This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0585
2004/585/EC: Council Decision of 19 July 2004 establishing Regional Advisory Councils under the Common Fisheries Policy
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd
ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17–22
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 176–181
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/03/2015
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
176 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Lulju 2004
li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd
(2004/585/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas- Sajd (3) u b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu, jipprovdi għal forom ġodda ta' parteċipazzjoni minn dawk li għandhom interess fil-Politika Komuni tas-Sajd permezz ta' l-istabbiliment tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. |
(2) |
Approċ konsistenti għall-istabbiliment ta' Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jeħtieġ li huma jikkorrispondu ma' unitajiet ta' amministrazzjoni bbażati fuq kriterji bijoloġiċi u li jkunu limitati fl-għadd biex joffru pariri li jagħmlu sens u għal raġunijiet prattiċi. |
(3) |
Billi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali huma organizzazzjonijiet immexxija minn min għandu nteress, huma għandhom jadattaw l-istruttura tagħhom għall-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd u tar-reġjuni konċernati. Madankollu, hu meħtieġ qafas ġenerali għall-istabbiliment tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. |
(4) |
Fl-interessi ta' l-effiċjenza, hu meħtieġ li jiġi llimitat id-daqs tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali waqt li jiġi assigurat li jinkludu l-interessi kollha affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd u waqt li jiġi rikonoxxut il-primat ta' l-interessi tas-sajd meta wieħed jikkunsidra l-effetti fuqhom ta' deċiżjonijiet u politiki ta' amministrazzjoni. |
(5) |
Biex tiġi assigurata konsistenza dwar kwistjonijiet ta' nteress komuni għal iktar minn Kunsill Konsultattiv Reġjonali wieħed, hu essenzjali li jiġu stabbiliti kuntatti bejn il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali differenti. |
(6) |
In vista tal-kompiti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura mġedded bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/478/KE (4), li hu magħmul minn rappreżentanti ta' firxa wiesa' ta' organizzazzjonijiet u nteressi Ewropej, il-ħidma tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandha tiġi kkoordinata ma' dik ta' l-imsemmi Kumitat li lilu għandhom jintbagħtu wkoll ir-rapporti tagħhom. |
(7) |
Biex jassigura l-istabbiliment effettiv tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, hu essenzjali li fondi pubbliċi jikkontribwixxu għall-ispejjeż tagħhom fil-fażi tal-bidu u għall-ispejjeż ta' interpretazzjoni u traduzzjoni. |
(8) |
Ammont finanzjarju ta' referenza, fis-sens tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina tal-budget u titjib fil-proċedura tal-budget (5) hu inkluż f'din id-Deċiżjoni għaż-żmien kollu tad-disposizzjonijiet ta' finanzjar, mingħajr ma dan jaffettwa s-setgħat ta' l-awtorità tal-budget kif imfissra fit-Trattat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Stat Membru konċernat” għandha tfisser Stat Membru li għandu nteress ta' sajd fiż-żona jew sajd kopert minn Kunsill Konsultattiv Reġjonali; |
(2) |
“Settur tas-sajd” għandha tfisser is-sotto-settur li jaqbad (il-ħut) inklużi sidien ta' bastimenti, sajjieda fuq skala żgħira, sajjieda mpjegati, organizzazzjonijiet ta' produtturi kif ukoll, fost l-oħrajn, min jipproċessa, kummerċjanti u organizzazzjonijiet oħra tas-suq u ċirkoli tan-nisa; |
(3) |
“Gruppi oħra ta' nteress” għandha tfisser, fost l-oħrajn, organizzazzjonijiet u gruppi ambjentali, produtturi ta' l-akwakultura, konsumaturi u sajjieda dilettanti jew sportivi. |
Artikolu 2
Stabbiliment ta' Kunsilli Konsultattivi Reġjonali
1. Qed jiġi stabbilit Kunsill Konsultattiv Reġjonali għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
Il-baħar Baltiku |
(b) |
Il-baħar Mediterranju |
(ċ) |
Il-baħar tat-Tramuntana |
(d) |
Ibħra tal-Majjistral |
(e) |
Ibħra tal-Lbiċ |
(f) |
L-istoks Pelaġiċi |
(g) |
Flotta tal-baħar miftuħ/vjaġġi twal |
2. Iż-żoni ġeografiċi koperti minn kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali huma stabbiliti fl-Anness I. Kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali jista' joħloq sotto-diviżjonijiet biex jittratta kwistjonijiet li jkopru sajd speċifiku u reġjuni bijoloġiċi.
