This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1972
Commission Regulation (EC) No 1972/2003 of 10 November 2003 on transitional measures to be adopted in respect of trade in agricultural products on account of the accession of the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja
ĠU L 293, 11.11.2003, pp. 3–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007
Official Journal L 293 , 11/11/2003 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat it-Trattat of Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 41, l-ewwel paragrafu, tiegħu, Billi: (1) Miżuri tranżitorji għandhom ikunu adottati sabiex jevitaw ir-riskju tat-tgħawwiġ tal-kummerċ, li jaffettwa l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli minħabba l-adeżjoni ta’ l-19 Stati ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. (2) B’konformità mar-regoli stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistean ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regulation (KE) Nru 500/2003 [2], il-prodotti ma humiex intitolati għal rifużjoni sakemm ikunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità fi żmien 60 jum mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni. L-obiligazzjoni li jħallu t-territorju diganali tal-Komunità fi żmien 60 jum mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni hija wkoll ħtieġa primarja għar-rilaxx tal-garanzija marbuta mal-liċenza permezz tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li tistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-istabilizzazzjoni bil-quddiem taċ-ċertifikati għall-prodotti ageikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 325/2003 [4]. La darba l-fruntieri nterni jkunu mneħħija ma l-adeżjoni, il-prodotti esportati mill-Komunità tal-ħmistax għandhom ikunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità sat-30 ta’ April 2004 l-aktar tard fil-każi kolha, inklużi meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata anqas minn 60 jum qabel id-data ta’ l-adeżjoni. (3) It-tgħawwiġ tal-kummerċ li aktarx ifixkel l-organizzazzjonijiet tas-suq ta’ spiss jinvolvu prodotti mċaqalqa artifiċjalemt bil-għand tat-tkabbir u li ma juffurmawx parti mill-ħażniet normali tal-Istati kkonċernati. Il-ħażniet żejda jistgħu wkoll jirriżultaw mill-produzzjoni najjonali. Dispożizzjonijiet għandhom, għalhekk, ikunu magħmula għal ħlasijiet bħala deterrent li għandhom ikunu mposti fuq il-ġażniet żejda fl-Istati Membri ġodda. (4) Huwa meħtieġ li jkun ipprevenut li l-oġġetti li fir-rigward tagħhom ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni kienu mħallsa qabel l-1 ta’ Mejju 2004 milli jibbenefikaw mit-tieni rifużjoni meta esportati lejn pajjiżi terzi wara it-30 ta’ April 2004. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma meħtieġa u xierqa u għandhom ikunu applikati b’metodu uniformi. (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kkonċernati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) il-"Komunità tal-Ħmistax" tfisser il-Komunità kif kostitwita fit-30 ta’ April 2004; (b) "l-Istati Membri l-ġodda" tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja; (ċ) "il-Komunità mkabbra" tfisser il-Komunità kif kostitwita fl-1 ta’ Mejju 2004; (d) "prodotti" tfisser il-prodotti agrikolu u/jew il-merkanzija li mhix inkluża fl-Anness I tat-Trattat KE; (e) "rifużjoni tal-prodotti" tfiser ir-rifużjoni mogħtija permezz ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 [5] jew l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 [6] jew l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 [7]. L-Artikolu 2 L-esportazzjoni mill-Komunità ta’ Ħmistax Meta, għall-prodotti intiżi għall-esportazzjoni mill-Komunità ta’ Ħmistax lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda li dwarhom dikjarazzjoni ta# l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata sat-30 ta’ April 2004 l-aktar tard, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma kienx hemm konformità magħhom sa dik id-data, il-benefiċjarju għandu jirrifondi xi rifużjoni bi qbil ma l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 3 Ir-reġim sospensiv 1. Dan l-Artikolu għandu japplika bħala deroga mill-Anness IV, il-Kapitolu 5, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni u mill-Artikolu 20 u 214 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [8]. 2. Prodotti elenkati fl-Artikolu 4(5), li qabel l-1 ta’ Mejju 2004 kienu f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ Ħmistax jew fi Stat Membru ġdid u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu f’ħażna temporanja jew taħt wieħed mit-trattamenti doganali jew il-proċeduri referuti fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fil-Komunità mkabbra, jew li huma waqt it-trasport wara li jkunu ġew suġġetti għall-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni fi ħdan il-Komunità mkabbra għandhom ikunu mposti erga omnes id-dazju ta’ l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. L-ewwel subparagrafu m’għandux ikun applikabbli għall-prodotti esportati mill-Komunità ta’ Ħmistax jew l-importatur jagħti xhieda li l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma tkun intalbet għall-prodotti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. Mat-talba ta’ l-esportatur, l-esportatur għandu jirranġa sabiex jakkwista konferma mill-awtorità kompetenti fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma kienetx ġiet mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. 3. Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 4(5) li ġejjin pajjiżi terzi li huma taħt l-ipproċessar il-ġewwa referuti fl-Artikolu 4(16)(d) jew id-dħul temporanju referut fl-Artikolu 4(16)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fi Stat Membru ġdid fl-1 ta’ Mejju 2004 li fih huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f’dik id-data jew aktar tard, għandhom ikollhom id-dazju ta’ l-importazzjoni impost kif applikabbli fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi. L-Artikolu 4 L-imposti fuq il-merkanzija f’ċirkolazzjoni ħielsa 1. Mingħajr preġudizzju għal l-Anness IV, tal-Kapitolu 4, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, u meta leġislazzjoni aktar stretta ma tkunx applikata fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jimponu il-ħlasijiet fuq id-detenturi tal-ħażniet żejda fl-1 ta’ Mejju 2004 fuq il-prodotti f’ċirkolazzjoni ħielsa. 2. Sabiex tkun iddeterminata il-ħażna żejda ta’ kull detentur, l-Istati Membri ġodda għandhom iqisu, partikolarment: (a) il-medja tal-ħażniet disponibbli fit-tlett snin ta’ qabel l-adeżjoni; (b) it-tip tal-kummerċ fit-tlett snin ta’ qabel l-adeżjoni; (ċ) iċ-ċirkostanzi li fihom dawn il-ħażniet kienu akkumulati. Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli għal-prodotti importati fl-Istati Membri ġodda jew li joriġinaw minn l-Istati Membri ġodda. Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli wkoll għall-prodotti intiżi għas-suq tal-Istati Membri ġodda. Ir-reġistrazzjoni tal-ħażniet għandha titwettaq fuq il-bażi tan-Nomeniklatura Magħqudha kif applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004. 3. L-ammont tal-imposti referuti fil-paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat bir-rata tad-dazju ta’ l-importazzjoni erga omnes kif applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004. L-introjtu tal-imposti miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali għandu jkun assenjat lejn il-budget nazzjonali tal-Istati Membri ġodda. 4. Sabiex ikun assigurat li dak l-impost referut fil-paragrafu 1 ikun applikat b’mod korrett, l-Istati Membri ġodda għandhom, mingħajr dewmien, iwettqu inventarju tal-ħażniet kif disponibbli fl-1 ta’ Mejju 2004. Għal dan l-iskop l-Istat Membru ġdid għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-kwantità tal-prodotti f’ħażniet żejda, apparti milli dawk il-kwantitajiet b’ħażniet pubbliċi kif referuti fl-Artikolu 5 sal-31 ta’ Lulju 2004 l-aktar tard. 5. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli għal-prodotti koperti b’dawn il-kodiċi NM li ġejjin: - fil-każ ta’ Ċipru: 02044310, 02062991, 04081180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [9], 170240 [10], 170290 [11], 19019099, 20031020, 20031030, 21069098 [12], - fil-każ tar-Repubblika Ċeka: 02013000, 02023090, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 04081180, 04089180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [13], 170240 [14], 170290 [15], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [16], - fil-każ ta’ l-Estonja: 02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071450, 02071460, 02071470, 02072710, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [17], 170240 [18], 170290 [19], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200911, 200912, 200919, 200940, 200971, 200979, 21069098 [20], - fil-każ ta’ l-Ungerija: 02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 110210, 110220, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [21], 170240 [22], 170290 [23], 180620, 20031020, 20031030, 21069098 [24], - fil-każ tal-Latvja: 02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02071290, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 04081180, 04089180, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [25], 170240 [26], 170290 [27], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200911, 200919, 21069098 [28], - fil-każ tal-Litwanja: 02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [29], 170240 [30], 170290 [31], 19019099, 200290, 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [32], - fil-każ ta’ Malta: 02023090, 02043000, 02044310, 04081180, 04089180, 02062991, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [33], 170240 [34], 170290 [35], 180620, 20031020, 20031030, 21069098 [36], - fil-każ tal-Polonja: 02013000, 02023090, 02031110, 02032110, 02043000, 02044310, 02062991, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [37], 170240 [38], 170290 [39], 20031020, 20031030, 200820, - fil-każ tal-Islovakkja: 02013000, 02023090, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 04081180, 04089180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [40], 170240 [41], 170290 [42], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [43], - fil-każ tal-Islovenja: 02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071210, 02071290, 02071410, 02071460, 02071470, 04081180, 04089180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [44], 170240 [45], 170290 [46], 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [47]. Meda kodiċi NM ikopri prodotti li dwarhom id-dazju tal-importazzjoni fil-paragrafu 3 ma jkunx l-istess, l-inventarju tal-ħażniet kif referuti fil-paragrafu 4 għandu jkun għal kull prodott jew grupp ta’ prodotti suġġetti għal dazju differenti ta’ l-importazzjoni. 