57 28 63

    Dirección General del Tesoro y Política Financiera

    Subdirección General de Inspección y Control de Movimientos de Capitales

    Ministerio de Economía

    Paseo del Prado, 6

    E-28014 Madrid

    Tel. (34) 912 09 95 11

    Fax (34) 912 09 96 56

    FRANZA

    Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

    Direction générale des douanes et des droits indirects

    Cellule embargo — Bureau E2

    Téléphone (33) 144 74 48 93

    Télécopie (33) 144 74 48 97

    Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

    Direction du Trésor

    Service des affaires européennes et internationales

    Sous-direction E

    139 rue de Bercy

    F-75572 Paris Cedex 12

    Téléphone (33) 144 87 17 17

    Télécopieur (33) 153 18 36 15

    Ministère des affaires étrangères

    Direction de la coopération européenne

    Sous-direction des relations extérieures de la Communauté

    Téléphone (33) 143 17 44 52

    Télécopieur (33) 143 17 56 95

    Direction générale des affaires politiques et de sécurité

    Service de la politique étrangère et de sécurité commune

    Téléphone (33) 143 17 45 16

    Télécopieur (33) 143 17 45 84

    L-IRLANDA

    Central Bank of Ireland

    Financial Markets Department

    PO box 559

    Dame Street

    Dublin 2

    Ireland

    Tel. (353-1) 671 66 66

    Department of Foreign Affairs

    Bilateral Economic Relations Division

    76-78 Harcourt Street

    Dublin 2

    Ireland

    Tel. (353-1) 408 24 92

    Department of Enterprise, Trade and Employment

    Licensing Unit

    Earlsfort Centre

    Lower Hatch Street

    Dublin 2

    Ireland

    Tel. (353-1) 631 21 21

    Fax (353-1) 631 25 62

    L-ITALJA

    Ministerio degli Affari esteri

    GDAS — Uff. II

    Roma

    Tel. (39) 06 36 91 24 35

    Fax (39) 06 36 91 45 34

    Ministerio delle Attività produttive

    Gabinetto del vice ministro per il Commercio estero

    Roma

    Tel. (3) 06 59 64 75 47

    Fax (39) 06 59 64 74 94

    Ministerio delle Infrastructure e dei trasporti

    Gabinetto del ministro

    Roma

    Tel. (39) 06 44 26 73 75

    Fax (39) 06 44 26 73 70

    IL-LUSSEMBURGU

    Ministère des affaires étrangères

    Direction des relations économiques internationals

    6 rue de la Congrégation

    L-1352 Lussemburgu

    Téléphone (352) 478 23 46

    Télécopieur (352) 22 20 48

    Ministère des finances

    3 rue de la Congrégation

    L-1352 Lussemburgu

    Téléphone (352) 478 27 12

    Télécopieur (352) 47 52 41

    L-OLANDA

    Ministerie van Buitenlandse Zaken

    Directie Verenigde Nates

    Afdeling Politieke Zaken

    2594 AC Den Haag

    Nederland

    Tel. (31-70) 348 42 06

    Fax (31-70) 348 67 49

    Ministerie van Financiën

    Directie Financiële Markten, afdeling Integriteit

    Postbus 20201

    2500 EE Den Haag

    Nederland

    Tel. (31-70) 342 89 97

    Fax (31-70) 342 79 18

    L-AWSTRIJA

    Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

    Abteilung C/2/2

    Stubenring 1

    A-1010 Wien

    Tel. (43-1) 711 00

    Fax (43-1) 711 00-8386

    Österreichische Nationalbank

    Otto-Wagner-Platz 3

    A-1090 Wien

    Tel. (43-1) 404 20-431/404 20-0

    Fax (43-1) 404 20-73 99

    Bundesministerium für Inneres

    Bundeskriminalamt

    Josef-Holaubek-Platz 1

    A-1090 Wien

    Tel (43-1) 313 45-0

    Fax: (43-1) 313 45-85290

    IL-PORTUGALL

