Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0075

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/KE tad-29 ta' Lulju, 2003 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE dwar regoli ta' sigurtà u standards għal vapuri tal-passiġġieriTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 190, 30.7.2003, p. 6–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/75/oj

    32003L0075



    Official Journal L 190 , 30/07/2003 P. 0006 - 0009


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/KE

    tad-29 ta' Lulju, 2003

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE dwar regoli ta' sigurtà u standards għal vapuri tal-passiġġieri

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu, 1998, dwar regoli ta' sigurtà u standards għal vapuri tal-passiġġieri [1] u partikolarment l-Artikolu 8(b) tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu, 1998, dwar regoli ta' sigurtà u standards għal vapuri tal-passiġġieri tapplika għal vapuri ġodda u dawk eżistenti fis-servizz domestiku skond il-ħtiġijiet ta' l-Anness I.

    (2) Il-Kapitlu III, sezzjoni 5-I ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/18/KE kienet tesiġi li jsiru modifikazzjonijiet għal ċattri ta' salvataġġ, dgħajjes veloċi ta' salvataġġ, mezzi ta' salvataġġ u ġgieget ta' salvataġġ fuq vapuri ro-ro sa mhux aktar tard mid-data ta' l-ewwel minn sensiela ta' spezzjonijiet wara l-1 ta' Lulju, 2002.

    (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/25/KE tal-5 ta' Marzu, 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE dwar regoli ta' sigurtà u standards għal vapuri tal-passiġġieri [2] kienet tesiġi li jsiru aktar modifikazzjoni ta' l-istess apparat sa l-1 ta' Jannar, 2003.

    (4) Id-dispożizzjonijiet korrispondenti SOLAS, jippermettu li jsiru modifikazzjonijiet għal vapuri eżistenti fl-istess waqt li jkunu qed isiru tiswijiet, alterazzjonijiet jew tibdiliet maġġuri ta' apparat ta' salvataġġ.

    (5) Id-Direttiva 98/18/KE għandha għalhekk tkun emendata biex ikun hemm żmien raġjonevoli li fih jiġu applikati dawn il-ħtiġijiet ġodda għal vapuri ro-ro.

    (6) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Sigurtà Marittima stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 [3],

    ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Il-Kapitlu III, sezzjoni 5-1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/18/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tidħol fis-seħħ. Huma għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

    Meta stati Membri jaddottawhom, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Stati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2. Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijet tal-liġijiet nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam milqut minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 29 ta' Lulju, 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Loyola De Palacio

    Viċi-president

    [1] ĠU L 144, tal-15.5.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 98, tal-15.4.2002, p. 1.

    [3] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    5-1 Ħtiġijiet għal vapuri tal-passiġġieri ro-ro (26)

    VAPURI RO-RO KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA QABEL L-1 TA' JANNAR, 2003:

    1 Vapuri tal-passiġġieri ro-ro mibnija qabel l-1 ta' Jannar, 2003, għandhom ikunu konformi mal-Ħtiġiet tal-paragrafi. 6.2,.6.3,.6.4,.7,.8 u.9 sa mhux aktar tard mid-data ta' l-ewwel minn sensiela ta' spezzjonijiet wara l-1 ta' Jannar 2006.

    Qabel din id-data, il-paragrafi.2,.3,.4 u.5 għandhom japplikaw għal vapuri ro-ro mibnija qabel l-1 ta' Jannar, 2003.

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta fuq vapuri bħal dawn apparat jew arranġamenti ta' salvataġġ jinbidlu jew meta vapuri bħal dawn isirulhom tiswijiet, alterazzjonijiet jew modifikazzjonijiet maġġuri li jkunu jeħtieġu tibdil jew żjieda ta' apparat jew arranġamenti ta' salvataġġ diġa eżistenti, dan l-apparat jew arranġamenti ta' salvataġġ għandhom ikunu konformi mal-Ħtiġiet tal-paragrafi.6,.7,.8 u.9.

    2 Ċattri ta' salvataġġ

    1 Ċattri ta' salvataġġ ta' vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' evakwazzjoni marittima, skond ir-Regolament SOLAS 111/48.5, kif kien fis-seħħ fis-17 ta' Marzu, 1998, jew b'apparat ta' varar skond ir-Regolament SOLAS 111/48.6, kif kien fis-seħħ fis-17 ta' Marzu, 1998, imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

    Għandha tkun assigurata l-komunikazzjoni bejn il-post ta' imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

    2 Kull ċattra ta' salvataġġ fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandu jkollha mezzi ta' stivar li jżommu waħidhom f'wiċċ l-ilma skond il-Ħtiġiet tar-Regolament SOLAS 111/23, kif kien fis-seħħ fis-17 ta' Marzu, 1998.

