This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0045
Commission Regulation (EC) No 45/2003 of 10 January 2003 correcting Regulation (EEC) No 1274/91 introducing detailed rules for implementing Regulation (EEC) No 1907/90 on certain marketing standards for eggs
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 45/2003 ta’ l-10 ta’ Jannar 2003 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli dettaljati biex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għan-negozju tal-bajd
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 45/2003 ta’ l-10 ta’ Jannar 2003 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli dettaljati biex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għan-negozju tal-bajd
ĠU L 7, 11.1.2003, p. 60–60
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 26/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R2295
Official Journal L 007 , 11/01/2003 P. 0060 - 0060
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 45/2003 ta’ l-10 ta’ Jannar 2003 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli dettaljati biex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għan-negozju tal-bajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tal-marketing għan-negozju tal-bajd [1], kif mibdul l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 5/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 20(1) u (4) tiegħu, Billi: (1) It-test tal-verżjoni Taljana ta’ l-Artikolu 12(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif emendat bir-Regolament (KE), hu żbaljat. Il-verżjoni Taljana għandha għalhekk tiġi kkoreġuta. (2) Skond l-aħħar emenda tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 il-metodi tal-biedja jistgħu jkunu indikati fuq il-bajd kollu u mhux fuq il-bajd ta’ Grad "A" biss. Il-verżjoni Svediża għandha għalhekk tiġi kkoreġuta għal din ir-raġuni. (3) Metodi tal-biedja jistgħu jkunu indikati fuq il-pakketti kollha li fihom il-bajd u mhux fuq il-pakketti żgħar biss. Il-verżjoni Olandiża għandha għalhekk tiġi kkoreġuta għal din ir-raġuni. (4) Il-kejl imsemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Laħam ta’ Tjur u Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 1274/91 hu kkoreġut kif ġej: 1. għal verżjoni Taljana biss: fl-Artikolu 12(4) il-kliem fil-parentesi "(entro un raggio di 20 km dal centro di imballaggio e)" għandu jkun imħassar; 2. għal verżjoni Svediża biss: fl-Artikolu 18(1), tielet linja, il-kliem "av klass ‘A'" u "sådana" għandhom jiġu mħassra; 3. għal verżjoni Olandiża biss: fl-Artikolu 18(1), tieni linja, il-frażi "kleine" għandha tiġi mħassra. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5. [2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 1. [3] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p. 11. --------------------------------------------------