This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0824
Commission Regulation (EC) No 824/2003 of 13 May 2003 laying down detailed rules of application for Council Regulation (EC) No 1255/1999 (as regards private storage aid for certain cheeses in the 2003/2004 marketing year)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2003 tat-13 ta’ Mejju 2003 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (rigward l-għajnuna privata għall-ħażna ta’ ċerti ġobnijiet fis-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2003/2004)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2003 tat-13 ta’ Mejju 2003 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (rigward l-għajnuna privata għall-ħażna ta’ ċerti ġobnijiet fis-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2003/2004)
ĠU L 118, 14.5.2003, pp. 3–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004
Official Journal L 118 , 14/05/2003 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2003 tat-13 ta’ Mejju 2003 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (rigward l-għajnuna privata għall-ħażna ta’ ċerti ġobnijiet fis-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2003/2004) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, Billi: (1) Taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għajnuna privata għall-ħażna tista’ tingħata għal ġobnijiet li jinħażnu fit-tul u għal ġobnijiet magħmulha minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li jeħtieġu mill-anqas sitt xhur biex jeqdiemu, jekk l-andament tal-prezzijiet u s-sitwazzjoni fil-borża jindikawlhom nuqqas ta’ ekwilibriju tas-suq li jista’ jiġi eliminat jew imnaqqas mill-ħażna ta’ staġun. (2) Id-diffikultajiet li toħloq il-produzzjoni staġonali ta’ ċerti ġobnijiet ta’ ħażna twila u tal-Pecorino Romano, Kefalo-Tyri u Kesseri huma aggravati minn konsum staġonali li jmur kontra dak tal-prodotti. Is-sistema ta’ produzzjoni mhix konsolidata ta’ dawn il-ġobnijiet tkompli taggrava dawn id-diffikultajiet. Għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex tiġi megħjuna l-ħażna staġonali ta’ kwantita’ relattiva mad-differenza bejn il-produzzjoni sajfija u dik xitwija. (3) It-tipi ta’ ġobon eliġibbli għall-għajnuna u l-kwantitajiet massimi li fuqhom din tista’ tingħata għandhom ikunu stabbiliti, kif ukoll it-tul tal-kuntratti, li għandhom jirriflettu l-bżonnijiet reali tas-suq u l-kwalitajiet tal-ġobnijiet biex jinħażnu. (4) Hemm bżonn li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet tal-kuntratt ta’ ħażna u l-passi essenzali li jippermettu l-ġobon kopert minn kuntratt biex ikun identifikat u suġġett għal xi kontrolli. L-għajnuna għandha tkun stipulata b’referenza għall-ispejjeż tal-ħażna u l-bilanċ li għandu jinżamm bejn ġobon li għalih tingħata l-għajnuna u ġobon ieħor mibjugħ fis-suq. (5) Għandhom jinħolqu wkoll regoli dettaljati dwar id-dokumentazzjoni, kontijiet u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli. Il-kuntrattur jista’ jkun mitlub mill-Istati Membri biex iħallas l-ispejjeż tal-kontrolli jew parti minnhom. (6) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għan Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ għajnuna privata għall-ħażna għal ċerti ġobnijiet (għajnuna hawn taħt) fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2003/2004 skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: (a) "lott tal-ħażna" jfisser kwantita’ ta’ ġobon li jiżen mill-anqas żewġ tunnellati, ta’ tip wieħed u maħżun