Artikolu 3
Proċedura
1. Rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi oħra li għandhom interess f'wieħed mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom iressqu talba dwar l-operat ta' dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali quddiem l-Istati Membri konċernati u quddiem il-Kummissjoni. It-talba għandha tkun kompatibbli ma' l-oġġettivi, prinċipji u linji gwida tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u għandha tinkludi:
(a) |
dikjarazzjoni ta' objettivi |
(b) |
prinċipji dwar l-operat |
(ċ) |
regoli ta' proċedura inizjali |
(d) |
l-istima tal-budget |
(e) |
lista provviżorja ta' organizzazzjonijiet. |
2. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu jekk l-applikazzjoni hijiex rappreżentattiva u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, jekk meħtieġ, wara diskussjonijiet ma' min għandu interess, u għandhom, bi qbil komuni, jibgħatu rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali.
3. Wara valutazzjoni tar-rakkomandazzjoni u emendi possibbli fit-talba, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni kemm jista' jkun malajr u għandha, f'kull każ, timmira biex tadottaha mhux iżjed tard minn tliet xhur wara, waqt li tispeċifika d-data minn meta l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali jrid jibda jaħdem. Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Struttura
1. Kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv.
2. L-assemblea ġenerali għandha tiltaqa' għall-inqas darba fis-sena biex tapprova r-rapport annwali u l-pjan strateġiku annwali mfassal mill-kumitat eżekuttiv.
3. L-assemblea ġenerali għandha taħtar kumitat eżekuttiv ta' mhux iżjed minn erba' u għoxrin membru. Il-kumitat eżekuttiv għandu jamministra l-ħidma tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali u jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Artikolu 5
Sħubija
1. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti mis-settur tas-sajd u gruppi oħra ta' nteress affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.
2. Organizzazzjonijiet Ewropej u nazzjonali li jirrappreżentaw lis-settur tas-sajd u l-gruppi ta' interess oħra jistgħu jipproponu membri lill-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri konċernati għandhom jaqblu dwar il-membri ta' l-assemblea ġenerali.
3. Fl-assemblea ġenerali u l-kumitat eżekuttiv, żewġ terzi tas-siġġijiet għandhom jiġu allokati għar-rappreżentanti tas-settur tas-sajd u terz għar-rappreżentanti tal-gruppi ta' interess l-oħra affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.
4. Mill-inqas rappreżentant wieħed tas-sotto-settur tal-qabda mill-Istat Membru konċernat għandu jkun rappreżentat fil-kumitat eżekuttiv.
Artikolu 6
Parteċipazzjoni minn dawk mhux membri
1. Xjentisti minn istituti ta' l-Istati Membri konċernati jew korpi internazzjonali għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala esperti fil-ħidma tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. Jista' wkoll jiġi mistieden kwalunkwe xjentist kwalifikat ieħor.
2. Il-Kummissjoni u amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' l-Istati Membri konċernati għandu jkollhom id-dritt li jieħdu sehem fi kwalunkwe laqgħa ta' Kunsill Konsultattiv Reġjonali bħala osservaturi attivi.
3. Rappreżentant tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura għandu jkollu d-dritt li jieħu sehem fi kwalunkwe laqgħa ta' Kunsill Konsultattiv Reġjonali bħala osservatur attiv.
4. Rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi ta' nteress oħra minn pajjiżi terzi, nklużi rappreżentanti minn Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd, li għandhom interess fis-sajd fiż-żona jew sajd kopert minn Kunsill Konsultattiv Reġjonali jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem f'dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali bħala osservaturi attivi meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaffettwawhom.
5. Il-laqgħat ta' l-assemblea ġenerali għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku. Il-laqgħat tal-kumitat eżekuttiv għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku sakemm, f'każijiet eċċezzjonali, ma jiġix deċiż mod ieħor b'maġġoranza tal-kumitat eżekuttiv.