    3 Kull ċattra ta' salvataġġ fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandha tkun mgħammra b'xorta ta' rampa ta' mbark skond il-Ħtiġiet tar-Regolament SOLAS 111/39.4.1 jew ir-Regolament SOLAS 111/40.4.1, kif kienu fis-seħħ fis-17 ta' Marzu, 1998, skond il-każ.

    4 Kull ċattra ta' salvataġġ fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandha tkun tista' tiddritta lilha nfisha awtomatikament jew ikollha tinda reversibbli soda għal baħar imqanqal u tkun tista' titħaddem mingħajr periklu tkun liema tkun il-qagħda tagħha f'wiċċ l-ilma. Ċattri ta' salvataġġ riversibbli miftuħa jistgħu jintużaw jekk l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera ittihom permess jekk vjaġġ ikun kenni u f'kundizzjonijiet tat-temp tajba fl-inħawi u fiż-żmien tat-tbaħħir, u jekk ċattri bħal dawn ikunu għal kollox skond il-Ħtiġiet ta' l-Anness 10 tal-Kodiċi ta' Vetturi ta' Veloċità Kbira.

    Minflok, il-vapur għandu jġorr ċattri ta' salvataġġ li jkunu jistgħu jiddrittaw lilhom infushom awtomatikment jew li jkollhom tinda riversibbli bi żjieda ma' l-għadd ta' ċattri li għandu jkun hemm, li b'kollox ikunu jistgħu jesgħu 50 % tan-nies li ma jkunux jistgħu joqogħdu f'dgħajjes ta' salvataġġ. Din iż-żjieda f'kemm jistgħu jesgħu ċattri ta' salvataġġ għandha titqies skond id-differenza bejn l-għadd total ta' nies abbord u l-għadd ta' nies li jkunu jistgħu joqogħdu f'dgħajjes ta' salvataġġ. Kull ċattra ta' salvataġġ bħal dawn għandha tkun approvata mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO skond Ċirk./MCS 809.

    3 Dgħajjes veloċi ta' salvataġġ

    1 Dgħajsa ta' salvataġġ fuq vapur tal-passiġġieri ro-ro għandha mill-inqas tkun waħda veloċi approvata mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO skond Ċirk./MSC 809.

    2 Kull dgħajsa veloċi ta' salvataġġ għandha tkun mgħammra b'apparat tajjeb ta' varar approvat mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera. Meta tiġi biex tapprova apparat bħal dan, l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tqis li d-dgħajsa veloċi ta' salvataġġ tkun magħmula biex tkun varata u mtella' f'kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO.

    3 Mill-inqas żewġ ekwipaġġi ta' kull dgħajsa veloċi ta' salvataġġ għandhom jagħmlu taħriġ u eżerċizzji regolarment kif meħtieġ skond sezzjoni A-VI/2, tabella A-VI/2-2 - "Speċifikazzjoni ta' standard minimu ta' kompetenza għal dgħajjes veloċi ta' salvataġġ" tal-Kodiċi ta' Taħriġ għall-Baħħara, Reġistrazzjoni u Għassa (STCW), u r-rakkomandazzjonijiet addottati mill-IMO bir-Riżoluzzjoni A.771(18), kif emendata. It-taħriġ u l-eżerċizzji għandhom jinkludu l-aspetti kollha dwar salvataġġ, kontroll, manuvri u t-tħaddim ta' dawn il-vetturi f'kundizzjonijiet ta' temp differenti u dwar kif jerġgħu ikunu ddrittati wara li jinqalbu.

    4 Fil-każ fejn l-għamla jew id-daqs ta' vapur tal-passiġġieri ro-ro eżistenti ma jippermettux li titqiegħed dgħajsa veloċi ta' salvataġġ kif meħtieġ skond il-paragrafu.3.1, id-dgħajsa veloċi ta' salvataġġ tista' titqiegħed minflok dgħajsa ta' salvataġġ eżistenti li tkun ġiet aċċettata bħala dgħajsa ta' salvataġġ jew dgħajsa għall-użu ta' emerġenza, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jitħarsu kollha:

    1 id-dgħajsa veloċi ta' salvataġġ imqiegħda fuq il-vapur tkun mgħammra b'apparat ta' varar skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.3.2;

    2 it-tnaqqis f'kemm tesa' d-dgħajsa ta' salvataġġ minħabba dan il-bdil ikun kumpensat bit-tqegħid fuq il-vapur ta' ċattri ta' salvataġġ li jġorru mill-inqas l-istess għadd ta' nies li joqogħdu fid-dgħajsa ta' salvataġġ mibdula; u

    3 ċattri ta' salvataġġ bħal dawn ikunu mgħammra b'apparat ta' varar jew sistemi ta' evakwazzjoni marittima.

