This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1851
Commission Regulation (EC) No 1851/2003 of 17 October 2003 amending Council Regulation (EEC) No 574/72 laying down the procedure for implementing Regulation (EEC) No 1408/71 on the application of social security schemes to employed persons, to self-employed persons and to members of their families moving within the Community
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2003 tas-17 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2003 tas-17 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità
ĠU L 271, 22.10.2003, p. 3–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0987
Official Journal L 271 , 22/10/2003 P. 0003 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2003 tas-17 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1927 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002 [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 122 tiegħu, Billi: (1) Ċertu Stati Membri jew l-Awtoritàjiet kompetenti tagħhom talbu modifikazzjonijiet fl-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, skond il-proċedura stabbilita fih. (2) L-emendi proposti ġejjin minn deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri konċernati jew mill-Awtoritàjiet kompetenti tagħhom li jinnominaw Awtoritàjiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali skond il-liġi tal-Komunità. (3) Inkisbet l-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva tas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li jmorru jaħdmu f'pajjiżi oħra, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi 1 sa 4 u l-Annessi 6, 9 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni Anna Diamantopoulou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tas-27.3.1972, pġ. 1. [2] ĠU L 62, tal-5.3.2002, pġ. 17. -------------------------------------------------- ANNESS 1. L-Anness 1 huwa emendat kif ġej: (a) It-taqsima "B. DANIMARKA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Beskæftigelsesministeriet (Ministeru ta' l-Impjiegi), København." (ii) Il-punt 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København." (b) It-taqsima "Ċ. ĠERMANJA" hija mibdula b'dan li ġej: "Bundesministerium für Gesundheit und Soziale Sicherung (Ministeru Federali tas-Saħħa u tas-Sigurtà Soċjali), Bonn." (ċ) It-taqsima "G. IRLANDA" hija mibdula b'dan li ġej: "G. IRLANDA 1. Minister for Social and Family Affairs, (Ministeru għall-affarijiet Soċjali u tal-Familja), Dublin. 2. Minister for Health and Children (Ministeru tas-Saħħa u għat-Tfal), Dublin." (d) It-taqsima "H. ITALJA" hija mibdula b'dan li ġej: "1. Ministero del Lavoro e delle Politiche Sociali, Roma (Ministeru tax-Xogħol u tal-Politika Soċjali, Ruma). 2. Ministero della Salute, Roma (Ministeru tas-Saħħa, Ruma). 3. Ministero della Giustizia, Roma (Ministeru tal-Ġustizzja, Ruma). 4. Ministero dell'Economia e delle Finanze, Roma (Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi, Ruma)." (e) It-taqsima "O. RENJU UNIT" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Secretary of State for Work and Pensions, London. (Segretarjat ta' l-Istat għax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Londra)" (ii) Il-punt 4 huwa mibdul b'dan li ġej: "4. Department for Social Development, Belfast (Dipartiment għall-Iżvilupp Soċjali, Belfast); Department of Health, Social Services and Public Safety, Belfast (Dipartiment tas-Saħħa, tas-Servizzi Soċjali u tas-Sigurtà Pubblika, Belfast." 2. L-Anness 2 huwa emendat kif ġej: (a) It-taqsima "B. DANIMARKA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej: "(a) Mard u maternità: (i) Benefiċċji skond in-natura: 1. In ġenerali: L-"amtskommune" (amministrazzjoni distrettwali) kompetenti. In København: Borgerrepræsentationen (Awtorità muniċipali). In Frederiksberg: Kommunalbestyrelsen (Awtorità lokali). Għal trattament fl-isptar f'København jew Frederiksberg: Hovedstadens Sygehusfællesskab (Kooperattiva ta' l-Isptarijiet). 