EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0069

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE tas-27 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni tal-banek multilaterali ta’ l-iżviluppTest b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 125, 28.4.2004, p. 44–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2006; Imħassar b' 32006L0048

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/69/oj

32004L0069



Official Journal L 125 , 28/04/2004 P. 0044 - 0044


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE

tas-27 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni tal-"banek multilaterali ta’ l-iżvilupp"

(Test b’relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu [1], u partikolarment il-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 60(1) tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 1(19) tad-Direttiva 2000/12/KE jiddefinixxi "banek multilaterali ta’ l-iżvilupp" b’manjiera ennumerata.

(2) F’ittra ta’ Novembru 2002, l-Aġenzija tal-Garanzija ta’ l-Investiment Multilaterali (MIGA) talbet li tkun inkluża fil-lista ta’ l-Artikolu 1(19) tad-Direttiva 2000/12/KE.

(2) MIGA hija membru tal-Grupp tal-Bank Dinji. MIGA tipprovdi garanziji għall-investituri tas-settur privat kontra riskji mhux-kummerċjali u, partikolarment, ir-riskju tat-telf, skond kriterja kjarament definita, li tirriżulta minn nuqqas ta’ konvertibbiltà tal-munita u t-trasferiment, l-esproprjazzjoni, gwerra jew disturbi ċivili, u l-ksur tal-kuntratt minn entità governattiva. L-iskop tal-MIGA huwa li tħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi membri tagħha li għadhom jiżviluppaw billi tinkorraġixxi l-istabbeliment, l-espanzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ l-impriżi privati - u speċifikament ta’ l-impriżi ta’ daqs żgħir jew medju, hekk li tikkomplementa l-attivitajiet tal-membri l-oħrajn tal-Grupp tal-Bank Dinji.

(4) MIGA għandha profil ta’ riskju ekwivalenti għall-banek multilaterali ta’ l-iżvilupp ennumerati fl-Artikolu 1(19) tad-Direttiva 2000/12/KE u hija għalhek eliġibbli sabiex tkun inkluża fl-Artikolu 1(19) u b’konsegwenza tgawdi mill-peżar tar-riskju preferenzali kif stabbilit fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2000/12/KE.

(5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat meħtieġ li jgħin lill-Kummissjoni skond il-proċeduri stabbiliti bl-Artikolu 60(2) tad-Direttiva 2000/12/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 (19) tad-Direttiva 2000/12/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

"19. "banek multilaterali ta’ l-iżvilupp" għandha tfisser il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali, il-Bank Inter-Amerikan ta’ l-Iżvilupp, il-Bank Ażjatiku ta’ l-Iżvilupp, il-Bank Afrikan ta’ l-Iżvilupp, il-Fond tal-Kunsill ta’ l-Ewropa għal Twettieq mill-Ġdid, il-Bank Nordiku ta’ l-Investiment, il-Bank Karibew ta’ l-Iżvilupp, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Fond Ewropea ta’ l-Investiment, il-Korporazzjoni Inter-Amerikana ta’ l-Investiment u l-Aġenzija Multilaterali tal-Garanzija ta’ l-Investiment;"

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2004. Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE (ĠU L 35, tal-11.2.2002, p. 1).

--------------------------------------------------

Top