EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2111

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 ta' l-1 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru

ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2111/oj

32003R2111



Official Journal L 317 , 02/12/2003 P. 0005 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003

ta' l-1 ta' Diċembru 2003

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal ċerti produtturi tal-frott taċ-ċitru [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2699/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Fid-dawl ta' l-esperjenza fuq is-snin reċenti, huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru [3], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 350/2002 [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u razzjonalitá, r-Regolament (KE) Nru 1092/2001 għandu jiġi mħassar u mibdul minn Regolament ġdid.

(2) Is-snin tas-suq u l-perjodi ekwivalenti għal ħsad tal-frott taċ-ċitru ġewwa l-Komunitá u elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom jiġu definiti bl-intenzjoni li japplikaw uniformement l-iskema ta' għajnuna stabbilita mir-Regolament.

(3) L-iskema ta' għajnuna għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru hija bbażata fuq appalti bejn għaqdiet tal-produtturi rikonnoxxuti jew konċessi rikonoxximent preliminari skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta' l-ikel [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 [6], fuq naħa, u l-proċessuri, fuq in-naħa l-oħra. Għaqdiet tal-produtturi jistgħu ukoll jaġixxu bħala proċessuri f'ċertu ċirkostanzi. It-tip u t-tul ta' l-appalti u l-partikolaritajiet li ser jiġu nklużi fihom għandhom ikunu speċifikati għall-iskop ta' l-applikazzjoni għall-iskema ta' għajnuna.

(4) Tieħu kont ta' l-aspetti strutturali u ta' varjetá differenti tal-produzzjoni u tal-kondizzjonijiet tas-suq għal frott taċ-ċitru frisk jew proċessat osservati fl-Istati Membri, u sabiex tiżgura provisti regolari għall-industriji ta' l-ipproċessar u monitoraġġ korett ta' l-iskema ta' għajnuna minn awtoritajiet kompetenti, t-tul tal-kuntratt minimu ħlief għal dak multiannwali għandu jiġi ffissat mill-inqas ħames xhur kompleti u konsekuttivi tas-sena tas-suq in kwestjoni. L-appalti ta' skadenza qasira għandhom jiġu konklużi f'dati differenti tas-sena tas-suq in kwestjoni skond it-tul ta' żmien koprut. Biex tiżgura l-applikazzjoni addattata ta' l-iskema ta' għajnuna, l-perjodi ta' żmien kopruti minn żewġ appalti ta' skadenza qasira differenti għandhom ikunu kontinwi u m'għandhomx jidħlu fuq xulxin.

(5) Għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 l-appalti għandhom jiġu konklużi qabel data speċifikata, sabiex l-għaqdiet tal-produtturi jistgħu jistabbilixxu l-pjanijiet tagħhom u jiggarantixxu lil proċessuri provvista stabbli. Biex jiżguraw li l-iskema hija effettiva kemm jista' jkun, il-partijiet għal dawn l-appalti għandhom madankollu jiġu awtorizzati biex jikkonkludu l-emendamenti li jaġġustaw, suġġetti għal ċerti limiti, l-kwantitajiet oriġinali stipulati hemmhekk.

(6) Bla ħsara għall-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96, u sabiex tħalli l-produtturi u l-proċessuri tal-Komunitá biex jaddattaw għad-domandi ta' suq li jevolvu u għall-kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, marġini ta' diskrezzjoni għandu jingħata lill-Istati Membri fir-rigward ta' l-iffissar ta' data qabel liema l-appalti għandhom jiġu konklużi.

(7) Sabiex itejbu l-mod ta' kif l-iskema taħdem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jafu dwar l-għaqdiet tal-produtturi kollha li qed jagħmlu marketing tal-produzzjoni tal-membri tagħhom, tal-membri ta' l-għaqdiet ta' produtturi oħra u ta' produtturi individwali li jixtiequ jikkwalifikaw taħt l-iskema. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jafu ukoll dwar il-proċessuri li ffirmaw l-appalti ma' dawn l-għaqdiet tal-produtturi u dwar il-kapaċitá ta' proċessar tal-faċilitajiet tagħhom., Għal dan il-fini l-proċessuri tal-frott taċ-ċitru li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta' għajnuna għandhom jagħmlu talba lill-awtoritajiet kompetenti qabel id-data li tiġi determinata minn dan ta' l-aħħar.

(8) Minħabba l-fatturi ekonomiċi u soċjali, l-volum ta' l-ipproċessar ta' frott taċ-ċitru maħsud fil-Komunitá jsir f'dawk l-Istati Membri li għandhom limitu nazzjonali għal prodott in kwestjoni, kif muri fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2202/96. Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tas-sistemá b'mezz ta' appalti konklużi bejn l-għaqdiet tal-produtturi u l-proċessuri u tiggarantixxi ukoll provvisti ta' prodotti lesti lil konsumaturi bi prezzijiet u kwalitá raġonevoli, proċessuri ta' frott taċ-ċitru li jaħdmu f'dawk l-Istati Membri għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jikkonkludu l-appalti.

(9) Sabiex tinforza l-amministrazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna, l-Istati Membri li m'għandhomx limitu nazzjonali għall-prodott in kwestjoni, kif muri fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom jingħataw l-possibilitá li jistabbilixxu ħtieġijiet għall-approvazzjoni tal-proċessuri li l-impjanti ta' l-ipproċessar tagħhom qegħdin fit-territorju tagħhom.

(10) Hemm rabta mill-qrib bejn il-materja prima kkunsinnat għall-ipproċessar u l-prodott lest miksub. Il-materja prima għandha għalhekk tilħaq ċerti ħtieġijiet minimi.

(11) Biex tiffaċilita l-applikazzjoni iktar flessibli tas-sistemá, notifiki meħtieġa mill-għaqdiet tal-produtturi sabiex iżommu kontrolli fuq il-produzzjoni għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju mwaqqfa mill-Istati Membri kkonċernati.

(12) Sabiex tassikura u tirrinforza kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti, kull meta pproċessar isseħħ fi Stat Membru differenti minn dak li fih jinsab il-uffiċċju prinċipali ta' l-għaqda tal-produtturi li ffirmaw l-appalt, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet addizzjonali komuni u neċessarji u l-proċeduri amministrattivi fir-rigward tan-notifiki meħtieġa mill-għaqdiet tal-produtturi u ċertifikati ta' kunsinna.

(13) Applikazzjonijiet għal għajnuna għal kull prodott inkluż l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiċċekkja l-aċċettabbilitá, skond l-informazzjoni li jkun fihom l-appalti.

(14) Sabiex tiżgura li l-iskema ta' għajnuna hija applikata kif jixraq, għaqdiet tal-produtturi u proċessuri għandhom jgħaddu l-informazzjoni xierqa u jżommu dokumentazzjoni aġġornata. Huma għandhom, partikolarment, jispeċifikaw l-oqsma taħt larinġ, frott taċ-ċitru żgħir, lumi, tronġ u pomelos, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta' għajnuna [7], kif l-aħħar emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 [8], u Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarji stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [9], kif emendati mir-Regolamnet (KE) Nru 2550/2001 [10], għall-finijiet ta' l-ispezzjonijiet u l-kontrolli kollha meqjusa neċessarji.

(15) Għall-finijiet ta' l-amministrazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna, proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għal kontrolli fiżiċi u dokumentari fuq funzjonijiet ta' kunsinna u proċessar, li għandhom ikopru numru suffiċjentement rappreżentattiv ta' applikazzjonijiet għal għajnuna. Pieni għandhom jiġu stabbiliti mill-għaqdiet tal-produtturi u proċessuri li jiksru r-regolamenti, partikolarment billi jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz, billi jonqsu li josservaw il-kondizzjonijiet ta' l-appalt jew billi jonqsu li jipproċessaw l-prodotti kkunsinnati. Madankollu, marġini ta' diskrezzjoni għandu jingħata lill-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-każi fejn l-għaqdiet tal-produtturi mhumiex f'pożizzjoni li jħarsu l-obligazzjonijiet kontrattwali dovut għal żball tal-proċessur.

(16) Filwaqt li tirrispetta l-garanziji u l-kwalità tal-kontrolli esegwiti, n-numru ta' kontrolli obbligatorji fuq ir-realtá tal-ħażniet għandhom jiġu mnaqqsa. Madankollu, fir-rigward ta' proċessuri jew impjanti ta' l-ipproċessar li ma pparteċipawx fl-iskema ta' għajnuna fis-sena tas-suq ta' qabel, mill-inqas żewġ kontrolli għandhom jiġu esegwiti matul l-ewwel sena li fiha pparteċipaw fl-iskema.

(17) Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li timplimenta u ssegwi din l-iskema ta' għajnuna u, jekk neċesssarju, li taddatta malajr għat-tibdil fil-kondizzjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni għandha tirċievi mill-Istati Membri informazzjoni opportuna, ta' min jafdha u aġġornata.

(18) Biex tiffaċilita t-transizzjoni mill-arranġamenti ta' qabel għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet transitorji għandhom jiġu addotatti.