2. Għal dawk li jirrikjedu l-pensjoni u l-pensjonanti u l-membri tal-familji tagħhom li jgħixu fi Stat Membru ieħor, ara d-dispoSizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 1, Taqsimiet 4 u 5 tar-Regolament u l-Arikoli 28 sa 30 tar-Regolament li jimplimenta: Den Sociale Sikringsstyrelse (Amministrazzjoni tas-Sigurtà Soċjali), København. (ii) Benefiċċji fi flus: Awtorità lokali tal-komun li fih jgħix il-benefiċjarju." (ii) Il-punt (b)(ii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ii) Benefiċċji ta' rijabilitazzjoni: Awtorità lokali tal-komun fejn jgħix il-benefiċjajru." (iii) Il-punt (d)(ii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ii) Sussidji ta' kuljum: Awtorità lokali tal-komun fejn jgħix il-benefiċjarju." (iv) Il-punti (e), (f) u (g) huma mibdula b'dan li ġej: "(e) Għotjiet f'każ ta' mewt: (i) Persuni assigurati residenti fid-Danimarka: Awtorità lokali tal-komun fejn jgħix il-benefiċjarju. F'København: Borgerrepræsentationen (Awtorità muniċipali). (ii) Benefiċjarji residenti fi Stat Membru ieħor, (ara Titolu III, Kapitolu 5 tar-Regolament u l-Artikoli 78 u 79 tar-Regolament li jimplimenta): Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København. (f) Qagħad: Arbejdsdirektoratet (Direttorat tax-Xogħol) København. (g) Benefiċċji tal-familja (sussidji għall-familja): Awtorità lokali tal-komun fejn jgħix il-benefiċjarju." (b) It-Taqsima "Ċ. ĠERMANJA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 2(a)(i), is-seba' inċiż huwa mibdul b'dan li ġej: "— jekk il-persuna konċernata tkun residenti fil-Greċja jew tkun ta' nazzjonalità Griega residenti f'territorju ta' Stat mhux Membru: Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju Reġjonali ta' l-Assigurazzjoni f'Baden-Württemberg), Karlsruhe." (ii) Il-Punt 2(a)(iii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(iii) fejn tħallset kontribuzzjoni lill-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-pensjoni għal ħaddiema tal-minjieri: Bundesknappschaft (Fond ta' l-Assigurazzjoni Federali għall-Ħaddiema tal-Minjieri), Bochum." (iii) Il-punt 2(b)(i), is-seba' inċiż huwa mibdul b'dan li ġej: "— jekk l-aħħar kontribuzzjoni taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor kienet imħallsa f'istituzzjoni Griega ta' l-assigurazzjoni tal-pensjoni: Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju Reġjonali ta' l-Assigurazzjoni f'Baden-Württemberg), Karlsruhe." (iv) Il-punt 2(b)(iii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(iii) fejn tħallset kontribuzzjoni lill-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-pensjoni għal ħaddiema tal-minjieri: Bundesknappschaft (Fond ta' l-Assigurazzjoni Federali għall-Ħaddiema tal-Minjieri), Bochum." (ċ) It-Taqsima "G. IRLANDA" hija emendata kif ġej: (i) F'punt 1 il-kliem: "Eastern Health Board, Dublin 8" huma mibdula bil-kliem: "Eastern Regional Health Authority, Dublin 20." (ii) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Benefiċċji fi flus (a) Benefiċċji tal-qagħad: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja. (b) Xjuħija u mewt (pensjonijiet): Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja. (ċ) Benefiċċji tal-familja: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja. (d) Benefiċċji ta' invalidità u benefiċċji tal-maternità: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja. (e) Benefiċċji fi flus oħra: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja." (d) It-Taqsima "H. ITALJA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 3B(d) li ġej huwa inkluż: "(d) għal infermiera, assistenti sanitarji u infermiera tat-tfal: Cassa Nazionale di Previdenza ed Assistenza a favore degli infermieri professionali, assistenti sanitari, vigilatrici d'infanzia (IPASVI);" (ii) Il-punti 3B(e) sa (g) huma mibdula b'dan li ġej: "(e) għall-inġiniera u l-arkitetti: Cassa nazionale di previdenza ed assistenza per gli ingegneri ed architetti liberi professionisti; (f) għas-servejers: Cassa italiana di previdenza dei geometri liberi professionisti; (g) għall-prokuraturi u l-avukati: Cassa nazionale di previdenza ed assistenza forense;" (iii) Il-punt 3B(l) huwa mibdul b'dan li ġej: "(l) għall-aġenti tad-dwana: Fondo nazionale di previdenza per i lavoratori delle imprese di spedizione corrieri e delle Agenzie marittime raccomandatarie e mediatori marittimi (FASC);" (iv) Il-punti 3B(m) sa (q) li ġejjin, huma miżjuda: "(m) għall-bijoloġi: Ente Nazionale di previdenza ed assistenza a favore dei biologi; (n) għat-tekniċi u x-xjenzati ta' l-agrikoltura; Ente Nazionale di previdenza per gli addetti e per gli impiegati in agricoltura; (o) għar-rappreżentanti tal-kummerċ: Ente nazionale di assistenza per gli agenti e rappresentanti di commercio; (p) għat-tekniċi ta' l-industrija: Ente Nazionale di previdenza dei periti industriali; (q) għall-attwari, l-ispiżjara, l-agronomi, il-forestiera, il-ġeoloġi: Ente Nazionale di previdenza ed assistenza pluricategoriale degli agronomi