Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0516

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Ġunju 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/20/KE li tawtorizza r-Renju ta' l-Olanda sabiex japplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq it- turnover

    ĠU L 221, 22.6.2004, p. 17–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 72–72 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/516/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    72


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-14 ta' Ġunju 2004

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/20/KE li tawtorizza r-Renju ta' l-Olanda sabiex japplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq it-turnover

    (2004/516/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq it-turnover — Sistema Komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT, il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru sabiex jintroduċi jew jestendi miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex tiġi simplifikata l-proċedura li biha tintalab it-taxxa jew sabiex wieħed jipprevjeni ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa.

    (2)

    B'ittra reġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fis-26 ta' Novembru 2003, il-Gvern Olandiż talab l-estensjoni tad-Deċiżjoni 98/20/KE (2) li tawtorizzah sabiex japplika miżuri ta' taxxa speċjali għall-industrija tal-ħwejjeġ lesti għall-ilbies.

    (3)

    L-Istati Membri l-oħra kienu infurmati bit-talba ta' l-Olanda fl-14 ta' Jannar 2004.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 98/20/KE, awtorizzat lir-Renju ta' l-Olanda sabiex jintroduċi, fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti għall-ilbies, skema biex jiġi trasferit l-obbligu tas-sotto-kuntrattur illi jħallas l-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa mingħand is-sotto-kuntrattur għal għand id-ditta tal-ħwejjeġ (il-kuntrattur).

    (5)

    Dawn l-arranġamenti jikkostitwixxu miżura effettiva ta' prevenzjoni ta' frodi f'settur fejn il-ġbir tal-VAT jsir diffiċli minħabba d-diffikultà ta' identifikazzjoni u sorveljanza ta' l-attivitajiet tas-sotto-kuntratturi.

    (6)

    Fis-7 ta' Ġunju 2000 il-Kummissjoni ppublikat strateġija biex ittejjeb l-operazzjoni tas-sistema tal-VAT fuq perijodu qasir, fejn impenjat ruħha sabiex tirrazzjonalizza n-numru kbir ta' derogi li bħalissa qegħdin fis-seħħ. F'xi kazijiet, madankollu, din ir-razzjonalizzazjoni tista' tinvolvi l-estensjoni ta' ċerti derogi li huma partikolarment effettivi għall-Istati Membri kollha. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Ottubru 2003 ittenni dan il-kompromess.

    (7)

    Il-miżura mitluba għandha titqies l-ewwel u qabel kollox bħala miżura sabiex wieħed jipprevjeni ċerti tipi ta' evażjoni tat-taxxa fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti għall-ilbies.

    (8)

    Ir-Renju ta' l-Olanda għandu jiġi mogħti estensjoni għad-deroga kurrenti sal-31 ta' Diċembru 2006.

    (9)

    Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej li ġejjin mill-VAT, lanqas ma għandha effett fuq l-ammont ta' VAT mitlub fl-istadju finali ta' konsum.

    (10)

    Sabiex tiġi assigurata l-kontinwità legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2004,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 98/20/KE qiegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

    fl-Artikolu 1, id-data “tal-31 ta' Diċembru 2003” għandha tiġi mibdula b' “tal-31 ta' Diċembru 2006”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-1 ta' Jannar 2004.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' l-Olanda.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-14 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. COWEN


    (1)  ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/15/KE (ĠU L 52, tal-21.2.2004, p. 61).

    (2)  ĠU L 8, 14.1.1998, p. 16. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/435/KE (ĠU L 172, tat-12.7.2000, p. 24).


    Top