This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0597
2003/597/EC: Commission Decision of 4 August 2003 laying down detailed rules for the application of Council Directive 93/25/EEC as regards the statistical surveys on sheep and goat population and production (notified under document number C(2003) 2801)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awissu 2003 tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fir-rigward għall-istħarriġ statistiku dwar il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u mogħoż (notifikata bid-dokument numru K(2003) 2801)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awissu 2003 tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fir-rigward għall-istħarriġ statistiku dwar il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u mogħoż (notifikata bid-dokument numru K(2003) 2801)
ĠU L 203, 12.8.2003, p. 46–53
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 25/10/2004; Imħassar b' 32004D0747
Official Journal L 203 , 12/08/2003 P. 0046 - 0053
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awissu 2003 tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fir-rigward għall-istħarriġ statistiku dwar il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u mogħoż (notifikata bid-dokument numru K(2003) 2801) (2003/597/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq merħliet ta’nagħaġ u mogħoż [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/77/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(2) u (3), l-Artikolu 7, l-Artikolu 10(1) u (2) and l-Artikolu 13(3) tagħhom, billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/434/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoz [3] kienet emendata sostanzjalment diversi drabi [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u razzjonalità din id-Deċiżjoni għandha tkun kodifikata. (2) Definizzjonijiet preċiżi huma meħtieġa sabiex isir stħarriġ previst fid-Direttiva 93/25/KEE. Din ta’ l-ewwel titlob definizzjoni ta’ impriżi agrikoli koperti mill-istħarriġ. Il-kategoriji individwali li fihom ir-riżultati ta’ l-istħarriġ għandhom jitniżżlu għandhom ikunu definiti b’mod preċiż u d-daqsijiet tal-klassijiet u r-reġjuni tal-merħliet li skonthom l-Istati Membri għandhom joħorġu riżultati ta’ stħarriġ b’mod regolari, għandhom jiġu determinati. Definizzjoni waħda tal-piż tal-karkasss hija meħtieġa biex isiru statistiżi ta’ qatliet ta’ l-annimali. (3) Skond id-Direttiva 93/25/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex jużaw is-sorsi amministrattivi minflok l-istħarriġ statistiku dwar l-istokkijiet ta’ nagħaġ u mogħoż. (4) Saru applikazzjonijiet mill-Istati Membri għat-tipi varji ta’ awtorizzazzjoni. (5) Din id-Deċiżjoni taqbel ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 93/25/KEE, "impriża agrikola" tfisser kull unita teknika u ekonomika taħt maniġment wieħed li jipproduċi prodotti agrikoli. 2. L-istħarriġ li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/25/KEE għandu jkopri: (a) Art agrikola b’medda agrikola utilizzata ta’ 1 ha jew aktar; (b) Art Agrikola b’medda agrikola utilizzata b’inqas minn 1 ha, jekk il-produzzjoni tagħhom hi sa ċertu punt intenzjonata għall-bejgħ jew jekk l-unita ta’ produzzjoni tagħhom taqbez ċertu limitu naturali 3. L-Istati Membri li jkunu jixtiequ japplikaw limitu ta’ stħariġ differenti għandhom, madankollu, jintrabtu li jiddeterminaw dak il-limitu b’tali mod li l-iżgħar artijiet biss jiġu