Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0294

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2004 li tawtorizza l-Istati Membri li huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi tat-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta' Terzi Persuni fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari biex jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll li jemenda dik il-Konvenzjoni, jew biex jaderixxu miegħu

    ĠU L 97, 1.4.2004, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/294/oj

    Related international agreement

    32004D0294



    Official Journal L 097 , 08/03/2004 P. 0053 - 0054


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-8 ta' Marzu 2004

    li tawtorizza l-Istati Membri li huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi tat-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta' Terzi Persuni fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari biex jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll li jemenda dik il-Konvenzjoni, jew biex jaderixxu miegħu

    (2004/294/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 61(ċ), l-Artikolu 67, flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tad- 29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltá ta' Terzi Persuni fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari, kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964 u bil-Protokoll tas-16 ta' Novembru 1982 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa il-Konvenzjoni ta' Pariġi) kien negozjat bil-għan li jittejjeb il-kumpens għall-vittmi ta' danni kkawżati minn inċidenti nukleari. Huwa jipprovdi għal żieda fl-ammonti ta' responsabbiltà u għall-estensjoni tas-sistema tar-responsabbiltá ta' terzi persuni fil-qasam nukleari għad-danni ambjentali.

    (2) Skond id-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2002, il-Kummissjoni nnegozjat il-Protokoll ta' l-emenda tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għal kwistjonijiet li jaqgħu ġewwa l-ġurisdizzjoni tal-Komunità Ewropea. Madankollu, id-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill ma kienux jipprovdu għal klawżola li tippermetti l-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll.

    (3) Il-Protokoll kien addottat finalment mill-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi. It-test tal-Protokoll iħares id-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill.

    (4) Il-Komunità għandha ġurisdizjoni esklussiva b'rigward għall-emenda ta' l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta' Pariġi meta dik l-emenda taffettwa r-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f'materji ċivili u kummerċjali [2]. l-Istati Membri jżommu l-ġurisdizzjoni tagħhom fl-oqsma koperti mill-Protokoll li ma jaffettwawx il-liġi tal-Komunità. Fid-dawl tas-suġġett u ta' l-għan tal-Protokoll ta' l-emenda, l-aċċettazzjoni tad- disposizzjonijiet tal-Protokoll li jaqgħu ġewwa l-ġurisdizzjoni tal-Komunità ma jistgħux ikunu ddissoċjati mid-disposizzjonijiet li huma ġewwa l-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri.

    (5) Il-Protokoll ta' l-emenda tal-Konvenzjoni ta' Pariġi huwa partikolarment importanti, fid-dawl ta' l-interessi tal-Komunità u ta' l -Istati Membri tagħha, għax itejjeb il-kumpens għad- danni kkawżati minn inċidenti nukleari.

    (6) Il-Protokoll kien iffirmat mill-Istati Membri li huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi, f'isem il-Komunità Ewropea, fit-12 ta' Frar 2004, bla ħsara għall-possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f'data iktar 'il-quddiem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/882/KE [3].

    (7) Il-Konvenzjoni ta' Pariġi u l-Protokoll ta' l-emenda tagħha mhumhiex miftuħin għall-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali. Bħala riżultat ta' dan, il-Komunità mhix f'posizzjoni li tiffirma jew tirratifika il-Protokoll, jew li taderixxi miegħu. Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, huwa ġustifikat, fuq bażi eċċezzjonali ħafna, li l-Istati Membri jirratifikaw jew jaderixxu mal-Protokoll fl-interess tal-Komunità.

    (8) Madankollu, tlieta mill-Istati Membri, jiġifieri l-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu, mhumhiex Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Pariġi. Fid-dawl tal-fatt li l-Protokoll jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi, li r-Regolament (KE) Nru 44/2001 jawtoriżża lill -Istati Membri marbuta b'dik il-Konvenzjoni biex ikomplu japplikaw ir-regoli tal-ġurisdizzjoni previsti fih u li l-Protokoll ma jemendax b'mod sostanzjali r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni tal-Konvenzjoni, huwa oġġettivament ġustifikat li din id-Deċiżjoni għandha tkun indirizzata biss lil dawk l-Istati Membri li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Pariġi. Għalhekk, l-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu ser ikomplu jibbażaw ruħhom fuq ir-regoli tal-Komunità li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u japplikawhom fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni ta' Pariġi u bil-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni.

    (9) L-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi, għandhom għalhekk jirratifikaw il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi, jew jaderixxu miegħu, fl-interess tal-Komunità Ewropea, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dik ir-ratifika jew adeżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-posizzjoni ta' l-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

    (10) Bħala konsegwenza, id- disposizzjonijiet tal-Protokoll, b'rigward għall-Komunità Ewropea, se jkunu applikati biss minn dawk l-Istati Membri li huma fil-preżent Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi u huwa mingħajr preġudizzju għall-posizzjoni ta' l-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

    (11) Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-addozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (12) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-addozzjoni ta' din id-DeċIżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Komunità, l-Istati Membri li huma fil-preżent Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għandhom jirratifikaw il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi, jew jaderixxu miegħu, fl-interess tal-Komunitá Ewropea. Din ir-ratifika jew l-adeżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-posizzjoni ta' l-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

    2. It-test tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    3. Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, it-terminu "Stat Membru" għandu jfisser l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' l-Awstrija, id-Danimarka, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għandhom jieħdu il-passi meħtieġa biex jiddepożitaw fl-istess ħin l-istrumenti tagħhom tar-ratifika tal-Protokoll, jew l-adeżjoni miegħu, mas-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku fi żmien raġonevoli u, jekk huwa possibbli, qabel il-31 ta' Diċembru 2006.

    2. L-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għandhom jiskambjaw informazzjoni mal-Kummissjoni ġewwa il-Kunsill qabel l-1 ta' Lulju 2006 fid-data li fiha jippretendu li jkunu lesti l-proċeduri parlamentari tagħhom meħtieġa għar-ratifika jew l-adeżjoni. Id-data u l-arranġamenti għad-depożitu fl-istess ħin għandu jkun determinat fuq dik il-bażi.

    Artikolu 3

    Meta jkunu qegħdin jirratifikaw jew jaderixxu mal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi, l-Istati Membri għandhom jinformaw lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku bil-miktub li r-ratifika jew l-adeżjoni saret skond din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Marzu 2004.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    D. Ahern

    [1] Kunsens tas-26 ta' Frar 2004 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 12, 16.01.01, p. 1.

    [3] ĠU C 338, 23.12.03, p. 32.

    --------------------------------------------------

    Top