(19) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta' l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a) "Għaqdiet tal-produtturi" tfisser għaqdiet tal-produtturi kif msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u għaqdiet tal-produtturi li ġew konċessi rikonoxximent preliminari taħt l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament;

(b) "assoċjazzjoni ta' għaqdiet tal-produtturi" tfisser assoċjazzjoni kif msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, mwaqqfa fuq inizjattiva ta' u kontroll mill-għaqdiet tal-produtturi rikonnoxxuti taħt dak ir-Regolament;

(ċ) "produttur" tfisser kull persuna naturali jew legali li hija membru ta' għaqda tal-produtturi li jikkunsinnaw il-prodott ta' l-art tagħhom lil dik l-għaqda għall-finijiet tal-marketing tagħha skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(d) "produttur individwali" tfisser kull persuna naturali jew legali kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li ma tappartjenix lil għaqdiet tal-produtturi u li jkabbar fuq l-azjenda tiegħu materja prima maħsuba għall-ipproċessar;

(e) "proċessur" tfisser kull persuna naturali jew legali li tħaddem, għal finijiet ekonomiċi u fuq ir-responsabbilita proprja, wieħed jew iktar impjanti b'faċilitajiet għal manifattura ta' wieħed jew iktar prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/1996 u, fejn applikabbli, approvat skond l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;

(f) "awtoritajiet kompetenti" tfisser korp jew korpi nominati mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Għaqdiet tal-produtturi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom li jinsab fi Stat Membru jistgħu jipparteċipaw fl-iskema ta' għajnuna Komunitarja prevista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96, bil-kondizzjoni illi l-Istat Membru kkonċernat għandu limitu nazzjonali għal prodotti in kwestjoni, kif muri fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kull referenzi lil għaqdiet tal-produtturi għandhom ikunu analizzati bħala referenza lil assoċjazzjonijiet ta' l-għaqdiet tal-produtturi.

Artikolu 2

Snin tas-suq u perjodi ta' kunsinna

1. Is-snin tas-suq fis-sens ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96, hawnhekk iżjed 'il quddiem msemmija s-"snin tas-suq", tiddekorri mill-1 ta'Ottubru sat-30 ta' Settembru għal:

(a) larinġ ħelu,

(b) mandolin, klementin u satsumi,

(ċ) tronġ u pomelos,

(d) lumi.

2. Għajnuna lil għaqdiet tal-produtturi li jikkunsinnaw mandolin u klementin għandha tiġi konċessa unikament fuq prodotti kkunsinnati lilll-industrija ta' l-ipproċessar mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Ġunju.

3. Għajnuna lil għaqdiet tal-produtturi li jikkunsinnaw satsumi għandha tiġi konċessa unikament fuq prodotti kunsinnati lill-industrija ta' l-ipproċessar mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu.

4. Għal sena tas-suq speċifikata, l-"perjodi ekwivalenti" msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 tiddekorri mill-1 ta' April tas-sena tas-suq ta' qabel sal-31 ta' Marzu tas-sena kurrenti.

Artikolu 3

Identifikazzjoni tal-pakkett

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament is-sitema ta' identifikazzjoni tal-pakkett għandha tiġi użata għas-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92. L-erja għandhom jiġu ddikjarati f'ettari sat-tieni punt deċimali. L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu jgħodd għall-finijiet li jistabilixxi l-biċċa art waqt kontrolli previsti fl-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament.

Il-KAPITOLU II

APPALTI

Artikolu 4

Forma ta' appalti

1. L-appalti msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 (hawnhekk iżjed 'il quddiem msemmija "appalti") għandhom jiġu konklużi bil-miktub. Huma għandhom jiġu konklużi separatament għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi elenkati fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u għandhom juru numru ta' identifikazzjoni.

2. L-Appalti jistgħu jieħdu waħda mill-forom li ġejjin:

(a) Appalt bejn l-għaqda tal-produtturi, u l-proċessur;

(b) impenn biex tforni, fejn l-għaqda tal-produttur taġixxi ukoll bħala proċessur.

F'kull ħin u għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96, mhux iktar minn appalt ta' skadenza qasira u/jew appalt singolu u multiannwali msemmija fl-Artikolu 6(1), jista' jkun fis-seħħ bejn l-għaqda tal-produtturi u l-proċessur.

Artikolu 5

Talbiet biex jipparteċipaw fl-iskema ta' għajnuna u l-approvazzjoni tal-proċessurs

1. Proċessur ta' larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta' għajnuna għall-ewwel darba, għandhom jagħmlu talba lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fihom qegħdin l-impjanti ta' l-ipproċessar qabel ma' data tiġi determinata minn dan ta' l-aħħar. Din it-talba għandha notevolment tisspeċifika l-kapaċitá ta' l-ipproċessar kull siegħa tal-proċessur u, meta approprjat, il-kapaċitá ta' estrazzjoni fis-siegħa, pasturizzazzjoni u konċentrazzjoni ta' kull impjant ta' l-ipproċessar mħaddma mill-proċessur.

2. L-Istati Membri li għandhom limitu nazzjonali għal prodott in kwestjoni, kif muri fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2202/96, għandhom jistabbilixxu l-ħtieġijiet għall-approvazzjoni tal-proċessuri li l-impjanti ta' l-ipproċessar tagħhom qegħdin fuq it-territorju tagħhom u jinnotifikawhom il-Kummissjoni. Dawk il-ħtieġijiet għandhom jiżguraw li l-proċessurs għandhom il-kapaċitá li jesegwixxu l-operat neċessarju.

Fuq eżaminazzjoni tat-talbiet mogħtija mill-proċessuri l-impjanti ta' l-ipproċessar qegħdin fuq it-territorju tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li għandhom limitu nazzjonali għal prodott in kwestjoni għandhom jippubblikaw, għal kull prodott, lista ta' proċessuri approvati u l-impjanti ta' l-ipproċessar tagħhom mill-inqas xahar qabel il-bidu tas-sena tas-suq.

3. L-Istati Membri li m'għandhomx limitu nazzjonali għall-prodott in kwestjoni, kif muri fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jistgħu ukoll jiddeċiedu li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

4. Proċessuri li l-impjanti ta' l-ipproċessar tagħhom qegħdin fi Stat Membru li għandu limitu nazzjonali għal prodott in kwestjoni, kif muri fl-Anness II għar-Regolamemt (KE) Nru 2202/96, għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qabel ma jikkonkludu l-appalti.

Artikolu 6

Perjodi u kwantitajiet kopruti mill-appalti

1. Appalti ta' skadenza qasira għandhom ikopru mill-inqas ħames xhur kompluti u konsekuttivi tas-sena tas-suq in kwestjoni.

Appalti multiannwali fis-sens ta' l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom ikopru mill-inqas tlett snin tas-suq.

Fil-każ ta' klementin, appalti separati għandhom jiġu konklużi għal żewġ użi possibbli: meraq tal-frott jew segmenti.

2. Perjodi kopruti minn żewġ appalti ta' skadenza qasira konklużi bejn l-istess partijiet fl-istess sena tas-suq għandhom ikunu kontinwi u m'għandhomx jidħlu fuq xulxin.

3. Appalti multiannwali jistgħu jkopru kemm il-produzzjoni tal-membri ta' l-għaqdiet tal-produtturi li jiffirmaw l-appalt u l-għaqdiet tal-produtturi oħra fejn it-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 11(1)(c)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 japplikaw.

4. Biex jikkwalifikaw għal għajnuna stabbiliti f'Tabella 2 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2202/96, kwantitajiet ikkunsinnati skond l-appalti multiannwali għandhom ikunu mill-inqas 1000 tunnellata metrika għal kull appalt, prodott u sena tas-suq.

Artikolu 7

Kontenuti ta' l-appalti

1. Appalti għandhom jispeċifikaw, partikolarment:

(a) l-isem u l-indrizz ta' l-għaqda tal-produtturi kuntrattati;

(b) l-isem u l-indirizz tal-proċessur;

(ċ) il-kwantitajiet tal-materji primi li jridu jiġu kkunsinnti għall-ipproċessar, imqassma skond is-sena tas-suq fil-każ ta' appalti multiannwali;

(d) il-perjodu koprut u l-iskeda disposizzjonali tal-kunsinni lil proċessuri;

(e) impriża mill-proċessuri biex jipproċessaw il-kwantitajiet ikkunsinnati skond l-appalti in kwestjoni;

(f) il-prezz li għandu jitħallas lil għaqdiet tal-produtturi għal materji primi, li jistgħu ivarjaw b' varjeta u/jew kwalità u/jew perjodu ta' kunsinna u għandhom jiġu mħallsa biss fil-bank jew bi trasferiment mill-uffiċċju postali;

(g) il-kumpens li jista jitħallas jekk wieħed jew l-ieħor mill-partijiet jonqos milli jaderixxi għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali tiegħu, partikolarment fir-rigward ta' pagament sħiħ tal-prezz speċifikat fl-appalt, ir-rispett lejn limiti ta' żmien għal pagament, u l-obbligazzjoni biex jikkunsinaw u jaċċettaw il-kwantitajiet kopruti mill-appalt.

L-appalt għandu ukoll jindika l-istadju tal-kunsinna li miegħu l-prezz msemmija f'punt (f) japplika u l-kondizzjonijiet tal-pagament. Kull limitu ta' żmien għal pagament m'għandux ikun aktar minn xahrejn mill-aħħar tax-xahar tal-kunsinna ta' kull kunsinna.

2. Fil-każ ta' appalti ta' skadenza qasira, l-prezz msejjaħ fil-paragrafu 1(f) jista' jiġi aġġustat, mal-ftehim taż-żewġ partijiet, mill-emendamenti miktuba msemmija fl-Artikolu 11(1) u unikament għall-kwantitajiet addizzjonali ffissati minn dawk l-emendamenti.

Fil-każ ta' appalti multiannwali, l-prezz msemmija fil-paragrafu 1(f) għal kull sena tas-suq għandu jiġi stabbilit meta l-appalt relevanti jiġi ffirmat. Madankollu, l-prezz li japplika għal sena tas-suq speċifikata jista' jiġi rivedut, bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, b'emendament miktub lil appalti qabel l-1 ta' Novembru tas-sena tas-suq in kwestjoni.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet addizzjonali nazzjonali

L-Istati Membri jistgħu jaddotaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jkopru l-appalti, partikolarment fir-rigward ta' kumpens li jista' jitħallas mill-proċessuri jew mill-għaqdiet tal-produtturi li jonqos milli jaderixxu għal obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom.

