EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1804

Ir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 rigward il-kontroll ta’ l-alonu esportat għal użi kritiċi, l-esportazzjoni tal-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom il-klorofluworokarboni u l-kontrolli fuq il-bromoklorometane

ĠU L 265, 16.10.2003, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1804/oj

32003R1804



Official Journal L 265 , 16/10/2003 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta’ Settembru 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 rigward il-kontroll ta’ l-alonu esportat għal użi kritiċi, l-esportazzjoni tal-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom il-klorofluworokarboni u l-kontrolli fuq il-bromoklorometane

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu [4], inħolqu numru ta’ kwistjonijiet li jeħtieġu li jiġu indirizzati permezz ta’ emendi għal dan ir-Regolament. Dawn il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni effettiva u fis-sigurtà ta’ dan ir-Regolament ġew diskussi ma’ l-Istati Membri fil-Kumitat tal-Ġestjoni taħt dan ir-Regolament. Dan ir-regolament jirrigwarda erba’ emendi għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

(2) Taħt l-Artikolu 4(4)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, il-Kummissjoni ġiet mogħtija l-mandat li tirrevedi kull sena l-użi kritiċi ta’ l-alonu elenkati fl-Anness VII ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament ma jipprovdix, fil-kuntest ta’ dawn ir-rivisti, sabiex jiġu stabbiliti l-iskedi taż-żmien sabiex dawn l-użi kritiċi jiġu eventwalment imneħħija gradatament fid-dawl ta’ l-identifikazzjoni u l-użu ta’ alternattivi adegwati. L-ewwel emenda għal dan ir-Regolament tipprovdi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti l-iskedi taż-żmien sabiex inaqqsu l-użu tal-alonu għal użi kritiċi, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta’ alternattivi jew teknoloġiji li probabbli jkunu ta’ suċċess teknikament u ekonomikament li huma aċċettabbli mil-lat ta’ l-ambjent u tas-saħħa, meta jiġi rrivedut l-Anness ma’ dan ir-Regolament. Dan għandu jiżgura illi jsir progress fit-tnaqqis tal-kwantità ta’ l-alonu għal użi kritiċi u b’hekk jitħaffef l-irkupru tas-saff ta’ l-ożonu.

(3) It-tieni emenda tirrigwarda l-esportazzjonijiet ta’ l-alonu għall-użi kritiċi elenkati fl-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 2037/2000. Mill-1 ta’ Jannar 2004, dan ir-Regolament irid jippermetti biss l-alonu wżat għall-għanijiet elenkati fl-Anness VII ta’ miegħu li jibqa’ installat għat-tifi tan-nar fil-Komunità Ewropea. Dawn l-użi huma meqjusa "kritiċi" billi bħalissa ma għandhom l-ebda alternattivi teknikament u ekononikament probabbli ta’ suċċess. Kull tagħmir li jkun fih l-alonu illi mhux elenkat fl-Anness VII huwa għalhekk meqjus li mhux kritiku. L-istallazzjonijiet kollha mhux kritiċi ta’ l-alonu għandhom jiġu magħluqa sal-31 ta’ Diċembru 2003. L-alonu maħruġ mill-użu għandu jiġi permess li jiġi maħżun għal użi kritiċi, esportat mill-ħażna għall-użu kritiku jew meqrud.

(4) L-Artikolu 11(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti l-esportazzjonijiet ta’ "prodotti u tagħmir li jkun fihom l-alonu, sabiex jissodisfaw l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VII". Dan l-Artikolu għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li jiġi esportat l-alonu bil-massa għal użi kritiċi sal-31 ta’ Diċembru 2990 safejn u sakemm jiġi miksub mill-alonu miġjub lura, irriċiklat u rriklamat li joriġina mill-faċilitajiet tal-ħażna awtorizzati jew imħaddma mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tissejjaħ rivista ta’ l-alonu bil-massa bil-ħsieb li l-esportazzjonijiet jiġu pprojbiti qabel il-31 ta Diċembru 2009, jekk xieraq. L-esportazzjonijiet ta’ l-alonu għal użi kritiċi għandhom jiġu pprojbiti wara l-31 ta’ Diċembru 2003 jekk l-alonu ma jkunx minn faċilitajiet awtorizzati jew imħaddma mill-awtorità kompetenti sabiex taħżen l-alonu għal użi kritiċi.

