Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0975

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/2003 tal-5 ta' Ġunju 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tat-tariffa għall-importazzjoni tat-tonn tal-bott koperti mill-kodiċi NM 16041411, 16041418 u 16042070

    ĠU L 141, 7.6.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/975/oj

    32003R0975



    Official Journal L 141 , 07/06/2003 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/2003

    tal-5 ta' Ġunju 2003

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tat-tariffa għall-importazzjoni tat-tonn tal-bott koperti mill-kodiċi NM 16041411, 16041418 u 16042070

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) F'Novembru 2001, il-Komunità, it-Tajlandja u l-Filippini ftiehmu li ssir konsultazzjoni biex tiġi eżaminata sa fejn l-interessi leġittimi tat-Tajlandizi u l-Filippini kienu qed jiġu mfixkla minħabba fl-implimentazzjoni tat-trattament ta' tariffa preferenzali għat-tonn tal-bott li joriġina mill-Istati ACP. Minħabba li ma setgħetx tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-partijiet kollha kkonċernati, il-Komunità, it-Tajlandja u l-Filippini ftiehmu li jirreferu dan l-argument għall-medjazzjoni. Fl-20 ta' Diċembru 2002 il-medjatur ippresenta l-opinjoni tiegħu fejn il-Komunità għandha tiftaħ kwota ta' tariffa MFN ta' 25000 għas-sena 2003 b'rata ta' tariffa in-quota ta'12 % ad valoremtunnellata.

    (2) Minħabba x-xewqa li tinstab soluzzjoni għal din il-problema antika, il-Kommunità aċċettat din il-proposta. Għalhekk, għandha tiġi miftuħa kwota ta' tariffa addizjonali għal volum limitat ta' bottijiet ta' tonn.

    (3) Huwa xieraq li jiġu allokati ishma speċifiċi għal kull pajjiż għall-kwota ta' dawk il-pajjiżi li għandhom interess sostanzjali biex ifornu tonn tal-bott, fuq il-bażi tal-kwantitajiet fornuti minn kull wieħed minnhom skond il-kondizzjonijiet mhux prefenzali matul perjodu ta' żmien rappresentattiv. Il-bqija tal-kwota għandha tkun disponibbli għall-pajjiżi l-oħra kollha.

    (4) L-aħjar mod li jiġi żgurat l-aħjar użu tal-kwota ta' tariffa hi li tiġi allokata fl-ordni kronoloġika tad-dati ta' meta d-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa jiġu aċċettati.

    (5) Sabiex tiġi żgurata li l-kwota tiġi amministrata b'mod effiċjenti, il-presentazzjoni ta' ċertifikat t'oriġini għandha tiġi mitluba għall-laned ta' tonn importati mit-Tajlandja, l-Filippini u l-Indoneżja, l-ikbar fornituri u l-ikbar benefiċjarji ta' din il-kwota.

    (6) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi addottat skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proceduri għall-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni [1],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mill-1 ta' Lulju 2003, l-importazzjonijiet ta' laned tat-tonn koperti mill-kodiċi NM 16041411, 16041418 u 16042070 li joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta' tariffa ta' 12 fil-mija fil-limiti tal-kwota tat-tariffa miftuħa skond dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-kwota ta‘ tariffa għandha tinfetaħ kull sena għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Il-volum tagħha għall-ewwel sentejn għandhu ikun iffissat kif ġej:

    - 25000 tunnellata mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004,

    - 25750 tunnellata mill-1 ta' Lulju 2004 sat-30 Ġunju 2005.

    Artikolu 3

    Il-kwota tat-tariffa ser tinqasam f'erba' partijiet, li ġejjin:

    (a) kwota ta' 52 % tal-volum annwali, bin-numru ta' l-ordni 09.2005, għall-importazzjonijiet mit-Tajlandja; u

    (b) kwota ta' 36 % tal-volum annwali, bin-numru ta' l-ordni 09.2006, għall-importazzjonijiet mill-Filippini; u

    (ċ) kwota ta' 11 % tal-volum annwali, bin-numru ta' l-ordni 09.2007, għall-importazzjonijiet mill-Indoneżja; u

    (d) kwota ta' 1 % tal-volum annwali, bin-numru ta' l-ordni 09.2008, għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

    Artikolu 4

    1. L-oriġini tal-laned tat-tonn jikkwalifikaw għall-kwota ta' tariffa stabbilita skond id-disposizzjonijiet viġenti fil-Komunità.

    2. Il-kwalifikazzjoni għas-sehem tal-kwota tat-tariffa allokat lit-Tajlandja, il-Filippini u l-Indonesja, skond l-Artikolu 3 għandha tkun soġġetta għall-presentazzjoni ta' ċertifikat t'oriġini li jilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [2].

    Iċ-ċertifikati ta' l-oriġini għandhom jiġu aċċettati biss jekk il-prodotti jilħqu l-kriterji għad-determinazzjoni ta' l-oriġini kif stabbiliti fil-Komunità.

    Artikolu 5

    Il-kwota ta' tariffa għandha tkun amministrata mill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament jista' jiġi rivedut matul it-tieni sena wara li l-kwota tat-tariffa tiġi miftuħa sabiex jiġi addattat il-volum tal-kwota skond il-bzonnijiet tas-suq tal-Komunità. Jekk, madankollu, din ir-reviżjoni ma tkunx lesta tlett xhur qabel it-30 ta' Ġunju 2005, il-kwota tiġi awtomatikament estiża għal sena oħra għal volum ta' 25750 tunnellata. Imbagħad il-kwota ta' tariffa tiġi estiża regolarment għal sena kull darba u għall-istess volum kemm-il darba ma' tkunx adottata reviżjoni mhux iktar tard minn tlett xhur qabel l-egħluq tal-kwota attwali.

    Artikolu 7

    Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi l-emendi u l-aġġustamenti meħtieġa bl-emendi tan-Nomenklatura Magħquda u t-TARIC, ser jiġu addottati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 8(2).

    Artikolu 8

    1. Il-Kummissjoni ser tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-Kumitat) mwaqqaf skond l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [3].

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament ser jidhol fis-seħħ fil-20 jum ta'wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fil-5 ta' Ġunju 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Stratakis

    [1] ĠU L 184,tas- 17.7.1999, p. 23.

    [2] ĠU L 253,tal- 11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 881/2003 (ĠU L 134, tad-29.5.2003, p. 1).

    [3] ĠU L 302,tad- 19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat skond ir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

    --------------------------------------------------

    Top