e forestali, degli attuari, dei chimici e dei geologi." (e) It-taqsima "J. OLANDA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 1(b) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) benefiċċji fi flus: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (ii) Il-punt 2(a)(i) huwa mibdul b'dan li ġej: "(i) għall-persuni impjegati: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (iii) Il-punt 2(a)(ii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ii) għall-persuni li jaħdmu għal rashom: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (iv) Il-punt 2(b) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) każi oħra: għal persuni impjegati u għal persuni li jaħdmu għal rashom: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (v) Il-punt 4 huwa mibdul b'dan li ġej: "4. Qagħad: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (vi) Il-punt 6(b) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) fejn il-benefiċċju jkun mogħti b'effett minn data wara t-30 ta' Ġunju 1967: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (f) It-taqsima "O. RENJU UNIT" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Benefiċċji fi flus (għajr għal benefiċċji għall-familja): - Gran Brittanja: Department for Work and Pensions, London (Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Londra). - Irlanda ta' Fuq: Department for Social Development, Belfast (Dipartiment għall-Iżvilupp Soċjali, Belfast). - Ġibilta: Principal Secretary, Social Affairs, Gibraltar (Segretarju Ewlieni għall-Affarijiet Soċjali, Ġibilta)." (ii) Il-punt 3 li ġej huwa miżjud: "3. Benefiċċji tal-familja: - Gran Brittanja: Inland Revenue, Child Benefit Office, (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Benefiċċji tat-Tfal) Newcastle upon Tyne Inland Revenue, Tax Credit Office, (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa) Preston - Irlanda ta' Fuq: Inland Revenue, Tax Credit Office, (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa) Belfast Inland Revenue, Child Benefit Office (NI), (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Benefiċċji tat-Tfal) Belfast - Ġibilta: Principal Secretary, Social Affairs, Gibraltar (Segretarju Ewlieni għall-Affarijiet Soċjali, Ġibilta)." 3. L-Anness 3 huwa emendat kif ġej: (a) Fit-taqsima "B. DANIMARKA" il-parti I hija emendata kif ġej: (i) Il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej: "(a) mard u maternità: għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 17, 18, 22, 25, 28, 29 and 30 tar-Regolament li jimplimenta: Awtorità lokali tal-komun li fih jgħix il-benefiċjarju." (ii) Il-punt (d)(ii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ii) għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 61 tar-Regolament li jimplimenta: Awtorità lokali tal-komun li fih jgħix il-benefiċjarju." (iii) Il-punt (e) huwa mibdul b'dan li ġej: "(e) għotjiet f'każ ta' mewt: għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 78 tar-Regolament li jimplimenta: Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København." (b) Fit-taqsima "B. DANIMARKA" parti II hija emendata kif ġej: (i) Il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej: "(a) Mard u maternità: (i) għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 19a, 20, 21 u 31 tar-Regolament li jimplimenta: L-amtskommune (amministrazzjoni distrettwali) kompetenti. F'København: Borgerrepræsentationen (Awtorità muniċipali). F'Frederiksberg: Kommunalbestyrelsen (Awtorità lokali). Għall-trattament fl-isptar f'København jew Frederiksberg: Hovedstadens Sygehusfællesskab (Kooperattiva ta' l-isptarijiet) (ii) għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament li jimplimenta: Awtorità lokali tal-komun li fiha qed jgħix il-benefiċjarju." (ii) Il-punt (b)(ii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ii) għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 64 tar-Regolament li jimplimenta: Awtorità lokali tal-komun li fiha qed jgħix il-benefiċjarju." (ċ) It-taqsima "Ċ. ĠERMANJA" hija emendata kif ġej: Il-punt 3(a)(viii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(viii) negozju mal-Greċja: Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju Reġjonali ta' l-Assigurazzjoni ta' Baden-Württemberg), Karlsruhe." (d) It-taqsima "G. IRLANDA" hija emendata kif ġej: (i) F'punt "1. Benefiċċji skond in-natura" , "Eastern Health Board, Dublin" hija mibdula b'dan li ġej: "Eastern Regional Health Authority, Dublin 