EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0569

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/2003 tat-28 ta’ Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti

ĠU L 82, 29.3.2003, p. 13–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/569/oj

32003R0569



Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0013 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/2003

tat-28 ta’ Marzu 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet tal-Komunità tal-varjetà tal-pjanti [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 113(4) miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 329/2000 [4], jistipula t-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti ("l-Uffiċju"), u l-livelli ta’ dawk it-tariffi.

(2) Il-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċju bagħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ emendi li jirrelataw mat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju taħt ir-Regolament (KE) Nru 2100/94.

(3) Il-metodu ta’ ħlas elettroniku bankarju SWIFT għandu jipprovdi xhieda dokumentata suffiċjenti li turi li applikant ikun ħa l-passi meħtieġa biex iħallas it-tariffa ta’ applikazzjoni fil-kont ta’ l-Uffiċju.

(4) Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, it-tariffa ta’ l-applikazzjoni hija maħsuba biex tkopri d-diversi stadji ta’ ipproċessar ta’ l-applikazzjoni. Għalhekk l-Uffiċju għandu jirrifondi proporzjon fiss tat-tariffa ta’ l-applikazzjoni fejn, wara l-eżami inizjali ta’ l-applikazzjoni, ikun jidher ċar li l-applikazzjoni ma tkunx valida.

(5) Biex jiġu riflessi l-ispejjeż amministrattivi tas-sistema tal-Komunità ta’ drittijiet tal-varjetà tal-pjanti li m’humiex koperti b’tariffi oħra, it-tariffa annwali m’għandhiex tvarja skond l-ispeċji protett, lanqas tiżdied matul iż-żmien.

(6) Ir-riserva finanzjarja ta’ l-Uffiċju laħqet livell li jeċċedi l-livell meħtieġ biex jissalvagwardja il-kontinwità ta’ l-operazzjonijiet tiegħu. Għalhekk, l-ammont tat-tariffa annwali għandhom ikunu marbuta ma’ tnaqqis fir-riserva għall-perjodu 2003 sa 2005.

(7) Id-data li fiha għandu jsir il-ħlas tat-tariffa annwali għandha tippreċedi l-bidu tas-sena ta’ protezzjoni tad-dritt tal-varjetà tal-pjanti li għaliha tirrelta sabiex jiġi evitat li tiġi konferiti protezzjoni mingħajr ħlas fil-każ li ma titħallasx dik it-tariffa.

(8) Huwa xieraq li titneħħa d-differenza bejn it-tariffi mitluba biex isiru talbiet fir-reġistru tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetà tal-pjanti u r-reġistru ta’ l-applikazzjonijiet. B’żieda tariffa waħda biss għandha tintalab biex issir l-istess daħla f’reġistru b’relazzjoni ma’ talba li tkopri aktar minn varjetà waħda ta’ l-istess proprjetarju.

(9) Taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta’ proċedimenti quddiem l-Uffiċju tal-Komunit_ tal-varjetà tal-Pjanti [5], kif l-aħħar emendat bir-Regollament (KE) Nru 2181/2002 [6], l-Uffiċju għandu jħallas għall-eżamijiet tekniċi. Huwa meħtieġ li jiżdiedu t-tariffi mitluba lill-applikanti għall-eżamijiet tekniċi u li jiġu ntrodotti gruppi differenti ta’ tariffi. Iż-żieda fit-tariffi għandha tintlaħaq f’żewġ stadji, minħabba l-ammont kbir ta’ dik iż-żieda.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

(11) Il-miżuri l-ġodda għandhom japplikaw b’relazzjoni mat-tariffi li jiġu dovuti mill-1 ta’ April 2003.

(12) Il-Kunsill Amministrattiv ġie konsultat skond ir-Regolament (KE) Nru 2100/94.

(13) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet tal-Varjetà tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Fejn jitqies li l-ħlas ma jkunx ġie riċevut mill-Uffiċju fil-limitu ta’ żmien meħtieġ, dak il-limitu ta’ żmien għandu jitqies li jkun ġie osservat vis-à-vis l-Uffiċju fejn tiġi prodotta xhieda dokumentata suffiċjenti f’dak il-limitu ta’ żmien li turi li l-persuna li tagħmel il-ħlas tkun debitament tat ordni lill-stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont tal-ħlas f’ewro għall-kont bankarju miżmum mill-Uffiċju f’dak il-limitu ta’ żmien.";

(b) il-punt 4 huwa mħassar;

(ċ) il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5. Xhieda dokumentata għndha titqies bħala suffiċjenti skond it-tifsira tal-punt 3 fejn konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment, maħruġa minn stabbiliment bankarju jew uffiċju tal-posta tiġi prodotta. Iżda, fejn it-trasferiment ordnat kien trasferiment li juża l-metodu ekettroniku ta’ ħlas bankarju SWIFT, il-konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport SWIFT, ittimbrat u ffirmat minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-bank jew uffiċju tal-posta.";

2. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-applikazzjoni tkun akkumpanjata minn xhieda suffiċjenti dokumentata li turi li l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tkun debitament tat ordni lil stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont ta’ ħlas f’ewro f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċju; l-Artikolu 4(5) għandu japplika mutatis mutandis.";

