EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1429

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1429/2003 tal-11 ta'Awissu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2090/2002 li jitniżżel regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 dwar il-kontrolli fiżiċi mwettqa meta prodotti agrikoli li jikwalifikaw għar-rifużjonijiet huma esportati

ĠU L 203, 12.8.2003, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1276

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1429/oj

32003R1429



Official Journal L 203 , 12/08/2003 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/2003

tal-11 ta'Awissu 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2090/2002 li jitniżżel regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 dwar il-kontrolli fiżiċi mwettqa meta prodotti agrikoli li jikwalifikaw għar-rifużjonijiet huma esportati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta' Frar 1990 dwar il-monitorjar imwettaq fil-ħin ta' l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra ta' flus [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2090/2002 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003 [4], jistabbilixxi kontroll ta' sostituzzjoni li għandu jitwettaq fejn id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni huwa aċċetat f'uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni li mhux l-uffiċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċju għand min l-kopja tal-kontroll T5 jintbagħat.

(2) Sabiex jiġi żgurat li l-uffiċji doganali tal-ħruġ jew l-uffiċji għand min l-kopja tal-kontroll T5 jintbagħat jimxu bl-istess prattika, u sabiex dubji dwar l-identitá tal-prodotti huma evitati, li huwa kondizzjoni minn qabel għall-għotja tar-rifużjonijiet, għandhom ikunu hemm dispożizzjonijiet għall-kontroll ta' sostituzzjoni speċfiku fil-każijiet fejn dawn l-uffiċji doganali sabu li s-siġilli mwaħħla fil-ħin tat-tluq tneħħew għajr taħt is-sorveljanza doganali jew tkissru jew l-ebda permess għas-siġillar ingħata. Peress illi f'dawk il-każijiet hemm suspett ċar ta' sostituzzjoni, il-kontrolli ta' sostituzzjoni speċifiċi jeħtieġu iktar attenzjoni li jista' jinkludi, meta approprjat, konroll fiżiku fuq il-prodotti.

(3) Sabiex jiġi żgurat li numru xieraq ta' kontrolli ta' sostituzzjoni huma mwettqa fuq il-prodotti kollha għall-esportazzjoni, għandhom ikunu hemm dispożizzjonijiet għall-kontroll ta' sostituzzjoni speċfiku fil-każijiet fejn is-siġilli tneħħew għajr taħt is-sorveljanza doganali jew tkissru jew l-ebda permess għas-siġillar ingħata li għandhom jittieħdu f'kunisderazzjoni biss meta n-numru minimu ta' kontrolli ta' sostituzzjoni qedgħin jiġu kalkolati.

(4) Sabiex il-kontrolli fuq il-kontrolli ta' sostituzzjoni jittejbu, għandhom ikunu hemm dispożizzjonijiet li jipprovdu li t-tagħrif dwar in-numru tal-kontrolli ta' sostituzzjoni speċifiċi mwettqa f'każijiet fejn is-siġilli tneħħew għajr taħt is-sorveljanza doganali jew tkissru jew l-ebda permess għas-siġillar ingħata huwa disponibbli f'kull ħin mill-uffiċji doganali ikkonċernati u li l-kontrolli ta' sostituzzjoni kollha għandhom ikunu s-suġġett ta' rapport li jelenka l-kontrolli mwettqa.

(5) Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2090/1999 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6) il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjonijiet tal-Kumitati tal-Ġestjoni kollha interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Jekk l-uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni ma siġillax il-mezz ta' trasport jew l-ippakkjar, f'dak il-każ kontrolli ta' sostituzzjoni għandhom jitwettqu, kull fejn huwa possibbli fid-dawl ta' analiżi tar-riskji involuti, dan mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a u għall-kontrolli mwettqa taħt dispożizzjonijiet oħra.";

2. Il-paragrafu 2a li ġej huwa inkluż:

"2a. Fejn l-uffiċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċju għand min l-kopja tal-kontroll T5 jintbagħat issib li s-siġilli mwaħħla fil-ħin tat-tluq tneħħew għajr taħt is-sorveljanza doganali jew tkissru jew l-ebda permess għas-siġillar skond l-Artikolu 357(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93ingħata, kontroll ta' sostituzzjoni speċifiku għandu jitwettaq.

In-numru ta' kontrolli ta' sostituzzjoni speċfiċi mwettqa skond is-subparagrafu ta' qabel għandu, bla ħsara għall-limitu ta' 50 %, jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-għan tal-kalkolu tal-kontrolli ta' sostituzzjoni skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2."

3. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Il-kontroll ta' sostituzzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jitwettaq permezz ta' kontroll viżwali li l-prodotti jikkorespondu mad-dokument li ġie magħhom mill-uffiċju ta' l-esportazzjoni sal-uffiċju doganali jew l-uffiċju għand min l-kopja tal-kontroll T5 intbagħat";

4. Il-paragrafu 4a li ġej huwa inkluż:

"4a. Fil-każ ta' kontroll ta' sostituzzjoni msemmi fil-paragrafu 2a, l-uffiċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċju għand min l-kopja tal-kontroll T5 jintbagħat għandu jiddeċidi fid-dawl ta' analiżi tar-riskji involuti jekk il-kontroll għandu jkun ta' kontrol viżwali biss kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew ta' kontrol fiżiku skond l-Artikolu 5(1) u (4).";

5. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Kull uffiċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċju għand min l-kopja tal-kontroll T5 jintbagħat għandu jieħu passi sabiex dawn ikunu disponibbli f'kull ħin:

(a) in-numru ta' dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni meħud f'kunsiderazzjoni għall-għan tal-kontrolli ta' sostituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2;

(b) in-numru ta' kontrolli ta' sostituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mwettqa;

(ċ) in-numru ta' kontrolli ta' sostituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2a mwettqa;";

6. Paragrafu 5 huwa inkluż:

"5a. Kull kontrol ta' sostituzzjoni msemmi f'paragrafi 2 u 2a għandu jkun is-soġġet ta' rapport mfassal mill-uffiċjal kompetenti li wettqu. Ir-rapport għandu jippermetti l-monitorjar tal-kontrolli mwettqa u għandu jkollu d-data u l-isem ta' l-uffiċjal.

Għandu jinżamm mill-uffiċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċju għand min l-kopja tal-kontroll T5 jintbagħat għal tliet snin wara s-sena ta' l-esportazzjoni f'forma li tista' tiġi konsultata faċilment."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar għad-dikjarazzjonijiet aċċettati min dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Awissu 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tas-16.2.90, p. 6.

[2] ĠU L 24, tad-29.1.94, p. 2.

[3] ĠU L 322, tas-27.11.2, p. 4.

[4] ĠU L 67, tat-12.3.3, p. 3.

--------------------------------------------------

Top