    Ministério dos Negócios Estrangeiros

    Direcção-Geral dos Assuntos Multilaterais Largo do Rilvas

    Largo do Rilvas

    P-0350-179 Lisboa

    Tel.: (351-21) 394 60 72

    Fax (351-21) 394 60 73

    Ministério das Finanças

    Direcção-Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

    Avenida Infante D. Henrique 1, C- 2.o

    P-1100 Lisboa

    Tel.: (351-1) 882 32 40/47

    Fax (351-1) 882 32 49

    IL-FINLANDJA

    Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

    PL/PB 176

    FI-00161 Helsinki/Helsingfors

    P./tel. (358-9) 16 05 59 00

    Faksi/Fax (358-9) 16 05 57 07

    Puolustusministeriö/Försvarsministeriet

    Eteläinen Makasiinikatu 8/Södra Magasinsgatan 8

    FI-00131 Helsinki/Helsingfors

    PL/PB 31

    P./Tel. (358-9) 16 08 81 28

    Faksi/Fax (358-9) 16 08 81 11

    L-ISVEZJA

    Inspektionen för strategiska produkter (ISP)

    Box 70252

    S-107 22 Stockholm

    Tfn (46-8) 406 31 00

    Fax (46-8) 20 31 00

    Regeringskansliet

    Utrikesdepartementet

    Rättssekretariatet för EU-frågor

    Fredsgatan 6

    S-103 39 Stockholm

    Tfn (46-8) 405 10 00

    Fax (46-8) 723 11 76

    Finansinspektionen

    Box 7831

    S-103 98 Stockholm

    Tfn (46-8) 787 80 00

    Fax (46-8) 24 13 35

    IR-RENJU UNIT

    Sanctions Licensing Unit

    Export Control Organisation

    Department of Trade and Industry

    4 Abbey Orchard Street

    London SW1P 2HT

    United Kingdom

    Tel. (44-207) 215 05 94

    Fax (44-207) 215 05 93

    HM Treasury

    Financial Systems and International Standards

    1 Horse Guards Road

    London SW1A 2HQ

    United Kingdom

    Tel. (44-207) 270 59 77

    Fax (44-207) 270 54 30

    Bank of England

    Financial Sanctions Unit

    Threadneedle Street

    London EC2R 8AH

    United Kingdom

    Tel. (44-207) 601 46 07

    Fax (44207) 601 43 09

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 6

    1.Mugabe, Robert Gabriel | President, imwieled fil-21.2.1924 |

    2.Buka (a.k.a. Bhuka), Flora | Ministru ta' l-Istat fl-Uffiċju tal-Viċi President (l-eks Ministry ta' l-Istat għall-Programme għar-Riforma ta' l-Art fl-Uffiċju tal-President) imwieled fil- 25.2.1968 |

    3.Bonyongwe, Happyton | Direttur-Ġenerali Central Intelligence Organisation, imwieled fis- 6.11.1960 |

    4.Chapfika, David | Deputat Ministru tal-Financi u Żvilupp Ekonomiku |

    5.Charamba, George | Segretarju Permanenti Dipartiment għall-Informazzjoni u Pubbliċità, imweieled fl- 4.4.1963 |

    6.Charumbira, Fortune Zefanaya | Deputat Ministru għall-Gvern Lokali, Xogħolijiet Pubbliċi u Housing Nazzjonali, imwieled fl- 10.6.1962 |

    7.Chigwedere, Aeneas Soko | Ministru ta' l-Edukazzjoni, Sports u Kultura, imwieled fil-25.11.1939 |

    8.Chihuri, Augustine | Kummissarju tal-Pulizijao, imwieled fl- 10.3.1953 |

    9.Chikowore, Enos C. | ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Art u Kolonizzazzjoni Ġdida, imwieled fl-1936 |

    10.Chinamasa, Patrick Anthony | Ministru tal-Ġustizzja, Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947 |

    11.Chindori-Chininga, Edward Takaruza | ex-Ministru tal-Minjieri u Żvilupp tal-Minjieri, imwieled fl- 14.3.1955 |

    12.Chipanga, Tongesai Shadreck | Deputat Ministru ta' l-Affarijiet ta' l-Intern |

    13.Chiwenga, Constantine | Kmandant Forzi tad-Difiża ta' Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant ta' l-Armata, Tenent Ġeneral), imwieled fil- 25.8.1956 |

