This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0185
2004/185/Euratom: Council Decision of 19 February 2004 concerning the adoption of a supplementary research programme to be implemented by the Joint Research Centre for the European Atomic Energy Community
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-adozzjoni ta' program supplimentari tar-riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-adozzjoni ta' program supplimentari tar-riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
ĠU L 57, 25.2.2004, pp. 25–26
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
Official Journal L 057 , 25/02/2004 P. 0025 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-adozzjoni ta' program supplimentari tar-riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (2004/185/Euratom) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni mogħtija wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), Billi: (1) Fil-qafas taż-żona ta' riċerka Ewropea, il-programm supplimentari tar-riċerka li jinvolvi r-reattur bi fluss għoli (HFR) huwa wieħed mill-mezzi prinċipali li jinsab fid-disposizzjoni ta' l-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għal teknoloġiji nukleari mingħajr periklu, għar-riċerka dwar il-materjali għall-fużjoni termonukleari, għal riċerka fundamentali, għal riċerka medika u applikazzjonijiet mediċi u għal taħriġ f'dawn l-oqsma. (2) Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal dan il-programm supplimentari jiġu direttament mill-Olanda u minn Franza, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-programm ta' riċerka supplimentari dwar l-operat tal-HFR, minhawn 'il quddiem imsejjaħ "il-programm", li l-għanijiet tiegħu huma mniżżla fl-Anness I, qiegħed jiġi adottat permezz ta' din id-Deċiżjoni għal perjodu ta' tliet snin, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2004. Artikolu 2 Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji stmati u li huma neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-programm jammontaw għal xi EUR 30,6 miljun. It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet qiegħda tingħata fl-Anness II. Din tinkludi disposizzjoni għad-dekommissjoni tar-reattur. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal implimentazzjoni tal-programm, u għal dan il-għan, għandha tagħmel użu mis-servizzi tal-JRC. Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC għandhom jinżammu nformati dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha ta' kull sena, qabel il-15 ta' Ġunju, tagħti lil Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 9 ta' Frar 2004. Għall Kunsill Il-President M. McDowell -------------------------------------------------- ANNESS I GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNIĊI L-għanijiet tal-programm huma primarjament: 1. Sabiex jipprovdi aktar minn 250 ġurnata fis-sena ta' operazzjoni tal-HFR sabiex jiggarantixxi d-disponibbiltà ta' newtroni għal esperimenti. 2. Sabiex jippermetti l-użu razzjonali ta' dan ir-reattur skond il-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet tar-riċerka li jkunu jeħtieġu l-appoġġ ta' HFR f'oqsma bħal: it-titjib tas-sigurtà eżistenti tar-reatturi nukleari, saħħa, inkluż l-iżvilupp ta' isotopi mediċi biex iwieġbu għal mistoqsijiet mediċi u l-ittestjar ta' tekniki mediċi terapewtiċi, il-fużjoni, riċerka u taħriġ fundamentali u l-immaniġjar ta' l-iskart, inkluża l-possibbiltà li jiġi żviluppat karburanti nukleari għall-eliminazzjoni tal-plutonju tal-grad ta' armi. -------------------------------------------------- ANNESS II SKOMPOSIZZJONI TAL-KONTRIBUZZJONIJIET Il-kontribuzzjonijiet tal-programm għandhom jiġu mill-Olanda u minn Franza. It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet hi kif ġejja: L-Olanda: EUR 29,75 miljun Franza: EUR 0,90 miljun Total: EUR 30,65 miljun --------------------------------------------------