Artikolu 9

Konkulżjoni ta' l-appalti fil-każ tar-rabta biex tfornixxi

Fil-każ tar-rabta biex tfornixxi fis-sens ta' l-Artikolu 4(2)(b), l-appalti li jkopru l-produzzjoni tal-membri ta' l-għaqda tal-produtturi kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew konklużi wara l-partikolarijiet li ġejjin ġew notifikati lil awtoritajiet kompetenti:

(a) l-isem u l-indirizz ta' kull produttur u d-data ta' referenza u l-biċċa art fuq liema l-produttur jikkoltiva l-materja prima;

(b) il-ħsad totali stmat;

(ċ) il-kwantita maħsuba għall-ipproċessar, imqassma skond t-tip ta' l-appalt;

(d) il-perjodu koprut u l-iskeda tal-kunsinna proviżjonali msemmija fl-Artikolu 7(1)(d);

(e) l-obbligu mill-għaqda tal-produtturi biex jipproċessaw il-kwantitajiet ikkunsinnati skond l-appalt in kwestjoni.

L-isem u l-indirizz ta' kull produttur msemmija f'punt (a) jista' jiġi mibdul minn kull imformazzjoni oħra meħtieġa mill-leġislazzjoni nazzjonali biex iħalli lil-produttur jiġi determinat b'mod ċar għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti.

In-notifiki għandhom jiġu mibgħuta lil awtoritajiet kompetenti sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 10

Dati ta' konklużjoni ta' l-appalti

1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu d-data(i) li fiha l-appalti ta' skadenza qasira għandhom jiġu konklużi mill-għaqdiet tal-produtturi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom qiegħed fit-territorju tagħhom. F'kull każ, l-appalti ta' skadenza qasira għandhom jiġu konklużi:

(a) mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru tas-sena tas-suq in kwestjoni fil-każ ta' appalti ta' skadenza qasira li jkopru mill-inqas tmien xhur lesti u konsekuttivi; jew

(b) mhux iktar tard mit-28 ta' Frar tas-sena tas-suq in kwestjoni fil-każ ta' appalti ta' skadenza qasira li jkopru mill-inqas tmien xhur kompleti u konsekuttivi.

2. Appalti multiannwali għandhom jiġu konklużi mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru tas-sena tas-suq in kwestjoni.

Artikolu 11

Emendamenti għall-appalti

1. Fil-każ ta' appalti ta' skadenza qasira, l-kwantitá inizjali stabbiliti fl-appalt tal-ipproċessar msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) jista' jkun emendat:

(a) bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet b' wieħed jew żewġ emendament(i) miktuba fil-każ ta' appalti ta' skadenza qasira li jkopru mill-inqas tmien xhur lesti u konsekuttivi; jew

(b) bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet b' wieħed jew żewġ emendament(i) miktuba fil-każ ta' appalti ta' skadenza qasira li jkopru mill-inqas ħames imma inqas minn tmien xhur lesti u konsekuttivi.

Il-kwantitá totali stabbilita fl-emendament(i) msemmija f'punt (a) m'għandix tkun iktar minn 40 % tal-kwantitá inizjalment stabbilita fl-appalt. Fejn hemm żewġ emendamenti, huma m'għandhomx jirreltaw ma iktar minn 20 % ta' kull kwantitá inizjali imsemmija.

Il-kwantitá totali stabbilita fl-emendament msemmija f'punt (b) m'għandix tkun iktar minn 20 % tal-kwantitá inizjali stabbilita fl-appalt.

L-emendamenti għandhom jinkludu n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li miegħu jirrelataw.

Il-kwantitajiet ikkunsinnati minn membri ġodda jew produtturi individwali msemmija fl-Artikolu 15(5) għandhom jiġu nklużi fl-emendamenti.

2. Fil-każ ta' appalti multiannwali, l-kwantitá stabbilita inizjalment għal kull sena, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(c), tista' tkun emendata darba kull sena tas-suq bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet b'emendament miktub.

L-emendament għandu jinkludi n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li miegħu jirrelataw. L-emendamenti għandhom jiġu konklużi qabel it-28 ta' Frar tas-sena tas-suq in kwestjoni.

Il-kwantitá li għandha tiġi kkunsinnata kull sena kif stabbilita fl-emendament m'għandix tkun iktar minn:

(a) 40 % tal-kwantitá stabbilita inizjalment fl-appalti għas-sena tas-suq speċifikata jekk l-emendament ġie konkluż qabel l-1 ta' Novembru tas-sena tas-suq in kwestjoni; jew

(b) 30 % tal-kwantitá stabbilita inizjalment fl-appalt għas-sena tas-suq speċifikata jekk l-emendament ġie konkluż wara l-1 ta' Novembru imma qabel it-28 ta' Frar tas-sena tas-suq in kwestjoni.

Artikolu 12

Komunikazzjoni lil awtoritajiet kompetenti

1. L-għaqdiet tal-produtturi li ffirmaw l-appalti għandhom jgħaddu kopja ta' kull appalt u kull emendament għalihom lil awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab u, jekk xieraq, lil awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-ipproċessar għandu jseħħ.

Il-kwantitá totali kopruta mill-appalti kollha ffirmati mill-għaqda tal-produtturi m'għandhiex tkun iktar, għal kull prodott, il-kwantitá maħsuba għall-ipproċessar indikat mill-għaqda tal-produtturi skond punt (ċ) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9 u l-Artikolu 15(1)(ċ).

2. Il-kopji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 għandhom jilħqu l-awtoritajiet kompetenti sa mhux iktar tard minn 10 t' ijiem utli wara l-konklużjoni ta' l-appalt jew emendament għalihom u mhux inqas minn ħames t' ijiem utli qabel il-bidu tal-kunsinni.

F'każi eċċezjonali u b'mod korett iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw appalti u emendmenti għalihom li jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti tagħhom wara l-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, bil-kondizzjoni li din l-aċċettazzjoni wara l-ħin ma jkollhiex effett kuntrarju fuq il-kontrolli ta' l-iskema ta' għajnuna tal-produzzjoni.

3. F'kull każ, l-ebda għajnuna Komunitarja ma titħallas għall-kwantitajiet ta' materji primi kkunsinnati minn għaqdiet tal-produtturi lil proċessuri qabel ma' l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew il-kopji speċifikati fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1.

Il-KAPITOLU III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA LILL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 13

Informazzjoni li tikkonċerna l-parteċipazzjoni fl-iskema ta' għajnuna

Għaqdiet tal-produtturi u proċessuri li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta' għajnuna prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab, mhux aktar tard minn 20 ġurnata qabel il-bidu tas-sena tas-suq. Huma għandhom jikkomunikaw f'dan il-ħin l-informazzjoni meħtieġa mill-Istat Membru in kwestjoni biex jimmaniġġja u jispezzjona l-iskema ta' għajnuna. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li informazzjoni bħal din għandha tkun:

(a) notifikata biss minn għaqdiet tal-produtturi ġodda jew minn proċessuri ġodda, jekk l-informazzjoni neċessarja lil oħrajn qegħdha diġa għad-dispożizzjoni;

(b) tkopri sena tas-suq singola, snin tas-suq differenti jew perjodu illimitat.

Artikolu 14

Informazzjoni li tikkonċerna l-bidu tal-kunsinni jew l-ipproċessar

1. Mill-inqas ħames t' ijiem utli qabel il-bidu tal-kunsinni jew proċessar f'kull sena tas-suq, għaqdiet tal-produtturi u proċessuri għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti dwar il-ġimgħa li fiha l-kunsinni u pproċessar ser jibdew. Għaqdiet tal-produtturi u proċessuri għandhom jitqiesu li bagħtu din l-obbligazzjoni jekk huma jipprovdu prova li huma bagħtu din l-informazzjoni mill-inqas tmien t' ijiem utli qabel id-data.

2. F'każi eċċezjonali u b'mod korrett iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw notifiki minn għaqdiet tal-produtturi u proċessuri wara d-data stabbilita fil-paragrafu 1. Madankollu, l-ebda għajnuna ma tkun permessa f'dawn il-każi lil għaqdiet tal-produtturi jew proċessuri għal kwantitajiet diġa kkunsinnati jew fil-kors ta' kunsinna kemm-il darba l-kontrolli meħtieġa biex jistabbilixxu l-eliġibiltá għall-għajnuna jistgħu jiġu kondotti għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 15

Informazzjoni fuq l-appalti

1. L-għaqdiet tal-produtturi li ffirmaw l-appalti għandhom jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab l-informazzjoni li ġejja, b' prodotti:

(a) l-isem u l-indirizz ta' kull prodott koprut mill-appalti u d-data ta' referenza u l-biċċa art fuq liema kull produttur jikkoltiva l-materji primi;

(b) l-istima tal-ħsad totali;

(ċ) il-kwantitá maħsuba għall-ipproċessar;

(d) ir-rendita medja ta' l-għaqda tal-produtturi għal kull ettaru u l-persentaġġ medju ta' din il-kwantitá mibgħuta għall-ipproċessar waqt is-sentejn tas-suq preċedenti.

L-isem u l-indirizz ta' kull produttur msemmi f'punt (a) jista' jiġi mibdul minn kull informazzjoni oħra meħtieġa mill-leġislazzjoni nazzjonali biex tippermetti lill-produttur li jiġi determinat b'mod ċar għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi provduta mill-għaqdiet tal-produtturi jew proċessuri individwali kkonċernati lil għaqda tal-produtturi li ffirmaw l-appalt, li għandhom tgħaddiha lil korp nominat mill-Istat Membru, fejn l-għaqda tal-produttur li ffirmaw l-appalt:

(a) tikkummerċjalizza l-kwantitajiet maħsuba għall-ipproċessar prodotti mill-membri ta' għaqdiet tal-produtturi oħra skond it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, u/jew

(b) tgħaddi l-benefiċċju ta' l-iskema ta' għajnuna lil produtturi individwali skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96.