(5) Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-awtorizzazzjoni ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-alonu esportat fi prodotti u tagħmir għal użi kritiċi. Il-Kummissjoni għandha tatorizza dawn l-esportazzjonijiet biss ġaladarba l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru rilevanti tkun ivverifikat illi l-esportazzjonijiet huma għal użu kritiku speċifiku wieħed jew iktar elenkati fl-Anness VII mar-Regolament 2037/2000. B’żieda ma’ dan, l-esportatur għandu jkun meħtieġ li jirrapporta l-esportazzjonijiet attwali fl-aħħar tas-sena.

(6) L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena dwar is-sustanzi kkontrollati inkluż l-aloni li jkun irkuprati, irriċiklati, irriklamati jew meqruda. Bħalissa, ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 iqiegħed taħt mandat ir-rappurtaġġ sal-31 ta’ Diċembru 2001 iktar milli ta’ kull sena, billi r-rapporti annwali jridu jkunu importanti fil-futur sabiex jistabbilixxu l-progress, b’mod speċjali rigward il-qerda ta’ l-alonu li jkun żejjed għall-ħtiġiet ta’ użi kritiċi.

(7) It-tielet emenda tirrigwarda l-esportazzjoni tas-sustanzi kkontrollati jew tal-prodotti li jkun fihom is-sustanzi kkontrollati. L-esportazzjoni tas-sustanzi kkontrollati jew tal-prodotti li jkun fihom is-sustanzi kkontrollati għandha tkun ipprobjita. Din il-projbizzjoni trid tinkoraġġixxi l-irkupru u l-qerda ta’ dawn is-susanzi kkontrollati skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000. Il-punt fokali maġġuri huwa li jitwaqqaf il-kummerċ li qiegħed jikber ta’ l-esportazzjoni tat-tagħmir użat tar-refriġerazzjoni u tal-kondizzjonament ta’ l-arja, b’mod partikolari r-refriġeraturi, il-freezers u l-foam ta’ l-isolazzjoni fil-bini domestiku, li jkun fihom is-CFCs, lejn pajiżi li qegħdin jiżviluppaw. Fin-nuqqas tal-faċilitajiet tal-qerda fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, is-CFCs fl-aħħarnett iridu jnixxu fl-atmosfera u jikkaġunaw ħsara lis-saff ta’ l-ożonu. B’żieda ma’ dan, il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw issa bdew iħallu jispiċċaw gradatment is-CFCs u ħafna indikaw li ma jixtequx ikunu r-reċipjenti ta’ prodotti u tagħmir sekonda man li jkun fihom is-CFCs.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 2037/200 japplika mhux biss għat-tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-kondizzjonament ta’ l-arja imma wkoll għall-prodotti u t-tagħmir kollu li jkun fih il-foam ta’ l-iżolazzjoni tal-bini jew il-foam integrali tal-qoxra li kienu ġew prodotti bis-CFCs. Dan jista’ jfisser, per eżempju, illi l-vetturi ta’ l-ajru u l-vetturi sekonda man li jkun fihom il-foam riġidu ta’ l-iżolazzjoni jew il-foam integrali tal-qoxra minfuħa bis-CFCs, ma jistgħux jiġu esportati mill-Komunità Ewropea. Ġaladarba kienet l-intenzjoni ta’ dan ir-Regolament li jipprojbixxi l-esportazzjoni tat-tagħmir użat tar-refrigerazzjoni u l-kondizzjonament ta’ l-arja li jkun fihom is-CFCs, u mhux prodotti oħra u tagħmir ieħor li jkun fihom il-foam minfuħ bis-CFCs, huwa xieraq illi dan ir-Regplament jiġi emendat sabiex jeskludi l-prodotti mhux fil-mira li jkun fihom is-CFCs.