    4 Mezzi ta' salvataġġ

    1 Kull vapur tal-passiġġieri ro-ro għandu jkun mgħammar b'mezzi tajbin biżżejjed biex itellgħu malajr mill-baħar lil dawk li jkunu għadhom ħajjin u jeħduhom minn vetturi jew mezzi ta' salvataġġ għal fuq il-vapur.

    2 Il-mezzi ta' trasferiment ta' dawk li jkunu għadhom ħajjin għal fuq il-vapur jista' jagħmel parti minn sistema ta' evakwazzjoni marittima, jew parti minn sistema magħmula għal skopijiet ta' salvataġġ.

    Dawn il-mezzi għandhom ikunu approvati mill-Istat tal-bandiera wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO skond Ċirk./MSC 810.

    3 Jekk iż-żurżieqa ta' sistema ta' evakwazzjoni marittima tkun maħsuba biex tintuża bħala mezz biex dawk li jkunu għadhom ħajjin jittieħdu għal fuq il-gverta tal-vapur, iż-żurżieqa għandha tkun mgħammra b'korrimani jew slielem biex jgħinuhom jitilgħu iż-żurżieqa.

    5 Ġgieget ta' salvataġġ

    1 Bla ħsara għall-Ħtiġiet tar-Regolamenti SOLAS 111/7.2 u 111/22.2, għadd biżżejjed ta' ġgieget ta' salvataġġ għandhom ikunu stivati qrib postijiet tal-ġemgħa biex il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn imorru lura fil-kabini tagħhom biex iġibuhom.

    2 Fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro, kull ġakketta ta' salvataġġ għandha tkun mgħammra b'dawl skond il-Ħtiġiet tar-regolament SOLAS 111/32.2, kif kien fis-seħħ fis-17 ta' Marzu, 1998.

    VAPURI RO-RO KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA WARA L-1 TA' JANNAR, 2003.

    6 Ċattri ta' salvataġġ

    1 Ċattri ta' salvataġġ ta' vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' evakwazzjoni marittima skond is-sezzjoni 6.2 tal-Kodiċi LSA jew b'apparat ta' varar skond il-paragrafu 6.1.5 tal-Kodiċi LSA., imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

    Għandha tkun assigurata l-komunikazzjoni bejn il-post ta' imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

    2 Kull ċattra ta' salvataġġ fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandu jkollha mezzi ta' stivar li jżommu waħidhom f'wiċċ l-ilma skond il-Ħtiġiet tar-Regolament SOLAS 111//13.4.

    3 Kull ċattra ta' salvataġġ fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandha tkun mgħammra b'xorta ta' rampa ta' mbark skond il-Ħtiġiet tal-paragrafu 4.2.4.1. jew 4.3.4.1. tal-Kodiċi LSA, skond il-każ.

    4 Kull ċattra ta' salvataġġ fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandha tkun tista' tiddritta lilha nfisha awtomatikament jew ikollha tinda reversibbli soda għal baħar imqanqal u tkun tista' titħaddem mingħajr periklu tkun liema tkun il-qagħda tagħha f'wiċċ l-ilma. Ċattri ta' salvataġġ riversibbli miftuħa jistgħu jintużaw jekk l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera ittihom permess jekk vjaġġ ikun kenni u f'kundizzjonijiet tat-temp tajba fl-inħawi u fiż-żmien tat-tbaħħir, u jekk ċattri bħal dawn ikunu għal kollox skond il-Ħtiġiet ta' l-Anness 10 tal-Kodiċi ta' Vetturi ta' Veloċità Kbira.

    Minflok, il-vapur għandu jġorr ċattri ta' salvataġġ li jkunu jistgħu jiddrittaw lilhom infushom awtomatikment jew li jkollhom tinda riversibbli bi żjieda ma' l-għadd ta' ċattri li għandu jkun hemm, li b'kollox ikunu jistgħu jesgħu 50 % tan-nies li ma jkunux jistgħu joqogħdu f'dgħajjes ta' salvataġġ. Din iż-żjieda f'kemm jistgħu jesgħu ċattri ta' salvataġġ għandha titqies skond id-differenza bejn l-għadd total ta' nies abbord u l-għadd ta' nies li jkunu jistgħu joqogħdu f'dgħajjes ta' salvataġġ. Kull ċattra ta' salvataġġ bħal dawn għandha tkun approvata mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO skond Ċirk./MCS 809.