f’maħżen wieħed f’ġurnata waħda: (b) "ġurnata ta’ bidu tal-ħażna fuq kuntratt" tfisser l-għada tal-bidu tal-ħażna; (ċ) "l-aħħar ġurnata tal-ħażna fuq kuntratt" tfisser lejlet it-tneħħija mill-ħażna. Artikolu 3 Ġobnijiet eliġibbli għall-għajnuna 1. L-għajnuna għandha tingħata lil ċerti ġobnijiet li jinħażnu fit-tul u lill-Pecorino Romano, Kefalo-Tyri u Kasseri. Il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness jgħoddu 2. Il-ġobon għandu jkun ġie prodott fil-Komunità. Għandu: (a) jkun immarkat b’linka li ma titħassarx b’indikazzjonijiet ta’ l-intrapriża u l-jum u x-xahar tal-produzzjoni: dawn ikunu indikati taħt forma ta’ kodiċi; (b) jkun għadda minn testijiet tal-kwalità li juru li joffri garanzija xierqa ta’ klassifikazzjoni fil-kategoriji definiti fl-Anness skond kemm il-prodott ikun qdiem. Artikolu 4 Kuntratt ta’ ħażna 1. Il-kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu konklużi bejn aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru li fuq it-territorji tiegħu jinħażen il-ġobon u l-persuni naturali jew legali (kunratturi hawn taħt). 2. Il-kuntratti tal-ħażna għandhom jitħejjew bil-miktub fuq bażi ta’ applikazzjoni biex jitħejja kuntratt. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand kull aġenzija ta’ intervent fi żmien 30 jum mid-data ta’ meta beda jinħażen il-prodott u jistgħu jinvolvu biss lottijiet ta’ ġobon li diġa’ bdew jinħażnu kollha. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jirreġistraw id-data ta’ meta jkunu rċevewhom. Jekk applikazzjoni tasal għand l-aġenzija ta’ intervent fi żmien għaxart’ijiem mill-iskadenza, kuntratt ta’ ħażna jista’ jiġi konkluż xorta iżda l-għajnuna tkun imnaqqsa bi 30 %. 3. Il-kuntratti ta’ ħażna għandhom jiġu konklużi għal lott wieħed jew aktar u għandhom jispeċifikaw: (a) il-kwantita’ ta’ ġobon kopert; (b) id-dati ta’ meta l-kuntratt jiġi attwat; (ċ) l-ammont ta’ għajnuna; (d) il-maħżen. 4. il-kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu konklużi fi żmien 30 jum mid-data ta’ reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni biex jinħoloq kuntratt. 5. Id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom isiru skond skeda mħejjija mill-aġenzija ta’ intervent. Il-kuntratt tal-ħażna għandu jirreferi għaliha. Artikolu 5 Il-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħażna 1. Il-perjodi għall-bidu u t-tmiem tal-ħażna huma mogħtija fl-Anness. 2. Lott sħiħ għandu jitneħħa mill-ħażna. 3. Jekk fi tmiem l-ewwel 60 jum ta’ ħażna fuq kuntratt id-deterjorament fil-kwalità tal-ġobon hi akbar minn dik li hi normali fil-maħżen, il-kuntrattur jista’ jkun awtorizzat, darba għal kull lott ta’ ħażna, li jibdel il-kwantita’ difettuża fuq spejjeż tiegħu. Jekk il-kontrolli matul il-ħażna jew fi tmiem il-perjodu tal-ħażna jikxfu kwantitajiet difettużi, l-ebda għajnuna ma titħallas għalihom. Barra minn hekk, il-parti tal-lott li tkun għada eliġibbli għandha tiżen mill-anqas żewġ tunnellati. It-tieni subparagrafu għandu jgħodd ukoll fejn parti tal-lott hi mneħħija qabel il-bidu tal-perjodu ta’ tneħħija mill-ħażna, indikat fil-paragrafu 1, jew qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħażna minimu indikat fl-Artikolu 8(2). 4. Għall-kalkolu ta’ l-għajnuna għall-kwantitajiet mibdula (l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3), l-ewwel jum ta’ ħażna fuq kuntratt għandu jkun il-jum ta’ bidu ta’ ħażna fuq kuntratt. Artikolu 6 Kondizzjonijiet ta’ ħażna 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet kollha li jreġu l-għoti ta’ l-għajnuna jkunu sodisfatti. 