3. Biex tikkwalifika għall-għajnuna, għaqdiet tal-produtturi u produtturi individwali kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiffirmaw ftehim ma' l-għaqda tal-produtturi li tiffirma l-appalt.

Dawn il-ftehim għandhom ikopru l-produzzjoni kollha tal-frott taċ-ċitru kkunsinnati għall-ipproċessar mill-imsemmija għaqdiet tal-produtturi u produtturi individwali kkonċernati u għandhom jispeċifikaw mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) in-numru ta' snin tas-suq kopruti mill-ftehim;

(b) il-kwantitajiet li għandhom jiġu kkunsinnati għall-ipproċessar, mqassma skond il-produttur u l-prodott u bbażata fuq l-iskeda ta' kunsinna msemmija fl-Artikolu 7(1)(d);

(ċ) il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' tħaris ma' l-ftehim.

L-Istati Membri jistgħu jaddottaw dispożizzjonijiet addizjonali li jkopru l-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu, partikolarment fir-rigward tal-kumpens imħallas mill-għaqdiet tal-produtturi jew produtturi individwali li jfallu li jaderixxu għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom, u fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet foloz ta' l-għaqdiet tal-produtturi jew produtturi individwali kkonċernati lil għaqda tal-produtturi li ffirmaw l-appalti.

4. L-Istati Membri għandhom jiffissaw id-data qabel liema l-informazzjoni msemmija f'paragrafi 1 u 2, flimkiem ma' kopja tal-ftehim msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 sabiex tiżgura li l-kontrolli neċessarji huma esegwiti.

5. Meta produttur jingħaqad ma' għaqda tal-produtturi jew ma' produttur individwali jiffirma ftehim ma' l-għaqda tal-produtturi wara d-dati msemmija fil-paragrafu 4, l-informazzjoni msemmija f'paragrafi 1 u 2 u, meta approprjat, kopja tal-ftehim msemmija fil-paragrafu 3 li jirrelata ma' dan il-membru ġdid jew produttur individwali, għandha tiġi mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 ġurnata wara d-data li fuqha s-sħubija jew il-ftehim jieħu effett.

Il-KAPITOLU IV

MATERJI PRIMI

Artikolu 16

Ħtieġijiet ta' kwalitá minimi

Prodotti kkunsinnati mill-għaqdiet tal-produtturi lil proċessuri taħt appalt għandhom jissodisfaw l-ħtieġijiet ta' kwalitá minimi stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 17

Notifiki ta' kunsinni u ċertifikati ta' kunsinna

1. Mhux iktar tard minn 18.00 fil-jum utli li jippreċedi l-kunsinna, l-għaqda tal-produtturi għandha tinnotifika kull kunsinna lil awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali jinsab u, fejn japplika, lil awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-ipproċessar huwa esegwit.

Din in-notifika għandha tinkludi l-kwantitá li għandha tiġi kunsinnata, identifikazzjoni tal-mezzi ta' transport użati u n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li jirrelata mal-kunsinna in kwestjoni. Għandha tiġi mibgħuta elettronikament u l-awtoritajiet li għalihom hi indirizzata għandhom iżommu rekord tagħha għall-inqas tlett snin.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu ssaqsu għall-informazzjoni addizzjonali li huma jqisu neċessarja għal kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni.

Jekk id-data fit-tieni subparagrafu tiġi emendata wara li huma jiġu notifikati, d-data emendata għandha tiġi notifikata bl-istess mod bħan-notifika inizjali, qabel ma' tibda il-kunsinna. In-notifika inizjali tista' tiġi emendata darba biss.

Fuq il-bażi ta' analiżi ta' riskju magħmula mill-Istat Membru konċernat, li tkopri kemm l-għaqdiet tal-produtturi kif ukoll il-proċessuri, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħilsu lill-għaqdiet tal-produtturi mill-obbligazzjonijiet biex jinnotifikaw kull kunsinna jew tista' titlob l-informazzjoni f'forma inqas dettaljata, bil-kondizzjoni li dan ma jkollux effett kuntrarju fuq il-kontrolli fuq l-iskema ta' għajnuna tal-produzzjoni.

2. Ċertifikat tal-kunsinna għandu jiġi maħruġ għal kull lott tal-prodott skond l-appalt u aċċettat għall-ipproċessar fl-impjant ta' l-ipproċessar, li jispeċifika:

(a) id-data u l-ħin tal-ħatt;

(b) l-identifikazzzjoni tal-mezzi tat-trasport użati;

(ċ) in-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li miegħu l-kunsinna tirrelata;

(d) il-piż gross u l-piż nett;

(e) fejn japplika, r-rata ta' tnaqqis kalkulata fuq il-bażi tal-ħtieġijiet tal-kwalitá minimi stabbiliti fl-Anness I.

Ċertifikati tal-kunsinna għandhom jiġu preparati fi kwadruplikat. Għandhom jiġu ffirmati mill-proċessur jew r-rappreżentant tiegħu u mill-għaqda tal-produtturi jew rappreżentant tagħha. Kull attestat għandu jġorr numru ta' indentifikazzjoni.

3. Proċessuri u għaqdiet tal-produtturi għandhom it-tnejn iżommu kopja ta' l-attestati tal-kunsinna.

L-għaqda tal-produtturi għandha tgħaddi kopja jew telekomunikazzjoni bil-miktub jew e-mail li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, mhux aktar tard mill-ħames jum utli wara l-ġimgħa tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali jinsab u, fejn japplika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-ipproċessar huwa esegwit.

4. Mill-inqas xahar qabel il-bidu tas-sena tas-suq, l-Istati Membri li għandhom limitu nazzjonali għall-prodott in kwestjoni, kif muri fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2202/96, għandhom jiffissaw u jippubblikaw il-mod li fih l-mezzi tat-trasport msemmija fit-tieni subparagrafu ta' paragrafu 1 u f'punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 2 jiġi identifikat biex jħallu l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jesegwixxu kontrolli fiżiċi appropjati.

5. Meta l-ipproċessar jseħħ fi Stat Membru ieħor, u sabiex tassikura u tirinforza kontrolli fiżiċi appropjati mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istat Membru fejn l-ipproċessar jsir u l-Istat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali ta' l-għaqda tal-produtturi li iffirmaw l-appalt jinsab għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet addizjonali u komuni neċessarji u l-proċeduri amministrattivi fir-rigward ta' notifiki u attestati ta' kunsinna msemmija f'paragrafi 1 u 2.

Partikolarment, l-Istati Membri kkonċernati għandhom konġuntement jiffissaw l-identifikazzjoni tal-mezzi ta' trasport użati li għandhom jiġu speċifikati fin-notifiki li ser jiġu maħruġa mill-għaqdiet tal-produtturi u fl-attestati tal-kunsinna. L-identifikazzjoni tal-mezzi ta' transport għandhom jiġu ppubblikati mill-Istati Membri ikkonċernati skond paragrafu 4.

6. Fejn kull jew parti minn lott jappartjeni lill-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(2)(a) jew (b), l-għaqda tal-produtturi kuntrattata għandha tgħaddi kopja taċ-ċertifikat previst fil-paragrafu 2 lil kull għaqda tal-produtturi u produttur individwali konċernati.

7. Għal kull kwart tas-sena mill-bidu tas-sena tas-suq, mhux iktar tard mill-10 jum tax-xahar li ġej, l-għaqda tal-produtturi għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tal-kwantitajiet ikkunsinnati, b' lott u b' Prodotti. Kwantitajiet kunsinnati skond l-appalt għandhom jiġu mqassma skond l-appalt u fuq il-bażi ta' l-ammont ta' għajnuna korrispondenti.

8. Id-dokumenti meħtieġa skond il-liġi nazzjonali jistgħu jiġu użati għall-iskop ta' dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni illi jkun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 18

Notifiki tal-proċessuri lill-awtoritajiet kompetenti

1. Għal kull perjodu ta' sitt xhur mill-bidu tas-sena tas-suq, mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara, proċessuri li jikkonkludu l-appalti ma' l-għaqdiet tal-produtturi għandhom jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali ta' l-għaqdiet tal-produtturi jinsab u, fejn japplika, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-ipproċessar isir, l-informazzjoni li ġejja, maqsuma skond il-prodott:

(a) il-kwantitá tal-prodott riċevut għal kull lott u għal kull appalt u l-kwantitá ta' prodott irċevut barra l-appalti;

(b) il-kwantitajiet ta' meraq tal-frott miksuba, imqassma skond il-Brix concentration, li tispeċifika l-kwantitajiet miksuba mill-lottijiet ikkunsinnati skond l-appalt;

(ċ) il-piż medju tar-rendita f'meraq tal-frott minn materji primi u l-Brix concentration ta' dan il-meraq tal-frot;

(d) il-kwantitajiet tas-segmenti miksuba, li jispeċifikaw il-kwantitajiet miksuba mill-lottijiet ikkunsinnati skond l-appalt.

Il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi bħala piż nett.

In-notifiki għandhom jiġu ffirmati mill-proċessur, li għandu jiċċertifika l-akkuratezza tagħhom billi jagħmel dan.

2. Fi żmien 45 ġurnata wara t-tmiem ta' l-operat ta' l-ipproċessar għas-sena tas-suq, il-proċessuri għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1ta' dawn li ġejjin dwar kull prodott:

(a) il-kwantitajiet riċevuti, imqassma skond il-prodotti lesti li rriżultaw;

(b) il-kwantitajiet riċevuti skond l-appalt, imqassma skond il-perjodu ta' kunsinna u tip ta' appalt (skadenza qasira jew multiannwali);

(ċ) il-kwantitajiet riċevuti skond l-appalt, imqassma skond il-prodotti lesti li rriżultaw;

(d) il-kwantitajiet ta' prodotti lesti miksuba minn kull wieħed mill-kwantitajiet msemmija in (a);

(e) il-kwantitajiet ta' prodotti lesti miksuba minn kull wieħed mill-kwantitajiet msemmija in (c);

(f) il-kwantitajiet ta' kull prodott lest fil-ħażniet fl-aħħar ta' l-operazzjonijiet ta' proċessar għas-sena tas-suq.

