EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0813

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 813/2003 tat-12 ta’ Mejju 2003 dwar miżuri transizzjonali r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir, it-trasport u r-rimi ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikelTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 117, 13.5.2003, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/813/oj

32003R0813



Official Journal L 117 , 13/05/2003 P. 0022 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 813/2003

tat-12 ta’ Mejju 2003

dwar miżuri transizzjonali r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir, it-trasport u r-rimi ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti sekondarji ta’ l-annimal mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 32(1) miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE)_Nru 1774/2002 jipprovdi għal reviżjoni totali tar-regoli tal-Komunita li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż l-introduzzjoni ta’ numru ta’ ħtiġijiet stretti. B’żieda ma’ dan, jipprovdi li miżuri transizzjonali xierqa jistgħu jiġu adottati.

(2) Minħabba fin-natura stretta ta’ dawk il-ħtiġijiet, huwa meħtieġ li jiġi provvdut għal miżuri transizzjonali għall-Istati Membri sabiex l-industrija ikollha ħin biżżejjed biex taġġusta. B’żieda ma’ dan, il-ġbir alternattiv, it-trasport, il-ħażna, il-maniġġjar, il-proċessar u l-użu għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali jeħtieġ li jiġu żviluppati aktar kif ukoll metodi ta’ rimi/qerda għal dawk il-prodotti sekondarji.

(3) Għal din ir-raġuni, bħala miżura temporanja deroga għandha tingħata lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jawtorizzaw operaturi biex jikomplu japplikaw regoli nazzjonali għall-ġbir, it-trasport u r-rimi/qerda ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(4) Sabiex jipprevjenu riskju lis-saħħa ta’ l-annimali u lis-saħħa pubblika sistemi xierqa ta’ kontroll għandhom jinżammu fl-Istati Membri għall-perjodu tal-miżuri transizzjonali.

(5) Il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga li tirrigwardja l-ġbir, it-trasport u r-rimi/qerda ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikel

1. Skond l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u bħala deroga mill-punt (f) ta’ l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni individwali lil operaturi ta’ fondijiet u faċilitajiet biex jiġu applikati regoli nazzjonali sa l-aktar tard il-31 ta’ Diċembru 2005 għall-ġbir, it-trasport u t-trasformazzjoni ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikel riferiti f’punt (f) ta’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, basta li r-regoli nazzjonali

(a) mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2 hawn isfel, jiżguraw li oġġetti li kienu ta’ l-ikel mhumiex imħallta ma’ materjali ta’ Kategorija 1 u 2; u

(b) jikkonformaw mal-bqija tal-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

2. Madanakollu, it-taħlit ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikel mal-materjali ta’ Kategorija 1 jew ta’ Kategorija 2 jista’ jiġi permess meta l-materjal ikunu qed jintbagħat għall-inċinerazzjoni jew proċessar f’impjant ta’ Kategorija 1 jew 2 qabel ir-rimi/qerda bħala skart permezz ta’ inċinerazzjoni, ko-inċinerazzjoni jew miżbla skond il-leġislazzjoni Komunitarja.

3. Meta oġġetti li kienu ta’ l-ikel jintbagħtu għar-rimi/qerda bħala skart f’lok ta’ miżbla approvat, il-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li oġġetti li kienu ta’ l-ikel mhumiex imħallta ma’ materjal mhux proċessat li joriġina mill-annimali riferit fl-Artikoli 4 u 5 u punti (a) sa (e) u punti (f) sa (k) ta’ l-Artikolu 6(1).

Artikolu 2

Miżuri ta’ kontroll

L-awtorita kompetenti għandhom tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformita minn operaturi awtorizzati ta’ fondijiet u faċilitajiet mal-kondizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Irtirar ta’ approvazzjonijiet u rimi/qerda ta’ materjal li ma jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament

1. Awtorizzazzjoni individwali mill-awtorita kompetenti għall-ġbir, it-trasport u r-rimi/qerda ta’ oġġetti li kienu ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali għandha tiġi rtirata immedjatament u b’mod permanenti rigward kull operatur, fond jew faċilita jekk il-kondizzjonijiet dikjarati f’dan ir-Regolament ma jitwettqux aktar.

2. L-awtorita kompetenti għandha tirtira kull awtorizzazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 1 sa l-aktar tard fil-31 ta’ Diċembru 2005.

L-awtorita kompetenti m’għandhiex tagħti approvazzjoni finali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 minbarra fuq il-bażi ta’ l-ispezzjonijiet tagħha jekk tkun sodisfatta li l-fondijiet u l-faċilitajiet riferiti fl-Artikolu 1 jilħqu l-ħtiġijiet kollha ta’ dak ir-Regolament.

3. Kull materjal li ma jikkonformax mal-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi mormi/miqrud bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorita kompetenti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1.

[2] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top