(9) Ir-raba’ emenda tirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar is-sustanzi l-ġodda kif iddikjarati fl-Artikolu 22 u l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2036/2000. Dan ir-Regolament ma jipprovdix l-istess livell ta’ kontroll għas-sustanza l-ġdida indikata fl-Anness II, il-bromokolormetane, kif inhu applikat għas-sustanzi l-oħra kkontrollati u għalhekk il-Komunità Ewropea mhix tilħaq għal kollox l-obbligi kollha tagħha skond il-Protokoll ta’ Montreal. Sabiex tirranġa din is-sitwazzjoni, huwa meħtieġ illi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għas-sustanzi kkontrollati jiġu applikati wkoll għall-bromoklorometane.

(10) L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 2036/2000 huma għal kollox f’linja mal-miri ambjentali, li jinkludu iktar protezzjoni tas-saff ta’ l-ożoni meta possibbli, it-tnaqqis tal-produzzjoni globali tas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu (SNO), il-promozzjoni ta’ prattiċi mingħajr periklu għat-trasport tas-SNOjiet, li jiġi żgurat il-monitoraġġ mandatorju ta’ kull esportazzjoni, u li tiġi pprovvduta kjarifika legali meta meħtieġa.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu għandu jiġi mibdul b’li ġej:

"Dan ir-Regolament għandu japplika għall-produzzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ u r-riklamazzjoni u l-qerda tal-klorofluworokarboni, għajr il-klorofluworokarboni, l-aloni, it-tetraklorur tal-karbonju, il-1,1,1-triklorometane, il-bromid tal-metil, l-idrobromofluworokarboni, l-idroklorofluworokarboni u l-bromoklorometane, ilkoll aloġenati għal kollox, għar-rappurtaġġ tat-tagħrif dwar dawn is-sustanti u għall-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti u tat-tagħmir li jkun fihom dawn is-sustanzi."

2. l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) ir-raba inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— "sustanzi kkontrollati"; tfisser il-klorofluworokarboni, għajr għall-klorofluworokarboni l-oħra aloġenati għal kollox, l-aloni, it-tetraklorur tal-karbonju, il-1,1,1-trikloroetane, il-bromid tal-metil, l-idrobromofluworokarboni, l-idroklorofluworokarboni u l-bromoklorometane, sewwa jekk weħidhom u sewwa jekk f’taħlita, u sewwa jekk verġni, irkuprati, irriċiklati jew irriklamati. Din id-definizzjoni ma għandhiex tkopri kull sustanza kkontrollata li hija prodott iffabbrikat għajr għall-kontenitur użat għat-trasport jew għall-ħażna ta’ din is-sustanza, jew mill-produzzjoni mhux intenzjonata u ko-inċidentali matul proċess tal-fabbrikazzjoni, minn ħażna għat-tmigħ mhix reaġita, jew mill-użu bħala aġent tal-proċessar li jkun preżenti fis-sustanzi kimiċi bħala impuritajiet tat-traċċja, jew li jkun maħruġ barra matul il-fabbrikazzjoni jew it-tqandil tal-prodott,";

(b) l-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-ħdax-il inċiż:

"— "bromoklorometane" ifisser is-sustanza kkontrollata indikata fil-Grupp IX ta’ l-Anness I"

3. il-punt li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 3(1):

"(g) il-bromoklorometane"

4. l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-punt li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

"(g) il-bromoklorometane";