Il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi bħala piż nett.

Fil-każ ta' meraq tal-frott, il-kwantitajiet msemmija taħt (d) u (e) għandhom jiġu imqassma fuq il-bażi tal-Brix concentration tagħhom.

Il-KAPITOLU V

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA U PAGAMENT TA' L-GĦAJNUNA

Artikolu 19

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1. Għaqdiet tal-produtturi għandhom jagħtu l-applikazzjonijiet ta' l-għajnuna tagħhom, għal kull prodott u għal kull sena tas-suq, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab.

Dawn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu mogħtija:

(a) għal kwantitajiet ta' larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos, aċċettati għall-ipproċessar waqt l-ewwel nofs tas-sena tas-suq, imma mhux iktar tard mit-30 ta' April;

(b) għal kwantitajiet ta' larinġ ħelu, lumi, tronġ u pomelos aċċettati għall-ipproċessar waqt it-tieni nofs tas-sena tas-suq, mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru tas-sena tas-suq ta' wara;

(ċ) għal kwantitajiet ta' mandolin u klementin aċċettati għall-ipproċessar waqt it-tielet kwart tas-sena tas-suq, mhux iktar tard mill-31 ta' Lulju.

2. Jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna huma mogħtija wara t-terminu perentorju stabbilit fil-paragrafu 1, l-għajnuna tiġi mnaqqsa b' 1 % għal kull jum ta' dewmien u l-ebda għajnuna ma tiġi permessa jekk l-applikazzjoni tkun iktar minn 15-il ġurnata tard.

3. F'każi eċċezjonali u b'mod korret iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet għall-għajnuna wara t-terminu perentorju stabbilit fil-paragrafu 1, bil-kondizzjoni illi ma jostakolawx il-kontrolli effettivi fuq l-iskema ta' għajnuna tal-produzzjoni. F'dak il-każ, paragrafu 2 m'għandux japplika.

4. Fil-każ tal-klemetini, applikazzjonijiet għall-għajnuna separati għandhom jiġu preparati għal żewġ użi possibbli: meraq tal-frott jew segmenti.

Artikolu 20

Kontenuti ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna

Kull applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-għaqda tal-produttur;

(b) il-kwantitajiet kopruti mill-applikazzjoni għall-għajnuna, mqassma skond l-appalt u fuq il-bażi ta' ammont ta' l-għajnuna korrispondenti, u ma jkunx iktar mill-kwantitá aċċettata għall-ipproċessar, wara t-tnaqqis ta' kull rata ta' riduzzjoni applikata;

(ċ) il-medja tal-prezz tal-bejgħ għal kwantita kkunsinnata skond l-appalt;

(d) il-kwantitá kkunsinnata waqt l-istess perjodu b'mod ieħor minn taħt l-appalt, u l-prezz tal-bejgħ medju tagħha.

Artikolu 21

Ħlas ta' l-għajnuna

L-għajnuna għandha tiġi mħallsa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-għaqda tal-produtturi li ffirmat l-appalt għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha malli dawk l-awtoritajiet intrabtu li jagħmlu l-kontrolli previsti fl-Artikolu 27(1)(a) u kkontrollaw li l-applikazzjoni taqbel maċ-ċertifikati tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2) għall-prodott in kwestjoni.

Meta l-ipproċessar jsir fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi Stat Membru fejn l-uffiċċju prinċipali ta' l-għaqdiet tal-produtturi li ffirmaw l-appalt jinsab bi prova li l-prodott ġie fil-fatt ikkunsinnat u aċċettat għall-ipproċessar.

L-għajnuna m'għandhix tiġi konċessa jekk il-prova msemmija fit-tieni paragrafu ma tiġix provduta, jew għall-kwantitajiet li dwarhom jkun saru l-kontrolli fl-ewwel paragrafu ma ġewx kondotti.

Artikolu 22

Data tal-ħlas ta' l-għajnuna

L-għajnuna għandha tiġi mħallsa lill-għaqdiet tal-produtturi:

(a) għall-kwantitajiet ta' larinġ ħelu, mandolin, klementi, satsumi, lumi, tronġ u pomelos aċċettati għall-ipproċessar waqt l-ewwel nofs tas-sena tas-suq, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju;

(b) għall-kwantitajiet ta' larinġ ħelu, lumi, tronġ u pomelos aċċettati għall-ipproċessar waqt it-tieni nofs tas-sena tas-suq, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena tas-suq ta' wara;

(ċ) għall-kwantitajiet ta' mandolin u klementin aċċettati għall-ipproċessar waqt it-tielet kwart tas-sena tas-suq, mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru.

Artikolu 23

Ħlas ta' l-għajnuna lil membri ta' l-għaqdiet tal-produtturi

Fi żmien 15 il-jum utli wara li rċeviet ta' l-għajnuna, l-għaqda tal-produtturi għandha tħallas bi sħiħ l-ammonti rċevuti, bil-bank jew trasferiment postali, lil membri tagħha u, fejn japplika, lill-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(2)(a) u (b). Fil-każi kopruti mill-Artikolu 4(2)(b), l-ħlas jista' jsir billi tinfetaħ linja ta' kreditu.

Meta l-għaqda tal-produtur tkun kollha jew parti minnha komposta minn membri li huma nnfishom għaqdiet b'personalita legali komposta minn produtturi, l-pagamenti kif previsti fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu mħallsa minn dawk l-għaqdiet membri lill-produtturi fi żmien 15-il jum utli.

Il-KAPITOLU VI

KONTROLLI U PIENI

TAQSIMA 1

Kontrolli

Artikolu 24

Miżuri nazzjonali

1. Mingħajr preġudizzju għat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji:

(a) biex jiżguraw li r-Regolament jiġi mħares;

(b) biex jipprevjenu u jħarrku irregolaritajiet u japplikaw l-pieni previsti f'dan ir-Regolament;

(ċ) biex jirkupraw somom mitlufa b'riżultat ta' irregolaritajiet jew negliġenza;

(d) biex jivverifikaw ir-rekordijiet previsti fl-Artikolu 25 u 26, li jiżguraw li huma jaqblu mal-kontijiet meħtieġa mill-għaqdiet tal-produtturi u proċessuri taħt il-liġi nazzjonali;

(e) jesegwixxu kontrolli mhux mgħarrfa kif msemmija fl-Artikolu 27 waqt perjodi appropjati.

2. L-Istati Membri għandhom jipprogrammaw il-kontrolli tagħhom imsemmija fl-Artikolu 27 fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju li tieħu kont, fost affarijiet oħra, ta':

(a) is-sejbiet tal-kontrolli kondotti fi snin ta' qabel;

(b) żviluppi mis-sena ta' qabel;

(ċ) ir-rendita tal-materja prima minn żona ta' produzzjoni omoġenja;

(d) il-proporzjon tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-istima tal-ħsad totali;

(e) ir-rendita tal-materja prima skond il-prodott lest.

Il-kriterja ta' l-analiżi tar-riskju għandha tiġi regolarment aġġornata.

3. Meta irregolaritajiet jew anomaliji jinsabu, l-Istati Membri għandhom iżżidu l-frekwenza u l-persentaġġ tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 27, wara li kkunsidraw il-gravitá tas-sejbiet.

Artikolu 25

Rekordijiet ta' l-għaqdiet tal-produtturi

1. Għaqdiet tal-produtturi li jikkunsinnaw il-prodotti għall-ipproċessar għandhom iżommu rekord ta' kull prodott ikkunsinnat. Dawn ir-rekordijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) fil-każ tal-kwantitajiet ikkunsinnati skond l-appalti multiannwali:

(i) il-lottijiet ikkunsinnati kuljum, u n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li miegħu jirrelataw;

(ii) il-piż nett ta' kull lott ikkunsinnat u aċċettat għall-ipproċessar, nieqes kull riduzzjoni, u n-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-kunsinna relevanti;

(b) fil-każ ta' kwantitajiet ikkunsinnati skond l-appalti ta' skadenza qasira:

(i) il-lottijiet ikkunsinnati kuljum, u n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li miegħu jirrelataw;

(ii) il-piż nett ta' kull lott ikkunsinnat u aċċettat għall-ipproċessar, nieqes kull riduzzjoni, u n-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-kunsinna relevanti;

(iii) il-kwantitá totali kkunsinnata kuljum, imqassma fuq il-bażi ta' l-għajnuna applikabbli;

(ċ) fil-każ ta' kwantitjiet ikkunsinnati b'mod ieħor minn dak taħt l-appalti:

(i) il-lottijiet ikkunsinnati kuljum, u l-isem u l-indirizz tal-proċessur;

(ii) il-piż nett ta' kull lott ikkunsinnat u aċċettat għall-ipproċessar.

2. Għaqdiet tal-produtturi u produtturi individwali msemmija fl-Artikolu 15(2) għandhom jagħtu lill-ispezzjonijiet u kontrolli kollha meqjusa neċessarji mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom iżommu rekordijiet u informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtoritajiet biex tikkontrolla t-tħaris ma' dan ir-Regolament.

Għal kull prodott bażiku, dawk ir-rekordijiet u informazzjoni addizzjonali għandhom jagħmluha possibli biex tiġi stabbilita, għal kull produttur, jekk l-erji, l-ħsad totali, l-kwantitajiet totali kkunsinnati lill-għaqda tal-produtturiu l-kwantitajiet ikkunsinnati għall-ipproċessar jaqblu mal-pagamenti ta' l-għajnuna u l-pagamenti irċevuti mingħand il-proċessur.,Għal dan il-fini, dawn ir-rekordijiet u informazzjoni addizjonali għandha tkopri ukoll l-kwantitajiet mibjugħa għas-suq tal-prodott friski, dawk irtirati mis-suq u l-kwantitajiet li fadal.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema forma ta' rekordijiet previsti f'paragrafi 1 u 2 għandhom jieħdu.