Artikolu 7
Funzjonament
1. Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-organizzazzjoni tagħhom inkluzi, kif xieraq, segretarjat u gruppi ta' ħidma.
2. Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw trasparenza fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom. Rakkomandazzjonijiet adottati mill-kumitat eżekuttiv għandhom ikunu disponibbli immedjatament għall-assemblea ġenerali, għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri konċernati u fuq talba, għal kwalunkwe membru tal-pubbliku.
3. Il-membri tal-kumitat eżekuttiv għandhom, fejn hu possibbli, jadottaw rakkomandazzjonijiet b'kunsens. Jekk ma jistgħax jintlaħaq kunsens, l-opinjonijiet ta' membri li ma jaqblux għandhom jiġu reġistrati fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-maġġoranza tal-membri preżenti li jkunu qed jivvotaw. Meta tirċievi r-rakkomandazzjonijiet bil-miktub il-Kummissjoni u, fejn hu rilevanti, l-Istati Membri konċernati għandhom jirrisponduhom b'mod preċiż f'perijodu raġonevoli ta' żmien u, mhux iżjed tard minn tliet xhur wara.
4. Kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali għandu jaħtar president b'kunsens. Il-president għandu jaġixxi b'mod imparzjali.
5. L-Istati Membri konċernati għandhom jagħtu s-sostenn xieraq, inkluża għajnuna loġistika, biex jiffaċilitaw il-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali.
Artikolu 8
Koordinazzjoni bejn Kunsilli Konsultattivi Reġjonali
Jekk kwistjoni tkun ta' nteress komuni għal żewġ Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jew iżjed, huma għandhom jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom biex jadottaw rakkomandazzjonijiet konġunti dwar dik il-kwistjoni.
Artikolu 9
Finanzjar
1. Kunsill Konsultattiv Reġjonali li jkun kiseb personalità ġuridika jista' japplika għal għajnuna finanzjarja mill-Komunita.
2. Għajnuna tal-bidu mill-Komunità tista' tingħata għall-ispejjeż tal-funzjonament ta' Kunsill Konsultattiv Reġjonali fl-ewwel ħames snin tiegħu skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, Parti 1.
3. Għajnuna mill-Komunità tista' tingħata għall-ispejjeż ta' l-interpretazzjoni u traduzzjoni tal-laqgħat tal-Kunsilli Konsultatattivi Reġjonali kif stabbilit fl-Anness II Parti 2.
4. L-ammont finanzjarju ta' riferiment għall-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni għall-perijodu 2004-2011 għandu jkun ta' EUR 7 596 000. Għall-perijodu wara l-31 ta' Diċembru 2006, l-ammont għandu jitqies li ġie kkonfermat jekk għal din il-fażi, jkun konsistenti mal-perspettivi finanzjarji fis-seħħ għall-perjodu li jibda fl-2007. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.
Artikolu 10
Rapport Annwali u Verifika
1. Kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali għandu jibgħat rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri konċernati u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura qabel il-31 ta' Marzu tas-sena wara dik koperta mir-rapport.
2. Il-Kummissjoni jew il-Qorti ta' l-Awdituri jistgħu, fi kwalunkwe żmien, jirranġaw biex issir verifika jew minn korp barrani magħżul minnha jew mill-Kummissjoni jew mid-dipartimenti tal-Qorti ta' l-Awdituri nfushom.
3. Kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali għandu jaħtar awditur awtorizzat għat-tul tal-perijodu meta hu jkun qed jibbenefika minn fondi Komunitarji.
Artikolu 11
Reviżjoni
Tliet snin wara d-data meta jibda jaħdem l-aħħar Kunsill Konsultattiv Reġjonali, jew, mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara li tkun ġiet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussekll, nhar id-19 ta' Lulju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 2004 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Frar 2004 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1242/2004 (ĠU L 236, tas-7.7.2004, p. 1).
(4) ĠU L 187, ta' l-20.7.1999, p. 70.
(5) ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/429/KE (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 25).
