Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0372

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-ċerti prodotti li qed jittransitaw jew qed jinħażnu temporanjament fil-Komunità (innotifikata skond id-dokument numru K(2004) 1308)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 118, 23.4.2004, p. 45–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/372/oj

    32004D0372



    Official Journal L 118 , 23/04/2004 P. 0045 - 0048


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-13 ta’ April 2004

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-ċerti prodotti li qed jittransitaw jew qed jinħażnu temporanjament fil-Komunità

    (innotifikata skond id-dokument numru K(2004) 1308)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/372/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa u ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u ħnieżer jew laħam frisk minn pajjiżi terzi [1] u partikolarment l-Artikoli 3(1), l-Artikoli 14 u 15 u l-Artikolu 22(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tippreskrivi r-regoli dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali għall-konsum tal-bniedem [2], u partikolarment l-Artikolu 8(5), tielet inċiż, u l-Artikolu 9(2)(b) u 4(ċ),

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-Komunità fuq importazzjonijiet ta’ annimali u laħam frisk inkluż ikkapuljat minn terzi pajjiżi [3].

    (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [4] u ċerti dispożizzjonijiet għat-transitu huma provduti diġa fl-Artikolu 11, bħall-użu ta’ messaġġi AMINO u tad-dokument komuni veterinarju għad-dħul.

    (3) Iżda, huwa meħtieġ biex tkun salvagwardata s-sitwazzjoni tal-mard fil-Komunità biex ikun żgurat aktar li konsenji ta’ laħam frisk li jittransita ġewwa l-Komunità jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali applikabbli għall-pajjiżi awtorizzati fir-rigward ta’ l-ispeċi rilevanti konċernati.

    (4) Fid-dawl ta’ l-esperjenza, jidher li l-presentazzjoni fil-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, tad-dokumenti veterinarji oriġinali stabbiliti fil-pajjiż terz esportatur biex titħares il-ħtieġa regolatorja tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni, mhux biżżejjed li jkun żgurat li l-kondizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali meħtieġa għall-introduzzjoni sigura fit-territorju tal-Komunità tal-prodotti kkonċernati huma effettivament mħarsa; huwa għalhekk xieraq li jkun stabbilit mudell speċifiku ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal li għandu jintuża f’sitwazzjonijiet ta’ transitu għall-prodotti kkonċernati.

    (5) Huwa wkoll xieraq li tkun kjarifikata l-implimentazzjoni tal-kondizzjoni preskritta fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE, li t-transitu huwa permess biss minn terzi pajjiżi li l-prodotti tagħhom m’humiex projbiti mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Komunità, billi ssir riferenza għal-lista ta’ pajjiżi terzi annessi mad-Deċiżjoni 79/542/KEE.

    (6) Iżda, kondizzjonijiet speċifiċi għat-transiti permezz tal-Komunità ta’ konsenji lejn u mir-Russja għandhom ikunu mbassra minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad u wara li jitqiesu l-problemi klimatiċi li jimpedixxu l-użu ta’ xi portijiet f’ċerti żminijiet tas-sena.

    (7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tagħmel lista ta’ postijiet fil-fruntiera għall-ispezzjonijiet miftehma għall-verifiki fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali u l-aġġornament ta’ regoli dettaljati dwar il-verifiki li għandhom isiru mill-esperti tal-Kummissjoni [5] u huwa xieraq li jkun speċifikat li l-postijiet fil-fruntieri ta’ spezzjoni indikati għall-kontroll ta’ dawn it-transiti wara li titqies din id-Direttiva.

    (8) Id-Direttiva 79/542/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq.

    (9) Il-miżuri li hemm provediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE hija emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 12a li ġej għandu jiddaħħal:

    "L-Artikolu 12a

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konsenji tal-laħam għall-konsum tal-bniedem, inkluż ikkapuljat, introdott ġewwa t-territorju tal-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikoli 12(4) jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u mhux maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet li ġejjin:

    (a) għandhom jiġu mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu elenkat fl-Anness II, parti 1, ta’ din id-Deċiżjoni għall-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ dik l-ispeċi;

    (b) għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar saħħet l-annimali għall-ispeċi kkonċernati murija fil-mudell korrispondenti taċ-ċertifikat ta’ saħħet l-annimali magħmul bis-saħħa ta’ l-Anness Ii, parti 2;

    (ċ) għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ saħħet l-annimali stabbilit skond il-mudell preskritt fl-Anness III, iffirmat minn veterinarju uffiċjali tas-servizzi kompetenti veterinarji tal-pajjiż terz ikkonċernat;

    (d) huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna (kif xieraq) fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni."

    2. Jiddaħħal l-Artikolu 12b li ġej:

    "Artikolu 12b

    1. Bħala deroga mill-Artikolu 12a, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-transitu fit-toroq jew bil-ferrovija ġewwa l-Komunità, bejn il-postijiet ta’ ispezzjoni fil-fruntiera tal-Komunità elenkati fl-Anness IV, tal-konsenji li jiġu minn u huma destinati għar-Russja direttament jew premezz ta’ pajjiż terz ieħor iżda dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu sodisfatti:

    (a) il-konsenja għandha tkun issiġillata b’siġill enumerat f’serje fil-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera (BIP) ta’ dħul fil-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ l-awtorità kompetenti;

    (b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati "GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE" fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli għall-BIP;

    (ċ) il-ħtiġiet proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu.

    (d) il-konsenja hija ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna (kif xieraq) fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni.

    2. M’għandhomx jitħallew il-ħatt jew il-ħażna, kif imfissra fl-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Komunità.

    3. Għandhom isiru verifiki regolari mill-awtorità komptenti biex ikun żgurat li n-numru ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu t-territorju tal-Komunità jaqbel man-numru u l-kwantitajiet li qed jidħlu."

    3. L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

    L-Artikolu 1(1) u l-punt 1 ta’ l-Anness għandu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2005.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Settembru ta’ l-2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

    [2] ĠU L 18, tat-23.1.2002, p. 11.

    [3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15, Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/212/KE (ĠU L 73, tal-11.3.2004, p. 11).

    [4] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-Adeżjoni (ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 381).

    [5] ĠU C 326, 23.9.00, p. 44. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2004/273/KE (ĠU L 86, 24.3.4, p. 21).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Annessi tad-Direttiva 79/542/KEE huma emendati kif ġej:

    1. L-Anness III li ġej hu miżjud:

    "

    L-ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    2. L-Anness III li ġej hu miżjud:

    "

    L-ANNESS IV

    Lista ta’ postijiet ta’ ispezzjoni fil-fruntiera speċifikatament indikati msemmija fl-Artikolu 12b

    Il-kodiċi ta' l-ISO | Stat Membru | BIP |

    LT | Il-Litwanja | Kif preskritt fid-Deċiżjoni 2001/881/KE għal-Litwanja |

    LV | Il-Latvja | Kif preskritt fid-Deċiżjoni 2001/881/KE għal-Latvja |

    PL | Il-Polonja | Kif preskritt fid-Deċiżjoni 2001/881/KE għall-Polonja |

    "

    --------------------------------------------------

    Top