4. Ir-rekordijiet jew dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġi nazzjonali jistgħu jiġu użati għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni illi jkun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekodijiet previsti f'paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ċertifikati bl-istess mod bħal dawk ir-rekordijiet jew dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġi nazzjonali, bil-kondizzjoni li ma jkollhomx effetti kuntrarji fuq il-kontrolli fuq l-iskema ta' għajnuna tal-produzzjoni.

Artikolu 26

Rekordijiet tal-proċessuri

1. Il-proċessuri għandhom iżommu record ta' kull prodott mixtri. Dawn ir-rekordijiet għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni li ġejja:

(a) fil-każ ta' kwantitajiet mixtrija mill-għaqdiet tal-produtturi skond l-appalt:

(i) il-lottijiet irċevuti kuljum, u n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-appalt li miegħu jirrelataw;

(ii) il-piż nett ta' kull lott irċevut u aċċettat għall-ipproċessar, in-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-kunsinna relevanti u l-identifikazzjoni preċiża tal-mezzi ta' trasport użati;

(b) fil-każ tal-kwantitajiet l-oħra mixtrija:

(i) il-lottijiet irċevuti kuljum, u l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

(ii) il-piż nett ta' kull lott irċevut;

(ċ) il-kwantitajiet ta' meraq tal-frott miksuba kuljum, imqassma skond l-Brix concentration, li jispeċifikaw l-kwantitajiet miksuba mill-lottijiet ikkunsinnati skond l-appalt;

(d) il-kwantitajiet tas-segmenti miksuba kuljum, li jisspeċifikaw il-kwantitajiet miksuba minn lottijiet ikkunsinnati skond l-appalt;

(e) il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta' prodott lesti mixtrija mill-proċessur kuljum, bl-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ indikati;

(f) il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta' kull prodott lest li jħalli l-bini tal-proċessur kuljum, jagħti l-isem u l-indirizz tad-destinatarju; din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata b'referenza għall-dokumenti ta' sostenn miżmuma x'imkien ieħor, bil-kondizzjoni illi jkun fihom l-informazzjoni mitluba;

(g) il-kwantitajiet ta' kull prodott lest f'ħażniet fl-aħħar tas-sena tas-suq.

Il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi bħala piż nett.

Fil-każ ta' meraq tal-frott, il-kwantitajiet imsemmija taħt (e), (f) u (g) għandhom jiġu mqassma fuq bażi tal-Brix concentration tagħhom.

Proċessuri għandhom jaġġornaw kuljum ir-rekordijiet fuq meraq tal-frott u/jew segmenti tagħhom għal kull impjant.

2. Proċessuri għandhom iżommu prova tal-pagament ta' kull materja prima mixtrija skond l-appalt jew emendament bil-miktub għalih għal ħames snin mill-aħħar tas-sena li fiha l-prodott ikkonċernat ġie proċessat. Proċessuri għandhom iżommu prova ta' xiri jew bejgħ ta' meraq tal-frott ipproċessat għal ħames snin.

3. Proċessuri għandhom jagħtu lill-ispezzjonijiet u kontrolli kollha kkonsidrati neċessarji mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom iżommu rekordijiet addizzjonali meħtieġa minn dawk l-awtoritajiet għall-finijiet ta' kontrolli meqjusa neċessarji.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema forma ta' rekordijiet previsti f'paragrafi 1u 3 għandhom jieħdu.

5. Ir-rekordijiet jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġi nazzjonali jistgħu jiġu użati għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni illi jkun fihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekordijiet previsti f'paragrafi 1 u 3 għandhom jiġu ċertifikati bl-istess mod bħal dawk ir-rekordijiet jew dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġi nazzjonali, bil-kondizzjoni illi dan ma jkollhux effett kuntrarju fuq il-kontrolli fuq l-iskema ta' għajnuna għall-produzzjoni.

Artikolu 27

Kontrolli

1. Għal kull għaqda tal-produtturi li jikkunsinnaw larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos għall-ipproċessar, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu kondotti għal kull prodott u sena tas-suq:

(a) kontrolli fiżiċi fuq mill-inqas:

(i) 5 % ta' l-erji msemmija f'punt (a) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9 u fl-Artikolu 15(1)(a),

(ii) 20 % tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-ipproċessar, sabiex tiċċekja li huma jaqblu maċ-ċertifkati tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2) u jħarsu l-ħtieġijiet ta' kwalità minimi stabbiliti fl-Anness I;

(b) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas:

(i) 5 % tal-produtturi koperti mill-appalti, sabiex tiċċekja partikolarment li kull prodottur l-erji, l-ħsad totali, l-kwantita kkunsinnata lill-għaqda tal-produttur u l-kwantita kkunsinnata għall-ipproċessar kollha jaqblu mal-pagamenti ta' l-għajnuna previsti fl-Artikolu 23 u l-pagamenti riċevuti;

(ii) 10 % tal-ftehim msemmija fl-Artikolu 15(3);

(ċ) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet biex tivverifika li t-total ta' kwantitajiet tal-prodotti kunsinnati lill-għaqda tal-produtturi mill-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(1) u (2), t-total tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-ipproċessar, it-total ta' ċertifikati tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2), u t-total ta' kwantitajiet dikjarati fl-applikazzjoni għall-għajnuna kollha jaqblu ma' l-għajnuna mħallsa skond l-Artikolu 23 u l-pagament rċevuti mill-proċessur;

(d) kontrolli fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna u dokumenti ta' sostenn, u kontrolli bir-reqqa tal-pakketti dikjarati.

2. Għall-proċessuri tal-larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu kondotti għal kull impjant, prodott u sena tas-suq:

(a) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas:

(i) 5 % tal-lottijiet irċevuti taħt kull tip ta' appalt (ta' skadenza qasira jew multiannwali) biex jivverifikaw li l-kwantitajiet konċernati huma kopruti mill-appalt u minn ċertifikati ta' kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2), l-identifikazzjoni preċiża tal-mezzi ta' transport użati u t-tħaris tal-ħtieġijiet minimi stabbiliti fl-Anness I,

(ii) 10 % tat-trasferimenti ta' prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1)(f);

(b) kontrolli fiżiċi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 10 % tal-prodotti lesti miksuba, sabiex jivverifikaw ir-rendita tal-materji primi skond il-prodott lest miksub skond l-appalt u b'mod ieħor minn dak skond l-appalt;

(ċ) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet biex jivverifikaw, fuq il-bażi ta' fatturi maħruġa u rċevuti u fuq il-bażi ta' data tal-kontijiet, li l-kwantitá ta' prodott lest miksub minn materji primi rċevuti u l-kwantitajiet ta' prodotti lesti mixtrija jaqblu mal-kwantitajiet tal-prodotti lesti mibjugħa;

(d) kontrolli fiżiċi u tal-kontijiet fuq il-ħażniet kollha tal-prodotti lesti mill-inqas darba kull sena, biex tiżgura li huma jaqblu mal-prodotti lesti mmanifatturati, mixtrija u mibjugħa.

Fil-każ ta' proċessuri u impjanti ta' l-ipproċessar li ma pparteċipawx fl-iskema ta' għajnuna fis-sena tas-suq preċedenti, l-kontrolli msemmija f'punt (d) għandhom jiġu kondotti mill-inqas darbtejn fl-ewwel sena li fiha huma jipparteċipaw fl-iskema.

TAQSIMA 2

Pieni

Artikolu 28

Riduzzjoni ta' l-għajnuna f'każ ta' diskrepanza bejn l-għajnuna applikata għaliha u l-ammont dovut

1. Meta jiġi aċċertat, għal prodott speċifikat, li l-għajnuna applikata għaliha fir-rispett ta' kull sena tas-suq tkun iktar minn l-ammont dovut, hekk dak l-ammont għandhu jiġi mnaqqas, kemm-il darba d-differenza hija biċ-ċar dovuta għal żball. Ir-riduzzjoni għandha tkun daqs id-differenza. Jekk l-għajnuna ġiet diġa mħallsa, l-benefiċċarju għandu jħallas lura d-doppju tad-differenza, biż-żieda ta' l-interessi kalkolati skond l-Artikolu 36(2).

2. Jekk id-differenza msemmija fil-paragrafu 1 hija iktar minn 20 %, il-benefiċċarju għandu jitlef il-jedd għall-għajnuna u, jekk l-għajnuna ġiet diġa mħallsa, tirrimborża l-għajnuna totali, biż-żieda ta' l-interessi kalkolati skond l-Artikolu 36(2).

B'żieda, jekk id-differenza hija iktar minn 30 %, l-għaqda tal-produtturi għandha tiġi eskluża mill-iskema ta' għajnuna għall-prodott ikkonċernat għat-tlett snin tas-suq li ġejjin.

Artikolu 29

Riduzzjoni ta' l-għajnuna fil-każ ta' diskrepanza bejn il-kwantitá kkunsinnata u l-kwantitá minima skond l-appalti multiannwali

Ħlief għal każi ta' forza maġġuri, jekk il-kwantitá kkunsinnata ta' prodott skond l-appalt multiannwali għas-sena tas-suq tinsab li hija inqas mill-kwantitá minima stabbilita fl-Artikolu 6(4), l-għajnuna korrispondenti għandha tiġi mnaqqsa b' 50 % għas-sena tas-suq in kwestjoni. Jekk l-għajnuna ġiet diġa mħallsa, il-benefiċċarju għandu jħallas id-differenza bejn l-għajnuna mħallsa u l-għajnuna dovuta, biż-żieda ta' l-interessi kalkolati skond l-Artikolu 36(2).