(b) fil-paragrafu 4, il-punt (iv) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(iv) Il-paragrafu 1 (ċ) ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ l-aloni li jkunu ġew irduprati, irriċiklati jew irriklamati fis-sistemi eżistenti tal-protezzjoni min-nar sal-31 ta’ Diċembru 2992 jew għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ l-aloni għal użi kritiċi kif iddikjarati fl-Anness VII. Kull sena l-awtoritajiet kompeteni ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ l-aloni wżati għal użi kritiċi, bil-miżuri meħuda sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u bi stima ta’ dawn l-emissjonijiet, u bl-attivitajiet korrenti sabiex jidentifikaw u jużaw alternattivi adegwati. Kull sena il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VII u, jekk meħtieġ, tadotta modifiki u, meta xieraq, skedi taż-żmien sabiex iħalluhom jispiċċaw, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà l-alternattivi kemm teknoloġiċi u kemm ekonomiċi probabbli ta’ suċċess jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mil-lat ta’ l-ambjent u tas-saħħa, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2).";

(ċ) il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"6. L-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom il-klorofluworokarboni, għajr klorofluworokarboni oħra aloġenati għal kollox, l-aloni, it-tetraklorur tal-karbonju, il-1,1,1-trikloroetane, l-idrobromofluworokarboni u l-bromoklorometane għandhom jiġu pprojbiti, bl-eċċezjoni tal-prodotti u t-tagħmir li għalihom ikun ġie awtorizzat l-użu tas-sustanza kkontrollata rispettiva skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) jew ikun elenkat fl-Anness VII. Il-prodotti u t-tagħmir murija li jkunu ġew iffabbrikatri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu koperti b’din il-projbizzjoni.";

5. l-Artikolu 6(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew il-proċessr lejn l-intern tas-sustanzi kkontrollati għandhom ikunu bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni. Dawn il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni wara l-verifika tal-konformità ma’ l-Artikoli 6, 7, 8 u 13. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja ta’ kull liċenzja lill-awtrorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih iridu jiġu importati s-sustanzi interessati. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti għal dan il-għan. Is-sustanzi kkontrollati elenkati fil-gruppi I, II, III, IV, V u IX kif elenkati fl-Anness I ma għandhomx jiġu importati għall-proċessar lejn l-intern.";

6. l-Artikolu 11(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-parti tad-daħla ta’ l-ewwel paragrafu għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

"1. Għandhom jiġu pprojbiti l-esportazzjonijiet mill-Komunità tal-klorofluworokarboni, il-klorofluworokarboni l-oħra aloġenati għal kollox, l-aloni, it-tetraklorur tal-karbonju, il-1,1,1-trkoloroetane, l-idrobromofluworokarboni u l-bromoklorometani jew il-prodotti u t-tagħmir għajr l-oġġetti personali, li jkun fihom dawn is-sustanzi jew li l-funzjoni ssoktata tagħhom tiddependi fuq il-provvista ta’ dawn is-sustanzi. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-esportazzjonijiet ta’:";

(b) il-punt (d) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(d) l-aloni rkuprati, irriċiklati u rriklamati maħżuna għal użi kritiċi f’faċilitajiet awtorizzati jew imħaddma mill-awtorità kompetenti sabiex jissodisfaw l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VII sal-31 ta’ Diċembru 2009, u l-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom l-alonu sabiex jissodisfa l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VII. Sa l-1 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni għandha tindaħal sabiex tagħmel rivista ta’ l-esportazzjonijiet ta’ dan l-alonu rkuprat, irriċiklat u rriklamat għal użi kritiċi u, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), għandha tieħu deċiżjoni, jekk xieraq, sabiex tipprojbixxi dawn l-esportazzjonijiet iktar kmieni mill-31 ta’ Diċembru 2009;";

(ċ) għandu jiżdied il-punt li ġej:

"(g) il-prodotti u t-tagħmir użati li jkun fihom il-foam iebes ta’ l-iżolazzjoni jew il-foam integrali tal-qoxra li jkunu ġew prodotti mill-klorofluworokarboni. Din l-eżenzjoni ma japplikax għal:

