This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1158
Commission Regulation (EC) No 1158/2003 of 30 June 2003 fixing the derived intervention prices for white sugar for the 2003/04 marketing year
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1158/2003 tat-30 ta’ Ġunju 2003 jiffissa l-prezzijiet derivati ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad għas-sena tal-marketing 2003/04
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1158/2003 tat-30 ta’ Ġunju 2003 jiffissa l-prezzijiet derivati ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad għas-sena tal-marketing 2003/04
ĠU L 162, 1.7.2003, p. 24–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Official Journal L 162 , 01/07/2003 P. 0024 - 0024
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1158/2003 tat-30 ta’ Ġunju 2003 jiffissa l-prezzijiet derivati ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad għas-sena tal-marketing 2003/04 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 680/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(4) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 jiffissa l-prezzijiet ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad għaż-żoni li m’għandhomx żbilanċ ta’ 63,19/100 EUR kilogrammi għas-snin tal-marketing 2001/02 sa l-2005/06. (2) L-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi li l-prezzijiet derivati ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad għandhom jiġu ffissati għal kull żona żbilanċjata kull sena. Meta dawk il-prezzijiet jiġu fissati, jridu jiġu kunsidrati l-varjazzjonijiet reġjonali fil-prezzijiet taz-zokkor, li, jekk ikun ħsad normali u jkun hemm moviment ħieles taz-zokkor, huma mistennija li jseħħu taħt kondizzjonijiet normali tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq u minħabba l-esperjenza akkwistata u l-ispejjeż tat-trasportazzjoni taz-zokkor minn żoni fejn hemm iż-żejjed għal żoni fejn hemm żbilanċ. (3) Biex tistabbilixxi jekk żona hijiex żona ta’ żbilanċ, għandhom isiru proġettazzjonijiet ibbażati fuq data li tagħti kont mill-Istati Membri li tirrelata kemm għas-sena kurrenti tal-marketing fir-rigward ta’ tendenzi tal-konsum, u għall-prospetti għas-sena tal-marketing li ġejja fir-rigward ta’ żviluppi fil-produzzjoni li jkun hemm. Minħabba f’hekk, żoni għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żvantaġġjati biss meta l-proġettazzjonijiet jindikaw biċ-ċar li x’aktarx se jkun hemm żbilanċ. (4) Fuq dan il-prinċipju bażiku, iż-żoni ta’ produzzjoni fi Spanja, l-Irlanda u r-Renju Unit, l-Italja, l-Portugall u l-Fillandja x’aktarx ikunu żoni ta’ żbilanċ.. (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Immaniġġjar taz-zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-prezzijiet derivati ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad fiż-żoni żbilanċjati fil-Komunitá għas-snin tal-marketing 2003/2004 se jkunu: (a) 64,88 EUR kull 100 kilogramma għaż-żoni kollha ta’ Spanja; (b) 64,65 EUR kull 100 kilogramma għaż-żoni kollha ta’ l-Irlanda u r-Renju Unit; (ċ) 65,53 EUR kull 100 kilogramma għaż-żoni kollha ta’ l-Italja; (d) 64,65 EUR kull 100 kilogramma għaż-żoni kollha fil-Portugall; (e) 64,65 EUR kull 100 kilogramma għaż-żoni kollha fil-Fillandja. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Ġunju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 178, tat-30.6.1, p. 1. [2] ĠU L 104, ta' l-20.4.2, p. 26. --------------------------------------------------