Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003E0897

    Strateġija Komuni 2003/897/CFSP tal-kunsill ewropew tat-12 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP dwar l-Ukrajna sabiex testendi l-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħha

    ĠU L 333, 20.12.2003, p. 96–96 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/12/2004

    32003E0897



    Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0096 - 0096


    Strateġija Komuni 2003/897/CFSP tal-kunsill ewropew

    tat-12 ta' Diċembru 2003

    li temenda l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP dwar l-Ukrajna sabiex testendi l-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħha

    IL-KUNSILL EWROPEW,

    Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

    Billi:

    (1) L-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP ta' l-Unjoni Ewropea tal-11 ta' Diċembru 1999 dwar l-Ukrajna [1] skadiet fit-23 ta' Diċembru 2003.

    (2) Huwa kkonsidrat meħtieġ li tiġi emendata l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' l-applikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DIN L-ISTRATEĠIJA KOMUNI:

    Artikolu Uniku

    Fit-Taqsima IV ta' l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP, l-eweel punt imsejjaħ "Tul ta' Żmien" għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "67. Din l-Istrateġija Komuni għandha tgħodd sat-23 ta' Diċembru 2004. Hija tista' tiġi mtawwla, riveduta u, fejn meħtieġ, adattata mill-Kunsill Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kuinsill."

    Din l-Istrateġija Komuni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Berlusconi

    [1] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top