ANNESS I
Kunsilli Konsultattivi Reġjonali msemmija fl-Artikolu 2
Isem tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali |
Żoni ICES, diviżjonijiet CECAF u l-Kummissjoni tas-Sajd Ġenerali għall-Mediterran (1) |
Il-baħar Baltiku |
IIIB, IIIċ u IIId |
Il-baħar Mediterranju |
Ibħra Marittimi tal-Mediterran 'l-Lvant mill-linja 5°36’ tal-Punent |
Il-baħar tat-Tramuntana |
IV, IIIa |
Ibħra tal-Majjistral |
V (minbarra Va u ibħra KE biss fi Vb), VI, VII |
Ibħra tal-Lbiċ |
VIII, IX, u X (ibħra madwar l-Azores), u diviżjonijiet CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ibħra madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji) |
Stokks Pelaġiċi (merlangu ikħal, kavalli, sawrell, aringi) |
Iż-żoni kollha (minbarra l-Baħar Baltiku u l-Baħar Mediterran) |
Flotta tal-baħar miftuh/vjaġġi twal |
L-ibħra kollha mhux KE |
(1) Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni żoni ICES huma kif imfissra fir-Regolament (KEE) Nru. 3880/91 (ĠU L 365, 31.12.1991, p.1) Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1) u Diviżjonijiet CECAF huma kif imfissra fir-Regolament (KE) Nru. 2597/95 (ĠU L 270, 13.11.1995, p.1) Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
ANNESS II
Spejjeż magħmula mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali
Parti 1
Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-bidu tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RAC)
Il-Komunità tikkontribwixxi parti mill-ispejjeż ta' l-operazzjoni mis-sena ta' l-istabbiliment tagħhom għal mhux iżjed minn ħames snin. L-ammont allokat għal kull RAC għall-ispejjeż ta' l-operazzjoni ma jkunx iżjed minn 90 % tal-budget ta' l-operazzjoni u ma jistax jaqbeż EUR 200 000 fl-ewwel sena. Fl-erba snin ta' wara, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tkun digressiva (1) u tiddependi fuq il-budget disponibbli. Il-Kummissjoni tikkonkludi ma' kull RAC u għal kull sena “ftehim dwar għotja għall-funzjonament” li jistabbilixxi l-modalitajiet u kondizzjonijiet preċiżi u l-proċedura għall-għoti tal-finanzi. L-ispejjeż attwali biss ikunu soġġetti għall-kontribuzzjoni tal-Komunità, li tingħata bil-kondizzjoni li jkunu ġew allokati għejun oħra ta' finanzjament.
L-ispejjeż eliġibbli jkunu jikkonsistu fl-ispejjeż meħtieġa biex tiġi assigurata l-operazzjoni normali tar-RAC u biex jgħinuhom iwettqu l-għanijiet tagħhom.
L-ispejjeż diretti li ġejjin ikunu eliġibbli:
— |
spejjeż ta' persunal (spejjeż ta' persunal għal kull jum ta' ħidma fuq il-proġett); |
— |
tagħmir ġdid jew użat; |
— |
materjal u provvisti; |
— |
tixrid ta' tagħrif lill-membri; |
— |
spejjeż ta' vjaġġi u akkomodazzjoni ta' esperti li jattendu laqgħat tal-RAC (ibbażati fuq skali jew regoli stabbiliti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni); |
— |
verifiki; |
— |
riżerva ta' kontinġenza ta' mhux iżjed minn 5 % ta' l-ispejjeż diretti eliġibbli. |
Part 2
Spejjeż ta' interpretazzjoni u traduzzjoni
Il-Kummissjoni tikkonkludi ma' kull RAC u għal kull sena ftehim dwar għotja għall-azzjonijiet ta' mhux aktar minn EUR 50 000 li jistabbilixxi l-modalitajiet u kondizzjonijiet preċiżi u l-proċedura għall-għoti ta' finanzjament.
(1) L-ewwel sena: EUR 200 000 (90 %), it-tieni sena: EUR 165 000 (75 %), it-tielet sena: EUR 132 000 (60 %), ir-raba' sena: EUR 121 000 (55 %), il-ħames sena: EUR 110 000 (50 %).