EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003E0495

Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2003/495/PESK tas-7 ta' Lulju 2003 dwar l-Iraq u li tħassar Pożizzjonijiet Komuni 96/741/PESK u 2002/599/PESK

ĠU L 169, 8.7.2003, p. 72–73 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2003/495/oj

32003E0495



Official Journal L 169 , 08/07/2003 P. 0072 - 0073


Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2003/495/PESK

tas-7 ta' Lulju 2003

dwar l-Iraq u li tħassar Pożizzjonijiet Komuni 96/741/PESK u 2002/599/PESK

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fit-22 ta' Mejju 2003, il-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adottat Riżoluzzjoni 1483 (2003) li tneħħi il-projbizzjonijiet kollha fuq in-negozju ma l-Iraq u l-fornitura ta' riżorsi finanzjarji u ekonomiċi lil Iraq kif stabbilit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 661 (1990) u riżoluzzjonijiet segwenti rilevanti li jinkludu Riżoluzzjoni 778 (1992), bl-eċċezzjoni tal-projbizzjonijiet relatati mall-bejgħ jew fornitura lill-Iraq ta' armi u materjal ieħor relatat minbarra armi u materjal relatat meħtieġa mill-Istati Uniti tal-Amerika u r-Renju Unit ta' Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq bħala setgħet okkupanti taħt kmand unifikat (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "l-Awtorità"), u timponi miżuri ġodda.

(2) Il-Kunsill jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà biex jitneħħew is-sanzjonijiet kontra l-Iraq.

(3) Il-Kunsill jilqa' l-impenn tal-Kunsill ta' Sigurtà u ta' l-Awtorità, fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003), tal-għajnuna għar-rikostruzzjoni ta' l-Iraq u biex jgħinu lill-poplu Iraqin jersqu lejn l-istabbiliment ta' Gvern rapreżentattiv u rikonoxxjut fl-arena internazzjonali.

(4) Għalhekk il-Posizzjonijiet Komuni tal-Kunsill 96/741/PESK [1] u 2002/599/PESK [2] għandhom jitħassru.

(5) Azzjoni mill-Komunità hija neċessarja biex jiġu mplementati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-bejgħ jew fornitura lill-Iraq ta' armi u materjal ieħor relatat, minbarra armi u materjal meħtieġa mill-Awtorità biex isservi l-għan tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1483 (2003) u rizoluzzjonijiet oħra relatati ta' dan l-istess Kunsill, jibqa projbit.

Artikolu 2

Il-fondi kollha jew beni finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi:

(a) tal-Gvern Iraqin preċedenti jew ta' l-istituzzjonijiet Statali, korporazzjonijiet jew aġenziji tagħha, li jinsabu barra mill-Iraq mit-22 ta' Mejju 2003 kif speċifikati mill-Kumitat stabbilit skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà 661 (1990), jew

(b) li tneħħew mill-Iraq, jew akwistati minn Saddam Hussein jew ufficjali anzjani oħra tar-reġim Iraqin preċedenti u l-membri familjari tagħhom, inkluż entitajiet li jipposjedu jew li huma kontrollati direttament jew indirettament minnhom stess jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif speċifikat mill-Kumitat stabbilit skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà 661 (1990),

għandhom jiġu iffriżati mingħajr l-ebda dewmien u, ħlief jekk dawn il-fondi jew assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' garanżija jew deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, l-Istati Membri għandhom jitrasferixxuhom immedjatament lill- Fond Għall-Izvilupp ta' l-Iraq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà 483 (2003).

Artikolu 3

Se jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex tiġi faċilitata r-ritorn lill-istituzzjoniet Iraqini tal-proprjetajiet ta' natura kulturali u affarijjiet oħra arkeoloġiċi, storiċI, kulturali, xjentifiċi, u ta' importantża reliġjuża li tneħħew illegalment mill-Mużew Nazzjonali ta' l-Iraq, il-Biblioteka Nazzjonali, u postijiet oħra fl-Iraq minn meta saret l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà 661 (1990), inkluż bl-istabbiliment ta' projbizzjoni fuq il-kummerċ jew trasferiment ta' dawn l-affarijiet u affarijiet fuq liema jeżisti suspett raġjonevoli li ġew rimossi illegalment.

Artikolu 4

Il-qligħ mill-kummerċ ta' l-esportazzjoni tal-petrolju, prodotti tal-petrolju, u gas naturali mil Iraq mit-22 ta' Mejju 2003 għandu jiġi depożitat fil-Fond Għall-Izvilupp ta' l-Iraq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà 483 (2003), sakemm jiġi stabbilit Gvern Iraqin rapressentativ u rikonoxjut fl-arena internazzjonali.

Artikolu 5

1. Il-petrolju, il-prodotti petroliferi, u l-gass naturali li joriġina mill-Iraq huma immuni, sakemm titolu tagħhom jgħaddi lix-xerrej inizjali, għall-proċeduri ġudizzjarji kontrihom u ma jistgħux jkunu suġġetti għal ebda forma ta' sekwestru jew eżekuzzjoni.

2. Privileġġi u immunitajiet bħal dawk imgawda minn-Nazzjonijiet Uniti japplikaw għal:

(a) il-qliegħ u l-obbligi mill-bejgħ ta' prodotti imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) Il-Fond Għall-Iżvilupp ta' l-Iraq;

(ċ) il-fondi, l-assi finanzjari oħra u r-riżorsi ekonomiċi li għandom jiġu trasferiti lil Fond Għall-Izvilupp ta' l-Iraq skond l-Artikolu 2.

3. Il-privileġġi u l-immunitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) mhumiex applikabbli għal proċeduri ġudizzjarji fejn huwa neċċessarju r-rikors għal qligħ u obligazzjonijiet bħala sodisfazzjon ta' l-obbligazzjoni għal danni konnessi ma' inċidenti ekoloġiċi, inkluż it-tixrid taż-żejt, li jseħħ wara it-22 ta' Mejju 2003.

Artikolu 6

Posizzjoniet Komuni tal-Kunsill 96/741/PESK u 2002/599/PESK huma hawnhekk mħassra.

Artikolu 7

Din il-Posizzjoni Komuni tieħu effett mid-data meta tiġi adottata. Għandha tapplika mit-22 ta' Mejju 2003.

L-Artikolu 4 għandu jiġi applikat sal-31 ta' Diċembru 2007 sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li jbiddel dan skond Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta' Sigurtà oħra rilevanti.

Artikolu 8

Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] PosizzjoniKomuni 96/741/CFSP tas-17 ta' Diċembru 1996 definit mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-deroga mill-embargo fir-rigward ta' l-Iraq (ĠU L 337, tas-27.12.1996, p. 5).

[2] PosizzjoniKomuni 2002/599/CFSP tat-22 ta' Lulju 2002 li tissuplimenta PosizzjoniKomuni 96/741/CFSP dwar id-deroga mill-embargo fir-rigward ta' l-Iraq (ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 47).

--------------------------------------------------

Top