Barra minn dan, jekk, għal prodott speċifiku, l-għaqda tal-produtturi tonqos milli tikkunsinna l-kwantitá minima għas-sena tas-suq skond tlieta jew iżjed appalti multiannwali fl-istess ħin, hija għandha immedjatament tkun projbita milli tiffirma appalti multiannwali ulterjuri għall-prodott in kwestjoni. It-tul tal-projbizzjoni m'għandux jkun inqas minn żewġ snin tas-suq u għandu jiġi determinat mill-Istati Membri wara li kkunsidraw il-gravitá tan-nuqqas.

Artikolu 30

Riduzzjoni ta' l-għajnuna fil-każ ta' diskrepanza bejn il-kwantitá aċċettata għall-ipproċessar u l-kwantitá kuntrattati għal

1. Ħlief għal każijiet ta' forza maġġuri, jekk il-kwantitajiet aċċettati għall-ipproċessar waqt sena tas-suq skond kull appalt imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a) u (b) huma misjuba li huma inqas mill-kwantitajiet kuntrattati fir-rispett ta' dik is-sena tas-suq, inklużi xi emendamenti għalih, l-għajnuna korrispondenti għandha tiġi mnaqqsa b':

(a) 25 %, jekk id-diskrepanza bejn il-kwantitajiet aċċettati għall-ipproċessar u l-kwantitajiet kuntrattati hija daqs jew iktar minn 25 % imma inqas minn 40 % tal-kwantitajiet kuntrattati;

(b) 40 %, jekk id-diskrepanza bejn il-kwantitajiet aċċettati għall-ipproċessar u l-kwantitajiet kuntrattati għalihom hija daqs jew iktar minn 40 % imma inqas minn 50 % tal-kwantitajiet kuntrattati;

L-ebda għajnuna m'għandha tiġi konċessa jekk id-diskrepanza bejn il-kwantitajiet aċċettati għall-ipproċessar u l-kwantitajiet kuntrattati għalihom hija 50 % jew iktar mill-kwantitajiet kuntrattati.

Jekk l-għajnuna ġiet diġa mħallsa, l-għaqda tal-produtturi għandha tħallas lura d-differenza bejn l-għajnuna mħallsa u l-għajnuna dovuta, biż-żieda ta' l-interessi kalkolati skond l-Artikolu 36(2).

2. Fil-każ ta' appalti multiannwali, meta huwa possibli li japplika l-Artikolu 29 u paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu simultanjament, l-għola piena għandha tiġi imposta.

Artikolu 31

Riduzzjoni ta' l-għajnuna f'każ ta' taħsira ta' l-appalti

Jekk jiġi misjub li l-appalt ta' l-ipproċessar ġie totalment jew parzjalment mħassar b' ftehim komuni taż-żewġ partijiet qabel it-terminu sħiħ tiegħu, l-għaqda tal-produtturi li ffirmat il-kuntratt għandha tirrimborża 40 % ta' l-għajnuna rċevuta skond dak l-appalt, biż-żieda ta' l-interessi kalkolati skond l-Artikolu 36(2).

B'żieda, fil-każ ta' appalti multiannwali, jekk jiġi misjub li l-għaqda tal-produtturi kkanċellat kull jew parti miż-żewġ jew iktar appalti fl-istess sena tas-suq, l-għaqda tal-produtturi m'għandhix tikkonkludi appalti multiannwali ulterjuri skond ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għal tlett snin tas-suq mid-data li fuqha l-korp kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat jiġi mgħarrfa bil-kanċellazzjoni. Nuqqas ta' kunsinna tal-prodott għal waħda mis-snin tas-suq skond l-appalt multiannwali għandha titqies bħala kanċellazzjoni ta' l-appalt in kwestjoni, ħlief f'każ ta' falliment tal-proċessur.

Artikolu 32

Kanċellazzjoni ta' l-appalt dovut għat-tort tal-proċessur

Fil-każ fejn l-għaqda tal-produtturi mhijiex f'pożizzjoni li tħares l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħha minħabba t-tort tal-proċessur, l-għaqdiet tal-produtturi li ffirmaw appalti ta' skadenza qasira u/jew multiannwali ma' dan il-proċessur huma awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, skond il-liġi nazzjonali, biex jħassru dawn l-appalti jew li jitrasferixxuhom, mhux mibdula, lil proċessur ieħor. Għaqdiet tal-produtturi li ġew konċessi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-awtorizzazzjoni biex jikkanċellaw jew jitrasferixxu l-appalti tagħhom m'għandhomx ikunu suġġetti għal pieni jew riduzzjonijiet previsti fl-Artikolu 31.

Artikolu 33

Riduzzjoni fl-għajnuna li rriżultaw minn kontrolli fuq l-erji

1. Jekk il-kontrolli fuq l-erja msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) u (d) jirrivelaw li l-erja ddikjarata hija ikbar minn dik attwalment determinata, fil-livell ta' l-erja totali kkontrollata, l-għajnuna mħallsa lill-għaqda tal-produtturi għandha tiġi ridotta, kemm-il darba d-differenza hija biċ-ċar dovuta għal żball:

(a) b' persentaġġ ta' diskrepanza stabbilit, jekk ikun iktar minn 5 % imma mhux iktar minn 20 % ta' l-erja determinata;

(b) b' 30 % jekk id-diskrepanza tkun iktar minn 20 % ta' l-erja determinata.

Meta l-erja ddikjarata hija inqas minn l-erja attwalment determinata, u d-diskrepanza hija iktar minn 10 % ta' l-erja determinata, l-għajnuna mħallsa lill-għaqda tal-produttur għandha tiġi mnaqqsa b' nofs il-persentaġġ tad-diskrepanza stabbilita.

2. Ir-riduzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw fejn l-għaqda tal-produtturi tat informazzjoni fattwali u korretta jew tista' turi b'mod ieħor li mhijiex fit-tort.

Ir-riduzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw jekk l-għaqda tal-produtturi jew l-membri tagħha jinfurmaw lil awtoritá kompetenti bil-miktub li d-data hija inkorretta jew saret inkorretta minn meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) ġiet mibgħuta, bil-kondizzjoni illi l-għaqda tal-produtturi jew il-membri tagħha ma ġietx infurmati bl-intenzjoni ta' l-awtoritá kompetenti li ser jesegwixxi kontrolli għal għarrieda jew li ma ġietx infurmata mill-awtoritá kompetenti li xi irregolaritajiet ġew misjuba.

Artikolu 34

Pieni nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet fuq pagamenti ta' għajnuna huma mħarsa, skond l-Artikolu 23. Huma għandhom jipprovdu partikolarment għall-pieni fi proporzjoni mal-gravitá ta' kull irregolarita li tiġi imposta fuq l-uffiċjali ta' l-għaqda tal-produtturi..

Meta l-għaqda tal-produtturi timpenja ruħha għall-irregolarita sussegwenti, l-Istat Membru għandu jirtira r-rikonoxximent ta' l-għaqda, jew ir-rikonoxximent preliminari fil-każ ta' grupp ta' produtturi konċess rikonoxximent preliminari.

Artikolu 35

Pieni lil proċessur

1. Ħlief f'każi ta' forza maġġuri, fejn jiġi misjub li l-ammont sħiħ tal-prodott aċċettat għall-ipproċessar skond l-appalt ma ġiex proċessat f'wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96, il-proċessur għandu jħallas lill-awtoritajiet kompetenti ammont daqs d-doppju ta' l-ammont ta' l-unita ta' l-għajnuna moltiplikat bil-kwantitá tal-materja prima kkonċernata li ma ġietx proċessata, biż-żieda ta' l-interessi kalkolati skond l-Artikolu 36(2).

B'żieda, ħlief f'każi b'mod korrett iġġustifikati għas-sodisfazzjoni ta' l-Istat Membru, l-approvazzjoni tal-proċessur kif prevista fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sospiża:

(a) (a)għas-sena tas-suq wara is-sejba, jekk id-differenza misjuba bejn il-kwantitá aċċettata għall-ipproċessar u l-kwantitá attwalment proċessata hija daqs jew iktar minn 10 % imma inqas minn 20 % tal-kwantitá aċċettata għall-ipproċessar;

(b) (b)għal sentejn tas-suq wara is-sejba, jekk id-differenza tkun daqs jew iktar minn 20 %.

2. L-Istati Membri għandhom jeskludu l-proċessur mill-iskema ta' għajnuna prevista fir-Regolament (KE) Nru 2202/96:

(a) meta l-għaqda tal-produttur tagħmel dikjarazzjonijiet foloz bil-kollaborazzjoni tal-proċessur;

(b) meta l-proċessur ripettutament jonqos milli jħallas il-prezz msemmi fl-Artikolu 7(1)(f) ta' dan ir-Regolament;

(ċ) meta l-proċessur ripettutament jonqos milli jilħaq il-limitu ta' żmien tal-pagament msemmi fl-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament;

(d) meta l-proċessur jonqos milli jħallas il-pieni previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(e) meta l-proċessur jonqos li jħares l-obbligazzjonijiet msemmija f'paragrafi 1, 2 jew 3 ta' l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament;

(f) fil-każ ta' applikazzjoni ripettuta ta' l-Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament.

It-tul ta' l-esklużjoni tal-proċessur mill-iskema ta' għajnuna m'għandhix tkun inqas minn sena tas-suq u għandha tkun determinata mill-Istati Membri wara li kkunsidraw il-gravitá tan-nuqqas.

Artikolu 36

Pagament ta' l-ammont irkuprat

1. Ammonti rkuprati u interessi dovuti skond id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima għandhom jiġu mħallsa lill-aġenzija kompetenti li tħallas u tnaqqas mill-ispiża finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija.

2. Ir-rata ta' interessi li tapplika għandha tkun kalkolata skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali imma m'għandhix tkun inqas mir-rata ta' interessi li tapplika għall-irkuprar ta' l-ammonti skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 37

Tħaris mal-limiti tal-ipproċessar

Tħaris mal-limiti nazzjonali u tal-Komunitá għandhom jiġu aċċertati fuq il-bażi tal-kwantitajiet proċessati ma' l-għajnuna skond ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 f'kull wieħed mill-Istati Membri in kwestjoni.