    14.Chiwewe, Willard | Segretarju Superjuri responsabbli għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċju tal-President (ex-Segretarju Superjuri, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fid-19.3.1949 |

    15.Chombo, Ignatius Morgan Chiminya | Ministru tal-Gvern Lokali, Xogħolijiet Pubbliċi u Housing Nazzjonali, imwieled fl- 1.8.1952 |

    16.Dabengwa, Dumiso | ZANU (PF) Politburo Membru Superjuri tal-Kumitat, imwieled fl-1939 |

    17.Goche, Nicholas Tasunungurwa | Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċju tal-President (ex-Ministru tas-Sigurtà), imwieled ta' l-1.8.1946 |

    18.Gula-Ndebele, Sobuza | President tal-Kummissjoni li Tissorvelja l-Elettorat |

    19.Gumbo, Rugare Eleck Ngidi | Ministru ta' l-Istat għall-Impriżi ta' l-Istat u l-Parastatali fl-Uffiċju tal-President (ex-Deputat Ministru ta' l-Intern), mwieled fit-8.3.1940 |

    20.Hove, Richard | ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Affarijiet Ekonomiċi, imwieled fl-1935 |

    21.Hungwe, Josaya (a.k.a. Josiah) Dunira | Gvernatur Provenċjali: Masvingo, imwieled fis-7.11.1935 |

    22.Kangai, Kumbirai | ZANU (PF) Politburo Membru tal-Kumitat, imwieled fis-17.2.1938 |

    23.Karimanzira, David Ishemunyoro Godi | ZANU (PF) Politburo Segretarju tal-Finanzi, imwieled fil-25.5.1947 |

    24.Kasukuwere, Saviour | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ, imwieled fit- 23.10.1970 |

    25.Kuruneri, Christopher Tichaona | Ministru tal-Finanzi u Żvilupp Ekonomiku (ex-Deputat Ministru tal-Ministru tal-Finanzi u Żvilupp Ekonomiku), imwieled fl-4.4.1949 |

    26.Langa, Andrew | Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni |

    27.Lesabe, Thenjiwe V. | ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Affarijiet tan-Nisa, imwieled fl-1933 |

    28.Machaya, Jason (a.k.a. Jaison) Max Kokerai | Deputat Ministru tal-Minjieri u Żvilupp tal-Minjieri, mwieled fit- 13.6.1952 |

    29.Made, Joseph Mtakwese | Ministru ta; l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali (ex-Ministru ta' l-Artjijiet, Agrikoltura u Kolonizzazzjoni Ġdida Rurali), imwieled fil- 21.11.1954 |

    30.Madzongwe, Edna (a.k.a. Edina) | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għall-Produzzjoni u Xogħol, imwieled fil-11.7.1943 |

    31.Mahofa, Shuvai Ben | Deputat Ministru għaż-Żvilupp taż-Żgħażagħ, Ġeneru u Ħolqien ta' Xogħol, imwieled fl-4.4.1941 |

    32.Mahoso, Tafataona | President tal-Kummissjoni ta' l-Informazzjoni tal-Medja |

    33.Makoni, Simbarashe | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi (ex-Ministru tal-Finanzi), imwieled fit- 22.3.1950 |

    34.Malinga, Joshua | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għad-Disabbli u l-Iżvantaġġjati, imwieled fit-28.4.1944 |

    35.Mangwana, Paul Munyaradzi | Ministru tas-Servizz Pubbliku, Xogħol u Assistenza Soċjali (ex-Ministru ta' l-Istat għall-Impriżi ta' l-Istat u Parastatali fl-Uffiċju tal-President), imwieled fl- 10.8.1961 |

    36.Mangwende, Witness Pasichigare Madunda | Gvernatur Provinċjali: Harare (ex-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni), imwieled fil-15.10.1946 |

    37.Manyika, Elliot Tapfumanei | Ministru bla portafoll (ex-Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, Ġeneru u Ħolqien tax-Xogħol), imwieled fit- 30.7.1955 |

    38.Manyonda, Kenneth Vhundukai | Deputat Ministru ta' l-Industrija u Kummerċ Internazzjonali, imwieled fl-10.8.1934 |

    39.Marumahoko, Rueben | Deputat Ministru ta' l-Enerġija u Żvilupp tal-Enerġija, imwieled fl-4.4.1948 |

