This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0169
2003/169/JHA: Council Decision 2003/169/JHA of 27 February 2003 determining which provisions of the 1995 Convention on simplified extradition procedure between the Member States of the European Union and of the 1996 Convention relating to extradition between the Member States of the European Union constitute developments of the Schengen acquis in accordance with the Agreement concerning the Republic of Iceland's and the Kingdom of Norway's association with the implementation, application and development of the Schengen acquis
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/169/JHA tas-27 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi liema disposizzjonijiet mill-Konvenzjoni ta' l-1995 dwar il-proċedura ssimplifikata ta' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta l-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni ta' l-1996 li għandha x'taqsam ma' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi żviluppi ta' l-acquis ta' Schengen skond il-Ftehim li jirrigwarda l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-aquis ta' Schengen
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/169/JHA tas-27 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi liema disposizzjonijiet mill-Konvenzjoni ta' l-1995 dwar il-proċedura ssimplifikata ta' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta l-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni ta' l-1996 li għandha x'taqsam ma' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi żviluppi ta' l-acquis ta' Schengen skond il-Ftehim li jirrigwarda l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-aquis ta' Schengen
ĠU L 67, 12.3.2003, pp. 25–26
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
Official Journal L 067 , 12/03/2003 P. 0025 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/169/JHA tas-27 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi liema disposizzjonijiet mill-Konvenzjoni ta' l-1995 dwar il-proċedura ssimplifikata ta' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta l-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni ta' l-1996 li għandha x'taqsam ma' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi żviluppi ta' l-acquis ta' Schengen skond il-Ftehim li jirrigwarda l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-aquis ta' Schengen IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(b), u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu, Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Renju ta' l-Isvezja [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Bil-għan li jinkisbu l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill stabbilixxa l-Konvenzjoni dwar il-proċeduri ssimplifikati ta' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [3] (minn issa ‘l quddiem imsejħa "il-Konvenzjni ta' l-Estradizzjoni"). [4] (2) Sabiex tiġi żgurata sitwazzjoni legali ċara u mingħajr ambigwità huwa meħtieġ li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet ta' hawn fuq u dawk tal-Kapitolu 4 tat-Titolu III tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni [5] (minn issa ‘l quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni ta' Schengen"), li kienu inkorporati ġewwa l-qafas ta' l-Unjoni Ewropea meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Amsterdam fl-1 ta' Mejju 1999. (3) Huwa meħtieġ ukoll li jiġu assoċjati r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja ma' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Etradizzjoni Ssimplifikata u wħud mid-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni li jikkostitwixxu żvilupp fl-acquis ta' Schengen u jidħlu fl-iskop ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti sabiex jiġi applikat il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jirrigwarda l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [6]. (4) Il-proċeduri ddikjarati fil-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jirrigwardaw l-assoċjazzjoni ta' dawn ta' l-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [7] (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Assoċhazzjoni") ġew osservati rigward din id-Deċiżjoni. (5) Meta r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja jiġu nnotifikati bl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 8(2)(a) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, dawn iż-żewġ Stati jridu jiġu mitluba, meta jgħarrfu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-twettiq tal-ħtiġiet kostituzzjonali tagħhom, li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet rilevanti u jagħtu n-notifiki rilevanti skond l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni Ssimplifikata u l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 13(2) tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni Ssimplifikata tikkostitwixxi żvilupp fid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 66 tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Artikolu 2 L-Artikoli 2, 6, 8, 9 u 13 tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzoni u l-Artikolu 1 tagħha, safejn u sakemm dan l-Artikolu huwa pertinenti għal dawn l-Artikoli l-oħra, jikkostitwixxu żvilupp fid-disposizzjonijiet ta' l-acquis tax- Schengen, u b'mod partikolari l-Artikoli 63 u 65 tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni Ssimplifikata għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Islanda u għan-Norveġja fl-istess data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 16(2) tagħha, jew, jekk din id-data tkun qabel l-1 ta' Lulju 2002, fid-data ta' din ta' l-aħħar. 2. Qabel ma tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar l-Estadizzjoni Ssimplifikata għall-Islanda jew in-Norveġja, l-Islanda u n-Norveġja jistgħu, meta jinnotifikaw it-twettiq tal-ħtiġiet kostituzzjonali tagħhom skond l-Artikolu 8(2) tal-Ftehim ta' Assoċazzjoni, jiddikjaraw illi dawn id-disposizzjonijiet japplikaw għar-relazzjonijiet tagħhom ma' l-Istati li jkunu għamlu l-istess dikjarazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jidħlu f'effett 90 jum wara d-data tad-depożitu tagħhom. 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, l-Artikoli 2, 6, 8, 9 u 13 tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Islanda u għan-Norveġja fid-data illi fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 18(3) tagħha, jew, jekk din id-data tkun qabel l-1 ta' Lulju 2002, fid-data ta' din ta' l-aħħar. 4. Qabel ma jidħlu fis-seħħ għall-Islanda jew in-Norveġja d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Estadizzjoni riferiti fil-paragrafu 3, l-Islanda u n-Norveġja jistgħu, meta jinnotifikaw it-twettiq tal-ħtiġiet kostituzzjonali tagħhom skond l-Artikolu 8(2) tal-Ftehim ta' Assoċazzjoni, jiddikjaraw illi dawn id-disposizzjonijiet japplikaw għar-relazzjonijiet tagħhom ma' l-Istati li jkunu għamlu l-istess dikjarazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jidħlu f'effett wara d-data tad-depożitu tagħhom. Artikolu 4 1. Fl-istess data li fiha l-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni Ssimplifikata tidħol fis-seħħ skond l-Artkolu 16(2) tagħha, għandu jitħassar l-Artkolu 66 tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Madankollu, din id-disposizzjoni għandha tissokta tapplika għat-talbiet ta' l-estradizzjoni ssottomessi qabel din id-data, għajr jekk l-Istati Membri interesati jkunu diġà applikaw il-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni Ssimplifikata bejniethom infushom skond id-dikjarazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 16(3) tagħha. 2. Fl-istess data li fiha l-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 18(3) tagħha, għandhom jitħassru l-Artkolu 61, l-Artkolu 62(1) u (2) u l-Artkoli 63 u 65 tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Madankollu, dawn id-disposizzjonijiet għandhom jissoktaw japplikaw għat-talbiet ta' l-estradizzjoni ssottomessi qabel din id-data, għajr jekk l-Istati Membri interessati jkunu diġà applikaw il-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni bejniethom infushom skond id-dikjarazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 18(4) tagħha. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2003. Għall-Kunsill Il-President M. Chrisochoïdis [1] ĠU C 195, tal-11.7.2001, p. 13. [2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Novembru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 78, tat-30.3.1995, p. 2. [4] ĠU C 313, tat-23.10.1996, p. 12. [5] ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 19. [6] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31. [7] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36. --------------------------------------------------