esklużi, u li flimkien l-artijiet esklużi jammontaw għal 1 % jew inqas għall-marġinu gross standard, skond it-tifsira mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/277/KEE [5], tal-Istat Membru konċernat Artikolu 2 Id-definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ nagħaġ u mogħoż li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 93/25/KEE huma mniżżla f’L-ANNESS I. Artikolu 3 Id-subdiviżjonijiet territorjali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/25/KEE huma mniżżla f’L-ANNESS II. Artikolu 4 Il-klassijiet ta’ qisien li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 93/25/KEE huma mniżżla f’L-Anness III. Artikolu 5 Il-piż tal-karkass li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 93/25/KEE hija mfissra fl-Anness IV. Artikolu 6 1. Skond l-artikolu 1(3) tad- Directive 93/25/KEE, l-Istati Membri imniżżla f’punt(a) tal-Anness V huma awtorizzati li jużaw is-sorsi amministrattivi minflok l-istħarriġ statistiku. 2. Skond l-artikolu 10(2) tad-Direttiva 93/25/KEE l-Istati Membri imniżżla f’punt (b) ta’ l-Anness V huma awtorizzati biex jużaw il-klassifikazzjoni bi klassijiet ta’ qies tal-merħla għar-riżultati finali ta’ snin biż-żewġ. Artikolu 7 Deċiżjoni Nru 94/434/KE hija mħassra. Riferenzi għal Deċiżjoni abbrogata għandhom jitqiesu bħala riferenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni imniżżla f’L-Anness VII. Artikolu 8 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Awissu 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 149, tal-21.6.93, p. 10. [2] ĠU L 10, tas-16.1.98, p. 28. [3] ĠU L 179, tat-13.7.94, p. 33. [4] Ara l-Anness VI. [5] ĠU L 220, tas-17.8.85, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Definizzjoni tal-kategoriji Nagħaġ u ħrief tan-nagħaġ impoġġija għall-kibx. Femminili ta’ l-ispeċi ovina li diġa kienu imħarfa darba kif ukoll dawk li tpoġġija għall-kibx għall-ewwel darba. Nagħaġ tal-ħalib Nagħaġ li huma miżmuma esklussivament jew prinċipalment biex jipproduċu l-ħalib għall-konsum uman u/jew għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-ħalib. Dawn jinkludu nagħaġ imħarfa tal-ħalib (kemm jekk huma imħaxxna kemm jekk mhumiex bejn l-aħħar darba li ġew maħluba u l-qatla tagħhom). Nagħaġ oħra Nagħaġ li mhumiex nagħaġ tal-ħalib. Ħrief Nagħaġ maskili jew femminili sa età ta’ tnax-il xahar. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Subdiviżjonijiet territorjali Belġju: | Région/Gewest | id-Danimarka: | — | il-Ġermanja: | Bundesländer | Greċja: | Ir-reġjuni tas-servizzi ta' l-Iżvilupp reġjonali | Spanja: | País Vasco Navarra La Rioja Aragón Cataluña Islas Baleares Castilla y Léon Madrid Castilla-La Mancha Il-ComunidadValenciana (ta' Valenza) Región de Murcia Extremadura Andalucía other Comunidades Autónomas | Franza: | —għal nagħaġ li ġejjin minn dawn ir-reġjuniMidi-PyrénéesPoitou-CharentesLimousinAquitaineProvence-Alpes-Côte d'AzurAuvergneother regions—għal mogħoż li ġejjin mir-reġjuni ta'Rhône-AlpesPoitou-CharentesCentre -Pays-de-la-LoireBourgogneMidi-Pyrénéesreġjuni oħra | l-Irlanda: | — | l-Italja: | —għal nagħaġ—għal mogħożReġjuniPiemonteLombardiaToscanaLazioCampagniaPugliaBasilicataCalabriaSiciliaSardegna | il-Lussemburgu: | — | l-Olanda: | Provincies | l-Awstrija: | Bundesländer | Il-Portugall: | Regiões | Il-Fillandja | Etelä-Suomi— Uusimaa Itä-Suomi Väli-Suomi Pohjois-Suomi | L-Isvezja | —għan-nagħaġ: 8 Riksområden—għal mogħoż:— | ir-Renju Unit: | Reġjuni Standard | -------------------------------------------------- L-ANNESS III TABELLA 1 Klassijiet ta' qisien ta' stokkijiet ta' nagħaġ miæmuma Kategoriji | detenturi tan-nagħaġ (Total) | detenturi tal-ħrief impoġġija għall-kibx u n-nagħaġ | detenturi ta' nagħaġ tal-ħalib u ħrief tan-nagħaġ tal-ħalib impoġġija għall-kibx | detentur of other ewes and ewe lambs put to the ram | Nagħaġ/detentur | Numru tad-detentur Number | Annimali 1000 | Ħrief impoġġija għall-kibx, nagħaġ/detentur | Numru tad-detentur | Annimali 1000 | nagħaġ tal-ħalib u ħrief tan-nagħaġ tal-ħalib impoġġija għall-kibx/detentur | Numru tad-detentur | Annimali 1000 | Other ewes and ewe lambs put to the ram/detentur | detentur Number | Annimali 1000 | | | | | | | | | I | 1-9 | | 1-9 | | 1-9 | | 1-9 | | II | 10-19 | | | | 10-19 | | | | 10-19 | | | | 10-19 | | | | III | 20-49 | | | | 20-49 | | | | 20-49 | | | | 20-49 | | | | IV | 50-99 | | | | 50-99 | | | | 50-99 | | | | 50-99 | | | | V | 100-199 | ≥ 100 | | | 100-199 | ≥ 100 | | | 100-199 | ≥ 100 | | | 100-199 | ≥ 100 | | | VI | 200-499 | | | 200-499 | | | 200-499 | | | 200-499 | | | VII | 500-999 | | | 500-999 | | | 500-999 | | | 500-999 | | | VIII | ≥ 1000 | | | ≥ 1000 | | | ≥ 1000 | | | ≥ 1000 | | | | Kopā | | | Kopā | | | Kopā | | | Kopā | | | Categories | detentur tal-mogħoż (Total) | detentur ta' nanny-goats u mogħoż li diġa kienu mħarfa | Total ta' mogħoż/detentur | Numru tad-detentur | Annimali 1000 | Nanny-goats u mogħoż li kienu diġà mħarfa/detentur | Numru tad-detentur | Annimali 1000 | | | | | | | I | 1-9 | | | 1-9 | | | II | 10-19 | | | | | 10-19 | | | | | III | 20-49 | | | | | 20-49 | | | | | IV | 50-99 | | | | | 50-99 | | | | | V | 100-499 | | ≥ 100 | | | 100-499 | | ≥ 100 | | | VI | 500-999 | | | | 500-999 | | | | VII | ≥ 1000 | | | ≥ 1000 | | | | Kopā | | | Kopā | | | -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Definizzjoni ta’ piż ta’ karkass Piż ta’ karkass huwa l-piż tal-ġisem kiesaħ ta’ annimal maqtul wara li jkun ġie skarnat, imqaxxar u jkun inqalagħlu l-ġewwieni, u wara li tkun tneħħielu r-ras (maqlugħha mill-atlanto-occipital joint) is-saqajn (maqlugħa mill-carpometacarpal jew tarso-metatarsal joints). Kliewi u xaħam tal-kliewi huma nklużi fil-karkass. -------------------------------------------------- L-ANNESS V (a) L-Istati Membri huma awtorizzati li jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ statistiku. (b) L-Istati Membri huma awtorizzati li juzaw analiżi bil-klassijiet ta’ qisien tal-merħla għar-riżultati finali ta’ snin biż-żewġ. -------------------------------------------------- L-ANNESS VI deċIżjoni mħassra b'emendi li ġew wara Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/434/EC | (ĠU L 179, tat-13.7.1994, p. 33) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/380/EC, l-Artikolu 3 only | (ĠU L 228, tat-23.9.1995, p. 25) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/47/EC, l-Artikolu 3 only | (ĠU L 15, ta' l-20.1.1999, p. 10) | -------------------------------------------------- L-ANNESS VII Tabella ta’ korrelazzjoni DEĊIŻJONI Nru 94/434/EC | DEĊIŻJONI Nru 94/434/KE | L-Artikolu 1 sa 6 | L-Artikolu 1 sa 6 | L-Artikolu 7 u 8 | — | — | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 8 | L-Anness I | L-Anness I | L-ANNESS II | L-ANNESS II | l-Anness III | l-Anness III | l-Anness IV | l-Anness IV | l-Anness V | l-Anness V | — | l-Anness VI | — | l-Anness VII | --------------------------------------------------