2. Il-kuntrattur jew, fuq talba jew awtorizzazzjoni ta’ l-Istat Membru, l-persuna inkarigata mill-maħżen, għandhom iżommu għad-dispożizzjoni ta’ l-aġenziji responsabbli għall-kontrolli d-dokumenti kollha meħtieġa għall-verifika ta’: (a) is-sid fil-bidu tal-perjodu tal-ħażna; (b) oriġini u data tal-produzzjoni; (ċ) data tal-bidu tal-perjodu tal-ħażna; (d) preżenza attwali fil-maħżen u l-indirizż tiegħu: (e) data ta’ tmiem il-perjodu tal-ħażna. 3. Il-kuntrattur jew, fejn tgħodd, il-persuna inkarigata mill-maħżen, għandhom iżommu d-dokumenti għad-dispożizzjoni fil-maħżen għal kull kuntratt, li juru: (a) kull numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull lott maħżun; (b) dati ta’ bidu u tmiem tal-perjodi ta’ ħażna; (ċ) in-numru ta’ ġobnijiet u l-piż tagħhom f’kull lott maħżun; (d) il-post fejn tqiegħdu l-ġobnijiet fil-maħżen. 4. Il-ġobon maħżun għandu jkun faċli biex jintagħraf, ikun aċċessibli u identifikat individwalment mill-kuntratt. Għandu jitwaħħal timbru speċifiku mal-ġobnijiet maħżuna. Artikolu 7 Kontrolli 1. Mal-bidu tal-perjodu tal-ħażna l-aġenzija hawn fuq imsemmija għandha tagħmel kontrolli sabiex, b’mod partikolari, tiżgura li l-ġobon hu eliġibbli għall-għajnuna u sabiex tipprevjeni kull possibilita’ ta’ sostituzzjoni matul il-ħażna fuq kuntratt. 2. L-aġenzija għandha tagħmel kontrolli ta’ kampjuni għall-għarrieda biex tivverifika li l-ġobon jinsab fl-imħażen. Il-kampjun għandu jkun rappreżentattiv u jirrapreżenta mill-anqas 10 % tal-kwantita’ totali mqiegħda taħt ħażna fuq kuntratt taħt din l-iskema. Il-kontrolli għandhom jinkludu, minbarra eżaminazzjoni tad-dokumenti dwar il-lott imsemmija fl-Artikolu 6(3), kontroll tal-piż, natura u identifikazzjoni. Dawn għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-kampjun ikkontrollat. 3. Fi tmiem il-perjodu ta’ ħażna fuq kuntratt l-aġenzija għandha tikkontrolla biex tara li l-ġobon jinsab hemm. Jekk jibqa’ maħżun wara l-iskadenza tal-ħażna fuq kuntratt massima dan il-kontroll isir wara li jitneħħa mill-ħażna. Għall-għanijiet tal-kontroll hawn fuq imsemmi l-kuntrattur għandu jgħarraf lill-aġenzija, billi jindika l-lottijiet maħżuna konċernati, mill-anqas ħamest’ijiem (ħinijiet tax-xogħol) qabel ma l-perjodu ta’ ħażna fuq kuntratt jiskadi jew, jekk it-tneħħija issir matul jew wara l-perjodu ta’ ħażna fuq kuntratt, qabel ma jibda. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw limitu ta’ żmien iqsar minn ħamest’ijiem (ħinijiet tax-xogħol). 4. Għandhom jitħejjew rapporti dwar il-kontrolli magħmulha skond il-paragrafi 1,2 u 3 li jispeċifikaw: (a) id-data tal-kontroll; (b) kemm idum; (ċ) ix-xogħol li jkun sar. Dawn għandhom ikunu ffirmati mill-ispettur kif ukoll mill-kuntrattur jew, fejn tgħodd, mill-persuna inkarigata mill-maħżen, u għandhom jintehmżu fil-fajl tal-ħlasijiet. 5. Fil-każ ta’ irregularitajiet li jolqtu 5 % jew aktar ta’ kwantita’ ta’ ġobon ikkontrollat, il-kontroll għandu jkun estiż għal kampjun akbar, li għandu jkun determinat mill-aġenzija. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn il-każi fi żmien erba’ ġimgħat. 6. Fuq dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri, l-kuntrattur jista’ jkollu jħallas l-ispejjeż tal-kontrolli jew parti minnhom. Artikolu 8 Għajnuna għall-ħażna 1. L-għajnuna għandha tkun kif ġej: (a) EUR 20 għal kull tunnellata għal spejjeż fuq ir-riħ: (b) EUR 0,25 għal kull tunnellata għal kull jum ta’ ħażna fuq kuntratt ta’ spejjeż tal-maħżen: (ċ) ammont għal kull tunnellata għal kull jum ta’ ħażna fuq kuntratt għal spejjeż finanzjarji ta’:. (i) EUR 0,28 għal ġobnijiet li jinħażnu fit-tul; (ii) EUR 0,38 għal Pecorino Romano: (iii) EUR 0,47 għal Kefalo-Tyri u Kasseri. 