    7 Dgħajjes veloċi ta' salvataġġ

    1 Dgħajsa ta' salvataġġ fuq vapur tal-passiġġieri ro-ro għandha mill-inqas tkun waħda veloċi approvata mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO skond Ċirk./MSC 809.

    2 Kull dgħajsa veloċi ta' salvataġġ għandha tkun mgħammra b'apparat tajjeb ta' varar approvat mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera. Meta tiġi biex tapprova apparat bħal dan, l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tqis li d-dgħajsa veloċi ta' salvataġġ tkun magħmula biex tkun varata u mtella' f'kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet addottati mill-IMO.

    3 Żewġ ekwipaġġi mill-inqas ta' kull dgħajsa veloċi ta' salvataġġ għandhom jagħmlu taħriġ u eżerċizzji regolarment kif meħtieġ skond sezzjni A-VI/2, tabella A-VI/2-2 - "Speċifikazzjoni ta' standard minimu ta' kompetenza għal dgħajjes veloċi ta' salvataġġ" tal-Kodiċi ta' Taħriġ għall-Baħħara, Reġistrazzjoni u Għassa (STCW), u r-rakkomandazzjonijiet addottati mill-IMO bir-Riżoluzzjoni A.771(18), kif emendata. It-taħriġ u l-eżerċizzji għandhom jinkludu l-aspetti kollha dwar salvataġġ, kontroll, manuvri u t-tħaddim ta' dawn il-vetturi f'kundizzjonijiet ta' temp differenti u dwar kif jerġgħu ikunu ddrittati wara li jinqalbu.

    4 Fil-każ fejn l-għamla jew id-daqs ta' vapur tal-passiġġieri ro-ro eżistenti ma jippermettux li titqiegħed dgħajsa veloċi ta' salvataġġ kif meħtieġ skond il-paragrafu.3.1, id-dgħajsa veloċi ta' salvataġġ tista' titqiegħed minflok dgħajsa ta' salvataġġ eżistenti li tkun ġiet aċċettata bħala dgħajsa ta' salvataġġ jew dgħajsa għall-użu ta' emerġenza, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jitħarsu kollha:

    1 id-dgħajsa veloċi ta' salvataġġ imqiegħda fuq il-vapur tkun mgħammra b'apparat ta' varar skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.3.2;

    2 it-tnaqqis f'kemm tesa' d-dgħajsa ta' salvataġġ minħabba dan il-bdil ikun kumpensat bit-tqegħid fuq il-vapur ta' ċattri ta' salvataġġ li jġorru mill-inqas l-istess għadd ta' nies li joqogħdu fid-dgħajsa ta' salvataġġ mibdula; u

    3 ċattri ta' salvataġġ bħal dawn ikunu mgħammra b'apparat ta' varar jew sistemi ta' evakwazzjoni marittima.

    8 Mezzi ta' salvataġġ

    1 Kull vapur tal-passiġġieri ro-ro għandu jkun mgħammar b'mezzi tajbin biżżejjed biex itellgħu malajr mill-baħar lil dawk li jkunu għadhom ħajjin u jeħduhom minn vetturi jew mezzi ta' salvataġġ għal fuq il-vapur.

    2 Il-mezzi ta' trasferiment ta' dawk li jkunu għadhom ħajjin għal fuq il-vapur jista' jagħmel parti minn sistema ta' evakwazzjoni marittima, jew parti minn sistema magħmula għal skopijiet ta' salvataġġ.

    Dawn il-mezzi għandhom ikunu approvati mill-Istat tal-bandiera wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO skond Ċirk./MSC 810.

    3 Jekk iż-żurżieqa ta' sistema ta' evakwazzjoni marittima tkun maħsuba biex tintuża bħala mezz biex dawk li jkunu għadhom ħajjin jittieħdu għal fuq il-gverta tal-vapur, iż-żurżieqa għandha tkun mgħammra b'korrimani jew slielem biex jgħinuhom jitilgħu iż-żurżieqa.

    9 Ġgieget ta' salvataġġ

    1 Bla ħsara għall-Ħtiġiet tar-Regolamenti SOLAS 111/7.2 u 111/22.2, għadd biżżejjed ta' ġgieget ta' salvataġġ għandhom ikunu stivati qrib postijiet tal-ġemgħa biex il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn imorru lura fil-kabini tagħhom biex iġibuhom.

    2 Fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro, kull ġakketta ta' salvataġġ għandha tkun mgħammra b'dawl skond il-Ħtiġiet tal-paragrafu 2.2.3. tal-Kodiċi LSA.

    --------------------------------------------------

    Top