    40.Masawi, Ephrahim Sango | Gvernatur Provinċjali: Mashonaland Central |

    41.Masuku, Angeline | Gvernatur Provinċjali: Matabeleland South (ZANU (PF) Politburo Segretarju għad-Disabbli u l-Iżvantaġġjati), imwielda fl-14.10.1936 |

    42.Mathema, Cain | Gvernatur Provinċjali: Bulawayo |

    43.Mathuthu, T. | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għat-Trasport u Assistenza Soċjali |

    44.Midzi, Amos Bernard (Mugenva) | Ministru tal-Minjieri u Żvilupp tal-Minjieri (ex-Ministru ta' l-Enerġija u Żvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl- 4.7.1952 |

    45.Mnangagwa, Emmerson Dambudzo | Speaker tal-Parliament, imwieled fil-15.9.1946 |

    46.Mohadi, Kembo Campbell Dugishi | Ministru ta' l-Intern (ex-Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, Xogħolijiet Pubbliċi u Housing Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949 |

    47.Moyo, Jonathan | Ministru ta' l-Istat għall-Informazzjoni u Pubbliċità flu-Uffiċju tal-President, imwieled fit- 12.1.1957 |

    48.Moyo, July Gabarari | Ministru ta' l-Enerġija u Żvilupp ta' l-enerġija (ex-Ministru tas-Servizz Pubbliku, Xogħol u Assistenza Soċjali), imwieled fis- 7.5.1950 |

    49.Moyo, Simon Khaya | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945 |

    50.Mpofu, Obert Moses | Gvernatur Provinċjali: Matabeleland North (ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għas-Sigurtà Nazzjonali), imwieled fit- 12.10.1951 |

    51.Msika, Joseph W. | Viċi-President, imwieled fis-6.12.1923 |

    52.Msipa, Cephas George | Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931 |

    53.Muchena, Olivia Nyembesi (a.k.a. Nyem-bezi) | Ministru ta' l-Istat għax-Xjenza u Teknoloġija fl-Uffiċju tal-President (ex-Ministru ta' l-Istat fl-Uffiċju tal-Viċi-President Msika), mwieled fit-18.8.1946 |

    54.Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange | ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Ġeneru u Kultura, imwieled fl- 14.12.1958 |

    55.Mudede, Tobaiwa (Tonneth) | Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942 |

    56.Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo | Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, imwieled fis-17.12.1941 |

    57.Mugabe, Grace | Mart Robert Gabriel Mugabe, imwielda fit- 23.7.1965 |

    58.Mugabe, Sabina | ZANU (PF) Politburo Membru Superjuri tal-Kumitat, imwielda fl-14.10.1934 |

    59.Mujuru, Joyce Teurai Ropa | Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u Żvilupp Infrastrutturali (ex-Ministru tar-Riżorsi Rurali u Żvilupp ta' l-Ilma), imwielda fil- 15.4.1955 |

    60.Mujuru, Solomon T.R. | ZANU (PF) Politburo Membru Superjuri tal-Kumitat, imwieled fl-1.5.1949 |

    61.Mumbengegwi, Samuel Creighton | Ministru ta' l-Industrija u Kummerċ Internazzjonali (ex-Ministru ta' l-Edukazzjoni Ogħla u Teknoloġija), imwieled fit-23.10.1942 |

    62.Murerwa, Herbert Muchemwa | Ministru ta' l-Edukazzjoni Ogħla u Terzjarja (ex-Ministru tal-Finanzi u Żvilupp Ekonomiku), imwieled fil-31.7.1941 |

    63.Mushohwe, Christopher Chindoti | Ministru tat-Trasport u Kommunkazzjonijiet (ex-Deputat Ministru tat-Trasport u Komunikazzjonijiet), imwieled fis- 6.2.1954 |

    64.Mutasa, Didymus Noel Edwin | Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċju tal-President u jieħu ħsieb il-Programm Anti-Koruzzjoni u Anti-Monopolji (ex-ZANU (PF) Politburo Segretarju għar-Relazzjonijiet Esterni), imwieled fis-27.7.1935 |

    65.Mutinhiri, Ambros (a.k.a. Ambrose) | Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, Ġeneru u Ħolqien tax-Xogħol, Brigadier Irtirat |