20," (ii) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Benefiċċji fi flus (a) Benefiċċji tal-qagħad: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja) (b) Xjuħija u mewt (pensjonijiet): Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja (ċ) Benefiċċji tal-familja: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja (d) Benefiċċji għal invalidità u benefiċċji għall-maternità: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja (e) Benefiċċji oħra fi flus: Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja." (e) It-taqsima "J. OLANDA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 1(a)(ii) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ii) istituzzjonijiet tal-post ta' residenza: Onderlinge Waarborgmaatschappij Agis Zorgverzekeringen u.a. (Assoċjazzjoni ta' assigurazzjoni mutwalistika fuq il-mard), Utrecht." (ii) Il-punt 1(b) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) benefiċċji fi flus: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (iii) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Invalidità: (a) fejn, anke mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament, jeżisti dritt għall-benefiċċju taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda biss: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam) (b) fil-każi l-oħra kollha: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (iv) Il-punt 4 huwa mibdul b'dan li ġej: "4. Qagħad: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (f) It-taqsima "O. RENJU UNIT" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Benefiċċji fi flus (għajr benefiċċji għall-familja): - Gran Brittanja: Department for Work and Pensions, The Pension Service (Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Is-Servizz tal-Pensjonijiet), International Pension Centre, (Ċentru Internazzjonali tal-Pensjonijiet) Tyneview Park, Newcastle upon Tyne NE98 1 BA. - Irlanda ta' Fuq: Department for Social Development (Dipartiment għall-Iżvilupp Soċjali), Northern Ireland Social Security Agency (Aġenzija tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Irlanda ta' Fuq), Network Support Branch (Fergħa ta' appoġġ għan-network), Overseas Benefits Unit (Unità għall-benefiċċji barra l-pajjiż), Block 2, Stormont Estate, Belfast BT4 3SJ. - Ġibilta: Department of Social Services (Dipartiment tas-Servizzi Soċjali), 23 Mackintosh Square, Ġibilta." (ii) Il-punt 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Benefiċċji tal-Familja: Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament: - Gran Brittanja: Inland Revenue, Child Benefit Office of Great Britain (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Benefiċċji tat-Tfal), Newcastle upon Tyne, NE88 1 AA Inland Revenue, Tax Credit Office (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa), Preston, PR1 0SB. - Irlanda ta' Fuq: Inland Revenue, Tax Credit Office (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa), Dorchester House, Great Victoria Street, Belfast, BT2 7WF Inland Revenue, Child Benefit Office (NI) (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa), Windsor House, 9-15 Bedford Street, Belfast, BT2 7UW - Ġibilta: Department of Social Services (Dipartiment tas-Servizzi Soċjali), 23 Mackintosh Square, Ġibilta." 4. L-Anness 4 huwa emendat kif ġej: (a) It-taqsima "B. DANIMARKA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 1(a) huwa mibdul b'dan li ġej: "1. (a) Benefiċċji fi flus għal mard, maternità u twelid: Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København." (ii) Il-punti 6 sa 8 huma mibdula b'dan li ġej: "6. Għotjiet f'każ ta' mewt: Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København. 7. Pensjonijiet taħt "loven om Arbejdsmarkedets Tillægspension (ATP)" (liġi dwar pensjonijiet supplimentari għal impjegati): Den Sociale Sikringsstyrelse (Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali), København. 8. Benefiċċji tal-qagħad: Arbejdsdirektoratet (Direzzjoni tax-Xogħol), København." (b) It-taqsima "Ċ. ĠERMANJA" hija emendata kif ġej: Il-punt 3(b)(iv) huwa mibdul b'dan li ġej: "(iv) negozju mal-Greċja: Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju Reġjonali ta' l-Assigurazzjoni ta' Baden-Württemberg), Karlsruhe." (ċ) It-taqsima "G. IRLANDA" hija mibdula b'dan li ġej: "G. IRLANDA 1. Benefiċċji skond in-natura: Department of Health and Children (Dipartiment tas-Saħħa u tat-Tfal). 