2. M’għandiex tingħata għajnuna jekk il-ħażna fuq kuntratt hi ta’ inqas minn 60 jum. L-għajnuna massima li tista’ titħallas għanda tkun għal 180 jum ta’ ħażna fuq kuntratt. Jekk il-kuntrattur ma jirrispettax il-limitu ta’ żmien speċifikat taħt it-tieni jew it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3), l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u titħallas biss għall-perjodu li għalih il-kuntrattur iġib provi għas-sodisfazzjon ta’ l-aġenzija hawn fuq imsemmija li l-ġobon baqa’ taħt ħażna fuq kuntratt. 3. L-għajnuna għandha titħallas b’applikazzjoni mill-kuntrattur fi tmiem il-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, fi żmien 120 ġurnata minn meta tkun intlaqgħet l-applikazzjoni, jekk il-kontrolli indikati fl-Artikolu 7(3) jkunu saru u jekk il-kondizzjonijiet li jagħtu l-jedd għall-għajnuna jkunu ntlaħqu. Madankollu, jekk qiegħda ssir investigazzjoni amministrattiva dwar il-jedd għall-għajnuna, l-ħlas m’għandux isir qabel il-jedd ikun ġie rikonoxxut. Artikolu 9 Notifiki L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Jannar 2004, bil-kwantitajiet ta’ ġobon li għalihom kuntratti ta’ ħażna jkunu ġew konklużi. Artikolu 10 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS Kategorija tal-ġobon | Kwantita' eliġibbli għall-għajnuna | Eta' minima tal-ġobon | Perjodu ta' dħul fil-ħażna | Perjodu ta' tneħħija mill-ħażna | Ġobnijiet Franċiżi ta' ħażna twila Beaufort u Comté denominazzjoni ta' l-oriġini protetta,Emmental grand cru label rouge,Emmental u Gruyère klassi A u B. | 16000 tunnellata | 10 t'ijiem | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru 2003 | 1 ta' Ottubru 2003 sal-31 Marzu 2004 | Ġobnijiet Ġermaniżi ta' ħażna twila: Emmentaler/Bergkäse Markenkäse and Klasse fein. | 1000 tunnellata | 10 t'ijiem | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru 2003 | 1 ta' Ottubru 2003 sal-31 Marzu 2004 | Ġobnijiet Irlandiżi ta' ħażna twila: Grad Speċjali | 900 tunnellata | 10 t'ijiem | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru 2003 | 1 ta' Ottubru 2003 sal-31 Marzu 2004 | Ġobnijiet Awstrijaċi ta' ħażna twila: 1. Güteklasse Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse. | 1700 tunnellata | 10 t'ijiem | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru 2003 | 1 ta' Ottubru 2003 sal-31 Marzu 2004 | Ġobnijiet Finlandiżi ta' ħażna twila: I luokka. | 1700 tunnellata | 10 t'ijiem | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru 2003 | 1 ta' Ottubru 2003 sal-31 Marzu 2004 | Ġobnijiet Svediżi ta' ħażna twila: Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé. | 1700 tunnellata | 10 t'ijiem | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru 2003 | 1 ta' Ottubru 2003 sal-31 Marzu 2004 | Pecorino Romano | 15000 tunnellata | 90 jum u prodotti wara l-1 ta' Ottubru 2002 | 15 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2003 | qabel il-31 ta' Marzu 2004 | Ġobnijiet Kefalo-Tyri u Kasseri magħmulha minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew minn taħlita tat-tnejn. | 3200 tunnellata | 90 jum u prodotti wara t-30 ta' Novembru 2002 | 15 ta' Mejju sat-30 ta' Novembru 2003 | qabel il-31 ta' Marzu 2004 | --------------------------------------------------