Artikolu 38

Koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw koperazzjoni amministrattiva reċiproka bl-intenzjoni li jassikuraw li dan ir-Regolament jiġi applikat kif suppost.

Il-KAPITOLU VII

NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI

Artikolu 39

Notifiki

1. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:

(a) qabel il-bidu tas-sena tas-suq, jekk kellhom rikors għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 u l-kwantitajiet ta' kull sub-limiti kkonċernati;

(b) il-kwantitá ta' kull prodott kuntrattat għas-sena tas-suq kurrenti, mqassma b' tip ta' appalt, mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu;

(ċ) il-kwantitá ta' kull prodott ikkunsinnat għall-ipproċessar skond ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 fil-perjodi msemmija fl-Artikolu 2(4) ta' dan ir-Regolament, mhux iktar tard mill-1 ta' Awissu tas-sena tas-suq kurrenti.

Fil-każ ta' klementini, l-kwantita msemmija f'(ċ) għandha tkun imqassma f'prodotti kunsinnati għall-ipproċessar f'segmenti fuq naħa u f'meraq tal-frott fuq oħra.

2. Għal kull sena tas-suq, kull Stat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lil Kummissjoni mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara:

(a) il-kwantitajiet ta' kull prodott riċevut mill-proċessuri approvati li joperaw fit-territorju nazzjonali tagħhom, imqassma skond il-prodott lest li rriżulta, u fejn japplika, l-kwantitajiet ta' kull prodott irċevut għall-ipproċessar minn Stat Membru ieħor;

(b) il-kwantitajiet ta' kull prodott riċevut skond l-appalt, imqassma b' tip ta' appalt (ta' skadenza qasira jew multiannwali);

(ċ) il-kwantitajiet ta' kull prodott riċevut skond l-appalt, imqassma skond l-prodott lest li rriżulta;

(d) il-kwantitá ta' prodott lest miksuba minn kull waħda mill-kwantitajiet msemmija f'(a);

(e) il-kwantitá ta' prodott lest miksuba minn kull waħda mill-kwantitajiet msemmija f'(ċ);

(f) il-kwantitajiet ta' kull prodott lest fil-ħażna fl-aħħar ta' l-operazzjonijiet ta' proċessar għal dik is-sena tas-suq;

(g) il-kwantitajiet ta' kull prodott kuntrattati għal u kkunsinnat b' tip ta' appalt (ta' skadenza qasira jew multiannwali);

(h) il-kwantitajiet ta' kull prodott ikkunsinnat, imqassma fuq il-bażi ta' l-ammont korrispondenti ta' l-għajnuna;

(i) l-ispiża, espressa fil-munita nazzjonali, fuq l-għajnuna mħallsa lill-għaqdiet tal-produtturi għal kull prodott.

Il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi bħala piż nett.

Fil-każ ta' meraq tal-frott, il-kwantitajiet msemmijia skond (d) u (e) għandhom jiġu mqassma fuq il-bażi tal-Brix concentration tagħhom.

3. Għal kull sena tas-suq, kull Stat Membru konċernat għandu, mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena li tkun ġejja, jipprepara rapport fuq il-kontrolli magħmula, li jispeċifika n-numru ta' kontrolli u r-riżultati, mqassma skond it-tip ta' sejba. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu notifikati lil Kummissjoni mhux iktar tard mill-15 ta' Marzu tas-sena li tkun ġejja.

4. L-Istati Membri għandhom jaddottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li d-data kollha li jinsabu fin-notifki u fir-rapporti lil Kummissjoni msemmija f'paragrafi 1, 2 u 3 huma korretti, kompleti, definittivi u ġew b'mod korrett verifikati mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jiġu komunikati lil Kummissjoni.

Il-KAPITOLU VIII

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 40

Konklużjonijiet ta' l-appalti għas-sena tas-suq 2003/04

B'deroga mill-Artikolu 10, għas-sena tas-suq 2003/04, l-appalti għandhom jiġu konklużi mhux aktar tard mill-1ta' Novembru 2003.

Artikolu 41

Tħassir

Regolament (KE) Nru 1092/2001 huwa hawnhekk mħassar b'effett mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal kull wieħed mill-prodotti konċernati.

Madankollu, l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1092/2001 għandhom jibqaw japplikaw għall-appalti diġa konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu analizzati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jiġu moqrija skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jgħodd mis-sena tas-suq 2003/04 għal kull prodott konċernat.

Madankollu, l-Artikolu 5 u l-Artikolu 17(4) u (5) għandhom jgħoddu mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessitá tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

FranzFischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 49

[2] ĠU L 311, tat-12.12.00, p. 9

[3] ĠU L 150, tas-06.06.01, p. 6

[4] ĠU L 55, tas-26.02.02, p. 20

[5] ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 1

[6] ĠU L 7, tal-11.01.03, p. 64

[7] ĠU L 355, tal-05.12.92, p. 1

[8] ĠU L 72, ta' l-14.03.01, p. 6

[9] ĠU L 327, tat-12.12.01, p. 11

[10] ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 105

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦTIEĠIJIET TA' KWALITÀ MINIMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16

Prodotti kkunsinati għall-ipproċessar għandhom:

1. ikunu sħaħ, ta' kwalitá tajba, ġenwini u li jistgħu jinbiegħu u addattati għall-ipproċessar. Prodotti affettwati minn taħsir huma esklużi;

2. jħarsu l-valuri minimi li ġejjin:

(a) prodotti għall-ipproċessar f'meraq tal-frott

| Rendita f'meraq tal-frott | Gradi Brix |

Larinġ | 30 % | 10° |

Mandolin | 23 % | 9° |

Klementin | 25 % | 10° |

Tronġ u pomelos | 22 % | 8° |

Lumi | 20 % | 7° |

(b) prodotti għall-ipproċessar f'segmenti

| Rendita f'meraq tal-frott | Gradi Brix |

Klemetin | 33 % | 10° |

Satsumi | 33 % | 10° |

Għall-ipproċessar f'segmenti, klementin u satsumi għandhom ikunu mill-inqas 45 mm fil-qies.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1092/2001 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 (1) |

Artikolu 2 (1) | Artikolu 2 (1) |

Artikolu 2 (2) | Artikolu 2(2) u (3) |

Artikolu 2 (3) | Artikolu 2 (4) |

Artikolu 3 (1) | Artikolu 4 |

Artikolu 3 (2) | Artikolu 6 (1) |

Artikolu 3 (3) | Artikolu 7 (1) |

Artikolu 3 (4) | Artikolu 7(2) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 3 (5) | Artikolu 6 (3) |

Artikolu 3 (6) | Artikolu 6 (4) |

Artikolu 3 (7) | Artikolu 7(2) t-tieni subparagrafu |

Artikolu 3 (8) | Artikolu 8 |

Artikolu 4 | Artikolu 9 |

Artikolu 5 (1) | Artikolu 10 |

Artikolu 5 (2) | Artikolu 11 (1) |

Artikolu 5 (3) | Artikolu 11 (2) |

Artikolu 6 (1) | Artikolu 12(1) u (2) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 6 (2) | Artikolu 12(2) t-tieni subparagrafu |

Artikolu 7 (1) | Artikolu 13 |

Artikolu 7 (2) | Artikolu 14 (1) |

Artikolu 7 (3) | Artikolu 14 (2) |

Artikolu 8(1) sa (5) | Artikolu 15(1) sa (5) |

Artikolu 8(6) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3 |

Artikolu 8(6) t-tieni subparagrafu | Artikolu 15(1) t-tieni subparagrafu |

Artikolu 9 | Artikolu 16 |

Artikolu 10 (1) | Artikolu 17 (1) |

Artikolu 10 (2) | Artikolu 17(2) u 17(3) |

Artikolu 10 (3) | Artikolu 17 (6) |

Artikolu 10 (4) | Artikolu 17 (7) |

Artikolu 10 (5) | Artikolu 17 (8) |

Artikolu 11 | Artikolu 18 |

Artikolu 12 (1) | Artikolu 19 (1) |

Artikolu 12 (2) | Artikolu 19 (3) |

Artikolu 12 (3) | Artikolu 19 (2) |

Artikolu 12 (4) | Artikolu 19 (4) |

Artikolu 13 (1) | Artikolu 20 |

Artikolu 13 (2) | Artikolu 21 |

Artikolu 14 | Artikolu 22 |

Artikolu 15 | Artikolu 23 |

Artikolu 16 | Artikolu 24 |

Artikolu 17 | Artikolu 25 |

Artikolu 18 | Artikolu 26 |

Artikolu 19 | Artikolu 27 |

Artikolu 20(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 28 (1) |

Artikolu 20(1) t-tieni subparagrafu | Artikolu 36 (2) |

Artikolu 20 (2) | Artikolu 28 (2) |

Artikolu 20 (3) | Artikolu 36 (1) |

Artikolu 20 (4) | Artikolu 34 l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 20 (5) | Artikolu 29 |

Artikolu 20 (6) | Artikolu 30 |

Artikolu 20 (7) | Artikolu 31 |

Artikolu 20 (8) | Artikolu 33 |

Artikolu 20 (9) | Artikolu 34 t-tieni subparagrafu |

Artikolu 21 (1) | Artikolu 35 (1) |

Artikolu 21 (2) | Artikolu 35 (2) |

Artikolu 21 (3) | Artikolu 36 (1) |

Artikolu 22 (1) | Artikolu 37 |

Artikolu 22 (2) | Artikolu 38 |

Artikolu 23 | Artikolu 39 |

Artikolu 25 | Artikolu 41 |

Artikolu 26 | Artikolu 42 |

Anness | Anness I |

--------------------------------------------------

Top