2. Benefiċċji fi flus: (a) Xjuħija u mewt (pensjonijiet): Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja) (b) Benefiċċji tal-Familja: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja). (ċ) Benefiċċji għal invalidità u benefiċċji għall-maternità: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja) (d) Benefiċċji oħra fi flus: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja)." (d) It-taqsima "J. OLANDA" hija emendata kif ġej: Il-punt 1(b) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) benefiċċji fi flus: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (e) It-taqsima "O. RENJU UNIT" hija mibdula b'dan li ġej: "O. RENJU UNIT Gran Brittanja: (a) kontribuzzjonijiet u benefiċċji skond in-natura għal ħaddiema stazzjonati: Inland Revenue (Uffiċċju tat-Taxxi Interni), Centre for Non Residents (Ċentru għal dawk li m'humiex residenti), Benton Park View, Newcastle upon Tyne, NE98 1ZZ. (b) il-kwistjonijiet l-oħra kollha: Department for Work and Pensions (Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet), The Pension Service (Is-Servizz tal-Pensjoni), International Pension Centre (Iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Pensjonijiet), Tyneview Park, Newcastle upon Tyne NE98 1BA. Irlanda ta' Fuq: (a) kontribuzzjonijiet u benefiċċji skond in-natura għal ħaddiema stazzjonati: Inland Revenue (Uffiċċju tat-Taxxi Interni), Centre for Non Residents (Ċentru għal dawk li m'humiex residenti), Benton Park View, Newcastle upon Tyne, NE98 1ZZ. (b) il-kwistjonijiet kollha l-oħra: Department for Social Development (Dipartiment għall-Iżvilupp Soċjali), Northern Ireland Social Security Agency (Aġenzija tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Irlanda ta' Fuq), Network Support Branch (Fergħa ta' appoġġ għan-network), Overseas Benefits Unit (Unità għall-benefiċċji barra l-pajjiż), Block 2, Stormont Estate, Belfast BT4 3SJ. Ġibilta: Department for Work and Pensions (Dipartiment għax-Xogħol u l-Pensjonijiet), The Pension Service (Is-Servizz tal-Pensjoni), International Pension Centre (Ċentru Internazzjonali għall-Pensjoni), Tyneview Park, Newcastle upon Tyne NE98 1BA." 5. L-Anness 6 huwa emendat kif ġej: It-taqsima "Ċ. ĠERMANJA" hija emendata kif ġej: (a) f'punt 4(a) il-kelma "Greċja" hija mħassra. (b) f'punt 4(b) il-kelma "Greċja" hija inkluża wara l-kelma "Belġju". 6. L-Anness 9 huwa emendat kif ġej: It-taqsima "G. IRLANDA" hija mibdula b'dan li ġej: "G. IRLANDA L-ispejjeż annwali medji għall-benefiċċji skond in-natura għandhom ikunu kalkulati billi jiġu kkunsidrati l-benefiċċji skond in-natura (servizzi tas-saħħa) provduti mill-Bord/Awtorità tas-Saħħa msemmija f'L-Anness 2, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Atti tas-Saħħa 1947 sa 1970." 7. L-Anness 10 huwa emendat kif ġej: (a) It-taqsima "B. DANIMARKA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11(1), 11a(1), 12a, 13(2) u (3) u 14(1), (2) u (3) tar-Regolament li jimplimenta: Den Sociale Sikringsstyrelse (Direzzjoni tas-Sigurtà Soċjali) København. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 113(2) tar-Regolament li jimplimenta: Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København." (ii) Il-punti 4, 5 u 6 huma mibdula b'dan li ġej: "4. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 38(1), 70(1) u 82(2) tar-Regolament li jimplimenta: Awtorità lokali tal-komun li fih jgħix il-benefiċjarju. 5. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 80(2), 81 u 84(2) tar-Regolament li jimplimenta: L-aħħar fond tal-qagħad li tiegħu l-persuna konċernata kienet membru, Arbejdsdirektoratet (Direzzjoni tax-Xogħol), København jekk il-persuna konċernata ma kinitx membru ta' fond tal-qagħad. 6. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 102(2) tar-Regolament li jimplimenta: (a) rimborżi skond l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament: Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Intern u tas-Saħħa), København. (b) rifużjonijiet skond l-Artikolu 70(2) tar-Regolament: Arbejdsdirektoratet (Direzzjoni tax-Xogħol), København." (iii) Il-punt 7(a) huwa mibdul b'dan li ġej: "(a) benefiċċji skond il-Kapitoli 1 sa 5 tat-Titolu III tar-Regolament: Indenrigs-og Sundhedsministeriet (Ministeru ta' l-Interu u tas-Saħħa), København." (iv) Il-punt 7(d) huwa mibdul b'dan li ġej: "(d) benefiċċji skond il-Kapitolu 6 tat-Titolu III tar-Regolament: Arbejdsdirektoratet (Direzzjoni tax-Xogħol), København." (b) It-taqsima "G. IRLANDA" hija mibdula b'dan li ġej: "G. IRLANDA 1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 14c u 17 tar-Regolament u l-Artikoli 6(1), 11(1), 11a(1), 12a, 13(2) u (3), 14(1), (2) u (3), 38(1), 70(1), 85(2), 86(2) u 91(2) tar-Regolament li jimplimenta: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja). 2. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 80(2), 81 u 82(2) tar-Regolament li jimplimenta: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja). 3. (a) Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament u l-Artikolu 102(2) tar-Regolament li jimplimenta: Department of Health and Children (Dipartiment tas-Saħħa u tat-Tfal). (b) għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament u l-Artikolu 102(2) tar-Regolament li jimplimenta: Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja). 4. (a) Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 110 tar-Regolament li jimplimenta (għall-benefiċċji fi flus): Department of Social and Family Affairs (Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja). (b) għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 110 (għall-benefiċċji skond in-natura) u 113(2) tar-Regolament li jimplimenta: Eastern Regional Health Authority, Dublin 20 Midland Health Board, Tullamore, County Offaly Mid-Western Health Board Limerick North-Eastern Health Board, Ceanannus Mor, County Meath North-Western Health Board, Manorhamilton, County Leitrim South Eastern Health Board, Kilkenny Southern Health Board, Cork Western Health Board, Galway." (ċ) It-taqsima "J. OLANDA" hija emendata kif ġej: (i) Il-punt 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 82(2) tar-Regolament li jimplimenta: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (ii) Il-punt 4(b) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) rifużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament: Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, Amsterdam (Istituzzjoni ta' l-Amministrazzjoni għall-Assigurazzjoni ta' l-Impjegati, Amsterdam)." (d) It-taqsima "O. RENJU UNIT" hija mibdula b'dan li ġej: "O. RENJU UNIT 1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 14c, 14d(3) u 17 tar-Regolament u l-Artikoli 6(1), 11(1), 11a(1), 12a, 13(2) u (3), 14(1), (2) u (3), 80(2), 81, 82(2) u 109 tar-Regolament li jimplimenta: Gran Brittanja: Inland Revenue (Taxxi Interni), Centre for Non-Residents (Ċentru għal dawk li m'humiex residenti), Benton Park View, Newcastle upon Tyne, NE98 1ZZ. Irlanda ta' Fuq: Department for Social Development (Dipartiment ta' l-Iżvilupp Soċjali), Northern Ireland Social Security Agency (Aġenzija tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Irlanda ta' Fuq), Network Support Branch (Fergħa ta' appoġġ għan-network), Overseas Benefits Unit (Unità għall-benefiċċji barra l-pajjiż), Block 2, Stormont Estate, Belfast BT4 3SJ, Inland Revenue (Taxxi Interni), Centre for Non-Residents (Ċentru għal dawk li m'humiex residenti), Benton Park View, Newcastle upon Tyne, NE98 1ZZ. 2. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament u l-Artikoli 8, 38(1), 70(1), 91(2), 102(2), 110 u 113(2) tar-Regolament li jimplimenta: Gran Brittanja: Department for Work and Pensions(Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet), The Pension Service (Is-Servizz tal-Pensjonijiet), International Pension Centre, (Ċentru Internazzjonali tal-Pensjonijiet) Tyneview Park, Newcastle upon Tyne NE98 1BA. Irlanda ta' Fuq: Department for Social Development (Dipartiment ta' l-Iżvilupp Soċjali), Northern Ireland Social Security Agency (Aġenzija tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Irlanda ta' Fuq), Network Support Branch (Fergħa ta' appoġġ għan-network), Overseas Benefits Unit (Unità għall-benefiċċji barra l-pajjiż), Block 2, Stormont Estate, Belfast BT4 3SJ 3. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85(2), 86(2) u 89(1) tar-Regolament li jimplimenta: Gran Brittanja: Inland Revenue, Child Benefit Office of Great Britain (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Benefiċċji tat-Tfal), Newcastle upon Tyne, NE88 1 AA, Inland Revenue, Tax Credit Office, (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa) Preston PR10SB. Irlanda ta' Fuq: Inland Revenue, Tax Credit Office (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa), Dorchester House, Great Victoria Street, Belfast, BT2 7WF, Inland Revenue, Child Benefit Office (NI) (Uffiċċju tat-Taxxi Interni, Kreditu ta' Taxxa), Windsor House, 9-15 Bedford Street, Belfast, BT2 7UW." --------------------------------------------------