(b) il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

"7. Fejn tiġi riċevuta t-tariffa ta’ l-applikazzjoni iżda l-applikazzjoni ma tkunx valida skond l-Artikolu 50 tar-Regolament bażiku, l-Uffiċju għandu jżomm ewro 300 mit-tariffa ta’ l-applikazzjoni u jirrifondi l-bqija meta jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet misjuba fl-applikazzjoni.";

3. L-Artikolu 9(1) u (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Uffiċju għandu jiċċarġja lill-detentur ta’ dritt tal-Komunità ta’ verjetà ta’ pjanti (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ ‘id-detentur’) tariffa għal kull sena tat-tul ta’ perjodu ta’ żmien ta’ dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti (tariffa annwali) ta’ ewro 300 għas-snin 2003 sa 2005 u ta’ ewro 435 għas-sena 2006 u għas-snin ta’ wara.

2. Il-ħlas tat-tariffa annwali għandu jkun dovut:

(a) b’relazzjoni ma’ l-ewwel sena tat-terminu ta’ dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fi żmien 60 jum mid-data ta’ l-għoti tad-dritt; u

(b) b’relazzjoni tas-snin sussegwenti tat-terminu tad-dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar kalendarju li jiġi qabel ix-xahar li fih jiġi l-anniversarju tad-data mogħtija.";

4. L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-ħames inċiż tal-paragrafu 1(b), "ECU 300" hija sostitwita bi "Ewro 100";

(b) il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

"3. Fejn talba għad-dħul imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 tikkonċerna katar minn applikazzjoni jew dritt reġistrat wieħed, li dwarhom issir applikazzjoni jew ikunu miżmuma mill-istess persuna, għandha tintalab tariffa waħda biss.";

5. L-Anness I huwa emendat skond l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament;

6. L-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill jum ta’ wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’relazzjoni ma’ tariffi li jsiru dovuti mill-1 ta’ April 2003.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 227, 01.9.1994, p. 1.

[2] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 3.

[3] ĠU L 121, ta’ l-1.6.1995, p. 31.

[4] ĠU L 37, tat-12.2.2000, p. 19.

[5] ĠU L 121, ta’ l-1.6.1995, p. 37.

[6] ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness I huwa mibdul b’dan li ġej:

"

L-ANNESS I

Tariffi li jirrelataw ma’ eżamijiet tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 8

It-tariffa li għandha titħallas għall-eżami tekniku ta' varjetà skond l-Artikolu 8 għandha tkun stabbilita, b'referenza għas-sena li fiha jibda l-perjodu tat-tkabbir u għall-grupp ta' l-ispeċji li minnu tkun tagħmel parti l-varjetà, skond it-tabella:

(f'Ewro) |

Grupp tan-nefqa | Tariffa fis-snin 2003 sa 2005 | Tariffa fis-sena 2006 u wara |

| |

Grupp agrikolu

1 | Uċuħ tar-raba regolari | 1020 | 1020 |

2 | Uċuħ tar-raba propagati veġittativament | 1190 | 1190 |

3 | Uċuħ tar-raba taż-żejt | 1020 | 1020 |

4 | Ħaxix | 1020 | 1020 |

5 | Uċuħ tar-raba tal-pitravi | 1020 | 1020 |

6 | Uċuħ tar-raba tal-fibri | 1020 | 1020 |

7 | Uċuħ tar-raba b'arranġamenti speċjali ta' test | 1020 | 1020 |

8 | Uċuħ tar-raba agrikoli oħra | 1020 | 1020 |

Grupp ornamentali

9 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila | 1190 | 1190 |

9A | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila u kondizzjonijiet speċjali fitosanitarji | 1200 | 2040 |

10 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 |

11 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni twila | 1105 | 1105 |

12 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 |

13 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila | 1200 | 1360 |

13A | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila bi stadju ieħor ta' propagazzjoni | 1200 | 2040 |

14 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 |

15 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni twila | 1105 | 1105 |

16 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 |

17 | Speċji ġodda, test tas-serra | 1190 | 1190 |

18 | Speċji ġodda, test ta' barra | 1190 | 1190 |

19 | Speċji propagati miż-żerriegħa (li ma jaqgħux taħt xi kategorija oħra) | 1200 | 1360 |

Grupp veġetali

20 | Speċji propagati miż-żerriegħa, test ta' barra | 1050 | 1445 |

21 | Speċji propagati miż-żerriegħa, test tas-serra | 1200 | 1955 |

22 | Speċji propagati veġettativament, test ta' barra | 1050 | 1700 |

23 | Speċji propagati veġettativament, test tas-serra | 1200 | 1360 |

Gruppi ta' frott

24 | Siġar | 1050 | 1615 |

24A | Speċji ta' siġar b'kollezzjoni kbira permanenti ta' referenza ħajja | 1050 | 2380 |

25 | Arbuxelli | 1050 | 1190 |

26 | Abitat tad-dwieli | 1050 | 1190 |

27 | Żraġen | 1050 | 1 |

"

--------------------------------------------------

Top