Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0431

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 431/2003 tas-7 ta’ Marzu 2003 li jistabbilixxi rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta’ xiroppi u ċerti prodotti oħrajn taz-zokkor esportati mingħajr aktar proċessar

    ĠU L 65, 8.3.2003, p. 18–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/431/oj

    32003R0431



    Official Journal L 065 , 08/03/2003 P. 0018 - 0020


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 431/2003

    tas-7 ta’ Marzu 2003

    li jistabbilixxi rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta’ xiroppi u ċerti prodotti oħrajn taz-zokkor esportati mingħajr aktar proċessar

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 680/2002 [2], u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 27(5) tiegħu,

    Billi:

    (1) Permezz ta’ l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji għall prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) ta’ dan ir-Regolament u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti b’rifużjoni ta’ l-espotazzjoni.

    (2) Permezz ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2135/95 tas-7 ta’ Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor [3], rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq 100 kilogramma tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 huwa egwali għall-ammont bażiku mmoltiplikat bil-kontentut tas-sukrożju flimkien ma, meta applikabbli, iz-zokkrijiet l-oħrajn ikkalkolati fl-ekwivalent tas-sukrożju. Il-kontenut tas-sukrożju tal-prodott f’dan il-każ huwa ddeterminat bi qbil ma l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2135/95.

    (3) Peremezz ta’ l-Artikolu 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, l-ammont bażiku tar-rifużjoni fuq is-sorbożju esportat mingħajr aktar proċessar huwa egwali għall-ammont bażiku tar-rifużjoni ta’ anqas minn wieħed-minn-mijja tar-rifużjoni fuq il-produzzjoni li jkunu fis-seħħ, stabbilit b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2001 tas-27 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 f’dak li jirrigwardja l-għoti ta’ rifużjoni fuq il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti użati fl-industrija tal-kimika [4], fuq il-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

    (4) Permezz ta’ l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, l-ammont bażiku tar-rifużjoni fuq il-prodotti l-oħrajn elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) ta’ dak ir-Regolament li huma esportati mingħajr aktar proċessar għandu jkun egwali għall-wieħed-fil-mijja ta’ l-ammont akwistat billi jittieħed akkont, minn naħa l-waħda, tad-differenza bejn il-prezz ta’ l-intervent għaz-zokkor abjad u għan-nuqqas ta’ defiċit fiż-żona tal-Komunità għax-xhar li dwaru l-ammont bażiku jkun stabbilit u l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet għal zokkor abjad kif rekordjati fis-suq dinji u, minn naħa l-oħra, il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn l-użu tal-prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifattura ta’ oġġetti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi miġjuba fl-arranġamenti tal-proċessar il-ġewwa.

    (5) Permezz ta’ l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, l-applikazzjoni ta’ l-ammont bażiku jista jkun ristrett għal prodotti speċifiċi elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) ta’ dak ir-Regolament.

    (6) Permezz ta’ l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/202 rifużjoni tista tkun mogħtija għall-esportazzjoni mingħajr aktar proċessar tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(f), (g) u (h) ta’ dak ir-Regolament. Ir-rifużjoni tista tkun stabbilita għal kull 100 kilogramma ta’ materja xotta billi jittieħed akkont partikolari tar-rifużjoni għall-prodotti li jidħlu taħt il-kodiċi NM 17023091 u għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 u ta’ l-aspetti ekonomiċi ta’ l-esportazzjoni ppjanata. Fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(f) u (g) ta’ dak ir-Regolament, ir-rifużjoni hija mogħtija biss għall-prodotti li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2135/95, u fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(h), ir-rifużjoni hija mogħtija biss għall-prodotti li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2135/95.

    (7) Ir-rifużjoni ta’ hawn fuq tista tkun stabbilita kull xhar. Din tista tkun mibdula matul dan il-perijodu.

    (8) Permezz ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, is-sitwazzjoni fis-suq dinji tal-ħtiġiet speċifiċi ta’ ċerti swieq jgħamlu li jkun meħtieġ li tkun varjata r-rifużjoni għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, jiddependi mid-destinazzjoni tagħhom..

    (9) Żieda sinifikanti u mgħaġġla fl-importazzjoni preferenzjali taz-zokkor mill-pajjiżi tal-punent tal-Balkani sa mill-bidu tal-2001 u fl-esportazzjoni ta’ zokkor lejn dawk il-pajjiżi mill-Komunità, tidher li hija ferm artifiċjali fin-natura.

    (10) Sabiex ikun prevenut xi abbuż permezz ta’ importazzjoni mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti taz-zokkor li jkunu rċevew rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, l-ebda rifużjoni m’għandha tkun stabbilita għall-pajjiżi tal-punent tal-Balkani għal-prodotti elenkati f’dan ir-Regolament.

    (11) Fid-dawl ta’ hawn fuq, ir-rifużjoni għall-prodotti f’dan il-każ għandha tkun stabbilita fir-rati xierqa.

    (12) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor ma tax opinjioni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(d), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, esportati mingħajr aktar proċessar, għandha tkun kif stabbilita fl-Anness t’hawnhekk.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Marzu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.

    [2] ĠU L 104, ta’ l-20.4.2002, p. 26.

    [3] ĠU L 214, tat-8.9.1995, p. 16.

    [4] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 63.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    RIFUŻJONI TA' L-ESPORTAZZJONI FUQ XIROPPI U ĊERTI PRODOTTI OĦRAJN TAZ-ZOKKOR ESPORTATI MINGĦAJR AKTAR PROĊESSAR

    NB:

    Il-kodiċi tal-prodott u tal-kodiċi tad-destinazzjoni serje 'A' huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3847 (ĠU L 366, ta' l-24.12.1987, p. 1.).

    Il-kodiċi numeriċi tad-destinazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2001 (ĠU L 273, tas-16.10.2001, p. 6.).

    S00 : id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, proviżjon u destinazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjoni mill-Komunità) bl-eċċezzjoni ta' l-Albanija, l-Kroazja, il-Bosnja u Ħerżegovina, is-Serbja u l-Montenegro (inkluż il-Kosovo, kif definit fir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti Nru 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999) u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, apparti milli għaz-zokkor inkorporat fil-prodotti referuti fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29).

    Kodiċi tal-prodott | Destinazzjoni | Unità tal-kejl | Ammont ta' rifużjoni |

    170240109100 | S00 | EUR/100 kg ta' materja xotta | 43,75 |

    170260109000 | S00 | EUR/100 kg ta' materja xotta | 43,75 |

    170260809100 | S00 | EUR/100 kg ta' materja xotta | 83,13 |

    170260959000 | S00 | EUR/1 % ta' sukkrożju × 100 kg tal-prodott nett | 0,4375 |

    170290309000 | S00 | EUR/100 kg ta' materja xotta | 43,75 |

    170290609000 | S00 | EUR/1 % ta' sukkrożju × 100 kg tal-prodott nett | 0,4375 |

    170290719000 | S00 | EUR/1 % ta' sukkrożju × 100 kg tal-prodott nett | 0,4375 |

    170290999900 | S00 | EUR/1 % ta' sukkrożju × 100 kg tal-prodott nett | 0,4375 |

    210690309000 | S00 | EUR/100 kg ta' materja xotta | 43,75 |

    210690599000 | S00 | EUR/1 % ta' sukkrożju × 100 kg tal-prodott nett | 0,4375 |

    --------------------------------------------------

    Top