Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2086

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2086/2002 tal-25 ta’ Novembru ta’ l-2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli li għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 f’dak li għandu x’jaqsam mad-deskrizzjoni, l-għażla, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid

ĠU L 321, 26.11.2002, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0607

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2086/oj

32002R2086



Official Journal L 321 , 26/11/2002 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2086/2002

tal-25 ta’ Novembru ta’ l-2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli li għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 f’dak li għandu x’jaqsam mad-deskrizzjoni, l-għażla, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju ta’ l-1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 53 u 80 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 [3] jipprovdi għal perijodu li jiskadi bejn id-dħul tiegħu fis-seħħ u d-data minn meta għandu japplika, partikolarment l-1 ta’ Jannar ta’ l-2003, sabiex jippermetti lill-operaturi u lill-awtoritajiet ikkonċernati transizzjoni lixxa mir-regoli ta’ qabel, inkluż f’bosta Regolamenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq l-għażla u l-preżentazzjoni ta’ inbid u r-regoli ġodda dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(2) Sabiex ikun permess lill-Istati Membri iktar żmien sabiex jaġġornaw il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, wara ħafna diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet diversi kkonċernati u bejn dawk l-awtoritajiet u n-negozju, u sabiex l-operaturi ekonomiċi ma jiġux skomodati bil-miżuri li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ l-2003, i.e. fin-nofs tas-sena kurrenti ta’ l-inbid, u sabiex jipprovdu ċerti terzi pajjiżi bl-informazzjoni neċessarja fuq ir-Regolament il-ġdid, id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandha tkun posposta sal-bidu tas-sena ta’ l-inbid li jmiss.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu jkun emendat kif hemm bżonn.

(4) Il-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(2), "il-31 ta’ Diċembru ta’ l-2002" huwa sostitwit bi "l-31 ta’ Lulju ta’ l-2003".

(b) Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 49, "l-1 ta’ Jannar ta’ l-2003" huwa sostitwit bi "l-1 ta’ Awissu ta’ l-2003".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-25 ta’ Novembru ta’ l-2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10.

[3] ĠU L 118, ta’ l-4.5.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top