6. Il-Kummissjoni tista żżid prodotti mal-lista jew tneħħi prodotti mil-lista stabbilita fil-paragrafu 5. L-Artikolu 5 ċĊensiment tal-ħażniet publiċi Sal-31 ta’ Lulju 2004 l-aktar tard, kull Stat Membru ġdid għandu jikkomunika l-lista u l-kwantitajiet tal-merkanzija li huma f’ħażniet publiċi f’dak l-Istat Membru kif referut fl-Anness IV, il-Kapitolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni. L-Artikolu 6 Ħażniet tas-sigurtà nazzjonali Il-ħażniet referuti fl-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5 m’għandhomx jinkludu ħażniet tas-sigurtà nazzjonali li jistgħu possibbilment kienu ġew akkumulati mill-Istati Membri ġodda. Dan ta’ l-aħħar għandu jinforma lill-Kummissjoni bit-tibdiliet kollha magħmula fil-ħażniet tas-sigurtà nazzjonali flimkien mal-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tibdil għall-iskopijiet li jkun stabbilit il-bilanċ tal-forniment tal-Komunità. L-Artikolu 7 Miżuri fil-każ tan-nuqas tal-pagament tal-imposti Jekk xi Stat Membru jkollu suspett li l-imposti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 3 u 4 ma jkunux tħallsu fir-rigward ta’ prodott, dan għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat sabiex dan ikun jista jieħu l-miżuri xierqa. L-Artikolu 8 Prova tan-nuqqas tal-pagament tar-rifużjoni/rifużjoni fuq il-produzzjoni Il-prodotti li dwarhom id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tkun aċċettata mill-Istati Membri ġodda matul il-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2004 sa-30 ta’ April 2005 jistgħu jikkwalifikaw għal rifużjoni tal-esportazzjoni jew rifużjoni permezz tal-proċeduri referuti fl-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [48] basta li jkun stabbilit li l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma tkunx diġa ġiet imħallsa fir-rigward ta’ dawk il-prodotti jew mill-kostitwenti tagħhom. L-Artikolu 9 L-ebda pagament doppju tar-rifużjonijiet L-ebda prodott m’għandu jkun eliġibbli għal aktar minn rifużjoni waħda tal-esportazzjoni. Kwalunkwe prodott li jakkwista rifużjoni tal-esportazzjoni m’għandux ikun eliġibbli għal rifużjoni tal-produzzjoni meta użat fil-prodotti tal-manifattura referuti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/93 [49] jew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1265/2001 [50]. L-Artikolu 10 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea. Dan għandu jkun applikabbli sat-30 April 2007. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Novembru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11. [2] ĠU L 74, ta’ l-20.3.2003, p. 19. [3] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1. [4] ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 21. [5] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. [6] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. [7] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. [8] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [9] Apparti milli 17023010. [10] Apparti milli 17024010. [11] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [12] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [13] Apparti milli 17023010. [14] Apparti milli 17024010. [15] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [16] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [17] Apparti milli 17023010. [18] Apparti milli 17024010. [19] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [20] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [21] Apparti milli 17023010. [22] Apparti milli 17024010. [23] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [24] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [25] Apparti milli 17023010. [26] Apparti milli 17024010. [27] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [28] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [29] Apparti milli 17023010. [30] Apparti milli 17024010. [31] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [32] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [33] Apparti milli 17023010. [34] Apparti milli 17024010. [35] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [36] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [37] Apparti milli 17023010. [38] Apparti milli 17024010. [39] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [40] Apparti milli 17023010. [41] Apparti milli 17024010. [42] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [43] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [44] Apparti milli 17023010. [45] Apparti milli 17024010. [46] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079. [47] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %. [48] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5. [49] ĠU L 159, ta’ l-1.7.1993, p. 112. [50] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 63. --------------------------------------------------