This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0903
2003/903/EC: Commission Decision of 10 December 2003 adopting the plan allocating to the Member States resources to be charged to the 2004 budget year for the supply of food from intervention stocks for the benefit of the most deprived persons in the Community (notified under document number C(2003) 4868)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 li tadotta l-pjan għall-allokazzjoni lejn ir-riżorsi tal-Istati Membri li għandhom jitħallsu mill-bagit tas-sena 2004 għall-provvista ta’ l-ikel mil-ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar mċaħħda fil-Komunità (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4868)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 li tadotta l-pjan għall-allokazzjoni lejn ir-riżorsi tal-Istati Membri li għandhom jitħallsu mill-bagit tas-sena 2004 għall-provvista ta’ l-ikel mil-ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar mċaħħda fil-Komunità (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4868)
ĠU L 340, 24.12.2003, p. 65–68
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0065 - 0068
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 li tadotta l-pjan għall-allokazzjoni lejn ir-riżorsi tal-Istati Membri li għandhom jitħallsu mill-bagit tas-sena 2004 għall-provvista ta’ l-ikel mil-ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar mċaħħda fil-Komunità (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4868) (2003/903/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrai ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta’ l-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment ta’ l-ikel minn ħażniet ta’ l-intervent lill-organizzazzjonijiet nominati għad-distribuzzjoni lejn il-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabblixxi l-arranġamenti agrimonetraji għall-euro [2], u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu, Billi: (1) Bi qbil ma l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/02 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-provvista ta’ l-ikel minn ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju ta’ persuni l-aktar fil-bżonn gewwa l-Komunità [3], il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ distribuzzjoni li għandu jkun iffinanzjat mir-riżorsi disponibbli fis-sena tal-budget 2004. Il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq l-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tkun meħudha mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta’ l-intervent. (2) L-Istati Membri involuti fil-pjan kienu fornew l-informazzjoni meħtieġa bi qbil ma l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92. (3) Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tar-riżorsi, qies għandu jittieħed ta’ l-esperjenza u l-grad li dwaru l-Istat Membru jutilizza ir-riżorsi allokati lilu fis-snin preċedenti. (4) It-trasferimenti intra-Komunitarji meħtieġa sabiex iwasslu l-pjan fil-qofol tiegħu għandhom ukoll ikunu awtorizzati permezz tal-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92. (5) Għall-implementazzjoni tal-pjan, l-aspett operativ fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 279/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika. (6) Sabiex ikun irrispettat l-iskop tal-pjan, id-distribuzzjoni tal-prodotti għandha tkun imqassma matul is-sena. (7) Bi qbil ma l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, il-Kummissjoni fittxet il-parir ta’ l-organizzazzjonijiet ewlenija li huma familjari mall-problemi tal-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità meta kienet tħejji dan il-pjan. (8) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati kollha relevanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 Għas-sena finanzjarja 2004, ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel għad-distribuzzjoni lejn il-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87 għandhom ikunu fornuti skond il-pjan annwali tad-distribuzzjoni kif muri fl-Anness I. L- Artikolu 2 L-operazzjonijiet għat-trasferiment intra-Komunità elenkati fl-Anness II huma b’hekk awtorizzati. L- Artikolu 3 Sabiex ikun implementat il-pjan annwali, id-data operattiva tal-fatt kif referut fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2003. L- Artikolu 4 Meta l-kwanità tal-prodotti distribwiti teċċedi il-500 tunnellata, l-Istati Membri parteċipanti għandhom iżidu dispożizzjonijiet xierqa fl-istedina għall-offerti sabiex jassiguraw li l-kwantitajiet murija fil-tabella ta’ l-Anness 1(b) ikunu s-suġġett ta’ diversi operazzjonijiet tad-distribuzzjoni matul il-korsa tal-pjan annwali sabiex jittieħed qies tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-karità. L- Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 352, tal-15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 3). [2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1. [3] ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 50. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1921/2002 (ĠU L 293, tad-29.10.2002, p. 9). -------------------------------------------------- L-ANNESS I Pjan annwali tad-distribuzzjoni għall-2004 (a) Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan f’kull wieħed mill-Istati Membri (EUR) | L-Istat Membru | L-allokazzjoni | Il-Belġju | 3439000 | Id-Danimarka | 168000 | Il-Greċja | 10899000 | Spanja | 37286000 | Franza | 47453000 | L-Irlanda | 207000 | L-Italja | 56481000 | Il-Lussemburgu | 42000 | Il-Portugall | 14146000 | il-Finlandja | 2879000 | Total | 173000000 | (b) Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandu jittieħed mill-ħażniet ta’ l-intervent tal-Komunità għal distribuzzjoni lejn kull Stat Membru li huma suġġetti għall-ammonti massimi stabbiliti fi (a) (tunnellati) | L-Istat Membru | Prodott | Ċereali | Ross (fil-fosdqa) | Butir | Trab tal-ħalib | anga u vitella (ekwivalenti tal-karkasi) | Il-Belġju | 7000 | 2000 | 600 | | | Id-Danimarka | | | | | 53 | Il-Greċja | 26000 | 15630 | | 1500 | | Spanja | 70000 | 24520 | 6430 | | | Franza | 58000 | 27077 | | 15200 | | L-Irlanda | | | 60 | | | L-Italja | 90000 | 15000 | 12248 | | | Il-Portugall | 15000 | 15000 | 2278 | | | il-Finlandja | 15000 | | | 595 | | Total | 281000 | 99227 | 21616 | 17295 | 53 | (ċ) Allokazzjoni għall-Lusemburgu bil-għan tax-xiri fis-suq tal-Komunità ta’: - trab tal-ħalib: EUR 26000, - ċanga u vitella: EUR 16000. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Trasferimenti intra-Komunità awtorizzati permezz tal-pjan għall-2004 Prodott | Kwantità (tunnellati) | Detentur | Konsenjant | Ċereali | 26000 | ONIC, Franza | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, il-Greċja | Ċereali | 70000 | ONIC, Franza | FEGA, Spanja | Ċereali | 15000 | ONIC, Franza | INGA, Portugall | Ċereali | 90000 | ONIC, Franza | AGEA, Italja | Ross | 2000 | Ente Risi, Italja | BIRB, Belġju | Ross | 15000 | FEGA, Spanja | INGA, Portugall | Trab tal-ħalib | 15200 | BIRB, Belġju | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Franza | --------------------------------------------------