    66.Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza | Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Imprizi Żgħar u Medji, imwieled fis-27.5.1948 |

    67.Muzenda, Tsitsi V. | ZANU (PF) Politburo Membru Superjuri tal-Kumitat, imwieled fit-28.10.1922 |

    68.Muzonzini, Elisha | Brigadier (ex-Direttur Ġenerali Central Intelligence Organisation), imwieled fl- 24.6.1957 |

    69.Ncube, Abedinico | Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, imwieled fit- 13.10.1954 |

    70.Ndlovu, Naison K. | ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Produzzjoni u Xogħol, imwieled fit-22.10.1930 |

    71.Ndlovu, Sikhanyiso | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għall-Kumissarjat, imwieled fl-20.9.1949 |

    72.Nhema, | Ministru ta' l-Ambjent u Turiżmu, imwielda fis- 17.4.1959 |

    73.Nkomo, John Landa | Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċju tal-President. |

    74.Nyambuya, Michael Reuben | Tenent Ġeneral, Gvernatur Provinċjali: Manicaland |

    75.Nyoni, Sithembiso Gile Glad | Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Imprizi Żgħar u Medji (ex-Ministru ta' l-Istat għas-Settur Informali), imwieled fl-20.9.1949 |

    76.Parirenyatwa, David Pagwese | Ministru tas-Saħħa u l-Welfare tat-Tfal (ex Deputat Ministru), imwieled 2.8.1950 |

    77.Pote, Selina M. | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għas-Sess u l-Kultura |

    78.Rusere, Tinos | Deputat Ministru għar-Riżorsi ta'l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali (ex Deputat Ministr tar-Riżorsi Rurali u l-Iżvilupp ta' l-Ilma), imwieled 10.5.1945 |

    79.Sakupwanya, Stanley | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għas-Saħħa u l-Welfare tat-Tfal |

    80.Samkange, Nelson Tapera Crispen | Gvernatur Provinċjali Mashonaland West |

    81.Sekeramayi, Sydney (a.k.a. Sidney) Tigere | Ministru tad-Difiża, imwieled 30.3.1944 |

    82.Shamu,Webster | Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċju tal-President, imwieled 6.6.1945 |

    83.Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa | ZANU (PF) Politburo Segretarju ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled 29.9.1928 |

    84.Shiri, Perence | Marixxall ta' l-Ajru (Forza ta' l-Ajru), imwieled 1.11.1955 |

    85.Shumba, Isaiah Masvayamwando | Deputat Ministru ta'l-Edukazzjoni, Sport u Kultura, imwieled 3.1.1949 |

    86.Sibanda, Jabulani | President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled 31.12.1970 |

    87.Sibanda, Misheck Julius Mpande | Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għan-Nru. 93 Charles Utete), imwieled 3.5.1949 |

    88.Sibanda, Phillip Valerio (a.k.a. Valentine) | Kmandant ta' l-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe. Logutenent Ġenerali, imwieled 25.8.1956 |

    89.Sikosana, Absolom | ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Affarijiet dwar iż-Żgħażagħ |

    90.Stamps, Timothy | Konsulent dwar is-Saħħa fl-Uffiċju tal-President, imwieled 15.10.1936 |

    91.Tawengwa, Solomon Chirume | ZANU (PF) Politburo Deputat Segretarju għall-Finanzi, imwieled 15.6.1940 |

    92.Tungamirai, Josiah T. | Ministru ta' L-Istat għall-Indeġinazzjoni u Enpowerment, Marisħall ta' l-Ajru Irtirat (ex ZANU (PF) Politburo Segretarju għall-Empowerment u l-Indeġħinazzjoni), imwieled 8.10.1948 |

    93.Utete, Charles | President tal-Kumitat Presidenzali dwar ir-Revizjoni ta'l-Artijiet (ex Segretaju tal-Kabinett), imwieled 30.10.1938 |

    94.Zimonte, Paradzai | Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled 4.3.1947 |

    95.Zvinavashe, Vitalis | Ġeneral Irtirat (ex Kap tal-Impjegati tad-Difisa) imwieled 27.9.1943 |

    --------------------------------------------------

    Top