Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0630

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Awissu 2003 li tistabbilixxi l-miżuri transitorji li jridu jiġu applikati mill-Ungerija fir-rigward ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li joriġinaw minn annimali mir-Romanija (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3074)Test b’relevanza għall-EE

ĠU L 218, 30.8.2003, pp. 55–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1792

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/630/oj

32003D0630



Official Journal L 218 , 30/08/2003 P. 0055 - 0056


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Awissu 2003

li tistabbilixxi l-miżuri transitorji li jridu jiġu applikati mill-Ungerija fir-rigward ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li joriġinaw minn annimali mir-Romanija

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3074)

(Test b’relevanza għall-EE)

(2003/630/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarj fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], emendata bl-Anness II(6)(B)(1)(53)(b) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hi stabbilita l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1) l-Ungerija ngħatat perijodu transizzjonali ta’ tliet snin għal ċerti aspetti tar-reġim ta’ kontrolli veterinarji li jikkonċernaw l-istandards għall-faċilitajiet meħtieġa fuq il-fruntiera mar-Romanija għall-kontrolli fuq prodotti li joriġinaw minn annimali.

(2) Din id-dispożizzjoni hija limitata għall-ħtiġiet għall-faċilitajiet biss, u l-aspetti l-oħra kollha tal-proċeduri tal-kontrolli veterinarji għandhom isiru skond il-ħtiġiet ta’ l-UE.

(3) Dispożizzjonijiet għandhom għalhekk isiru sabiex tiġi identifikata l-posta ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fejn prodotti li joriġinaw minn annimali ġejjin mir-Romanija jistgħu jiġu ċċekkjati fuq il-fruntiera ma’ l-Ungerija, u tiġi provduta derogaxierqa għall-ħtiġiet applikabbli għall-faċilitajiet ta’ spezzjoni għall-prodotti li joriġinaw minn annimali f’din il-posta ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

(4) Id-deroga għar-regola ta’ separazzjoni applikabbli għal posti ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li għandhom ftit transitu provduta fl-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE [2] għandha tapplika irrispettivament min-numru massimu ta’ konsenji stabbilit b’din id-deroga.

(5) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Prodotti li joriġinaw minn annimali li jiġu trasportati bit-triq mir-Romanija jridu jidħlu fit-territorju ta’ l-Ungerija permezz tal-posta ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera indikata fl-Anness.

Artikolu 2

L-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni 2001/812/EC għandhom japplikaw għall-posta ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera indikata fl-Anness, mingħajr limitu fuq in-numru ta’ konsenji li jgħaddu minn din il-posta ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tieħu effett bla ħsara u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ Adeżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija applikabbli sat-30 ta’ April 2007.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Awissu 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tat-30.1.98, p. 9.

[2] ĠU L 306, tat-23.11.1, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Posti ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Romanija

Nagylak

--------------------------------------------------

Top