- it-tagħmir u l-prodotti tar-refriġerazzjoni u l-kondizzjonament ta’ l-arja;

- it-tagħmir u l-prodotti tar-refriġerazzjoni u l-kondizzjonament ta’ l-arja li jkun fihom il-klorofluworokarboni wżati bħala refriġeranti, jew dawk li l-funzjoni ssoktata tagħhom tiddependi mill-provvista tal-klorofluworokarboni wżati bħala refriġeranti, f’tagħmir u prodotti oħra;"

7. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 11:

"4. Mill-31 ta’ Diċembru 2003, għandhom jiġu pprojbiti l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ l-alonu għall-użi kritiċi mhux minn faċilitajiet awtorizzati jew imħaddma mill-awtorità kompetenti sabiex taħżen l-alonu għal użi kritiċi.";

8. l-Artikolu 12(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-esportazzjonijiet mill-Komunità tas-sustanzi kkontrollati għandhom ikunu bla ħsara għall-awtorizzazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-impriżi għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001 u għal kull perjodu taż-żmien ta’ tnax-il xahar wara dan wara l-verifika tal-konformità ma’ l-Artikolu 11. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ l-alonu bħala sustanza kkontrollata huma ddikjarati fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja ta’ kull awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat.";

9. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 12:

"4. L-esportazzjonijiet mill-Komunità ta’ l-alonu, u tal-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom l-alonu, sabiex jissodisfaw l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VII għandhom ikunu bla ħsara għal awtorizzazzjoni għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2004 u għal kull perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar wara dan. Din l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-esportatur wara verifika tal-konformità ma’ l-Artikolu 11(1)(d) mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandha tirreġistra:

- l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur,

- deskrizzjoni kummerċjali ta’ l-esportazzjoni,

- il-kwantità totali ta’ l-alonu,

- il-pajjiż/i tad-destinazzjoni finali tal-prodotti u t-tagħmir,

- dikjarazzjoni illi l-alonu jrid jiġi esportat għal użu kritiku speċifiku elenkat fl-Anness VII,

- kull tagħrif miżjud meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti.";

10. l-Artikolu 16(6) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"6. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2001, u għal kull perjpdu taż-żmien ta’ 12-il xahar wara dan, dwar is-sistemi stabbiliti sabiex jippromwovu l-irkupru tas-sustanzi kkontrollati wżati, inklużi l-faċilitajiet disponibbli u l-kwanitajiet tas-sustanzi kkontrollati wżati rkuprati, irriċiklati u rriklamati jew meqruda.";

11. l-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"(4a) Kull sena qabel il-31 ta’ Marzu, l-esportatur għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, billi jibgħat kopja bl-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat, ir-reġistrazzjonijiet ipprovvduti minn kull applikant skond l-Artikolu 12(4), rigward il-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.";

(b) il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"6. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), timmodifika l-ħtiġiet tar-rappurtaġġ stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 4, sabiex tissodisfa l-impenji taħt il-Protokoll jew sabiex ittejjeb l-applikazzjoni prattika ta’ dawn il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ.";

12. fl-Anness I għandu jiżdied il-kliem li ġej wara l-Grupp VII:

Fil-kolonna intestata "il-Grupp" jiġi mdaħħal il-kliem "il-Grupp IX", fil-kolonna intestata "is-Sustanza" jiddaħħal il-kliem "CH2BrC1(alonu 1011 bromoklorometane)" u fil-kolonna intestata "Il-potenzjal tat-tnaqqis ta’ l-ożonu" jiġi mdaħħal in-numru "0,12";

13. L-Anness II għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Settembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

R. Buttiglione

[1] ĠU C 45 E, tal-25.2.2003, p. 297.

[2] ĠU C 95, tat-23.4.2003, p. 27.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fil-5 ta’ Ġunju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003.

[4] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/160/KE (ĠU L 65, tat-8.2.2003, p. 29).

--------------------------------------------------

Top