EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0120

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/788/KE fir-rigward ta’ verifiki mwettqa mis-Serbja u l-Montenegro li jikkonċernaw il-manutenzjoni ta’ varjetajiet ta’ għalf, pitravi, żejt u pjanti (notifikata bid-dokument numru K(2004) 147)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 36, 7.2.2004, p. 57–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/120(1)/oj

32004D0120



Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0057 - 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Jannar 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/788/KE fir-rigward ta’ verifiki mwettqa mis-Serbja u l-Montenegro li jikkonċernaw il-manutenzjoni ta’ varjetajiet ta’ għalf, pitravi, żejt u pjanti

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 147)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/120/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċżijoni tal-Kunsill 97/788 tas-17 ta’ Novembru 1997 dwar l-ekwivalenza ta’ verifiċi fuq prattiċi għall-manutenzjoni ta’ varjetajiet imwettqa f’pajjiżi terzi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1) D-Deċiżjoni 97/788/KE stabbilit li l-verifiki uffiċjali fuq prattiċi għall-manutenzjoni ta’ varjetajiet imwettqa fuq f’pajjiżi terzi għal ċerti speċi joffru l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli [2].

(2) D-Deċiżjoni 97/788 tgħodd għar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (issa magħrufa bħala s-Serbia u l-Montenegro) biss fir-rigward ta’ varjetajiet ta’ ċerti speċi.

(3) Eżami tar-regoli tas-Serbia u l-Montenegro u l-mod li bih huma applikati fir-rigward ta’ l-ispeċi elenkati fid-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ għalf miż-żerriegħa tal-pjani [3], firDirettiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żerriegħa tal-pitravi [4] u fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żerriegħa taż-żejt u pjanti tal-fibri [5] wera li l-verifiki fuq prattiċi għall-manutanzjoni tal-varjetajiet toffri l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri.

(4) L-ekwivalenza mogħtija lis-Serbia u l-Montenegro għandha tiġi estiża għal dawn l-ispeċi addizzjonali.

(5) Id-Deċiżjoni 97/788/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

(6) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żerriegħa u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/788/KE huwa emendat kif ġej.

Fid-daħla biżwit il-kodiċi "YU" li tirrelata mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, "66/402" hija sostitwita bi "66/401, 66/402, 2002/54 u 2002/57".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 39. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2002/580/KE (ĠU L 184, tat-13.7.2002, p. 26).

[2] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1).

[3] ĠU L 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

[4] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[5] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 60. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

--------------------------------------------------

Top