Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1050

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importi ta’ diski kompatti li wieħed jista’ jirrekordja fuqhom li joriġinaw fit-Tajwan

    ĠU L 160, 18.6.2002, p. 2–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/06/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1050/oj

    32002R1050



    Official Journal L 160 , 18/06/2002 P. 0002 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002

    tat-13 ta’ Ġunju 2002

    li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importi ta’ diski kompatti li wieħed jista’ jirrekordja fuqhom li joriġinaw fit-Tajwan

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], (minn issa ‘l quddiem imsejħa r-"Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. MIŻURI PROVIŻORJI

    (1) Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2479/2001 [2], (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala r-Regolament proviżorju), impona dazju proviżorju kontra d-dumping fuq importi ta’ diski kompatti li wieħed jista’ jirrekordja fuqhom (DK-R-ijiet) li jidħlu fil-kodiċi tan-NK ex85239000 (kodiċi TARIC 85239000*10) u li joriġinaw fit-Tajwan.

    (2) Huwa mfakkar li l-investigazzjoni ta’ fqigħ tas-suq u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2000 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala l-perjodu investigattiv jew PI). L-eżami ta’ xejriet rilevanti għall-analiżi ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1997 sa l-aħħar tal-PI (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-perjodu meqjus).

    B. PROĊEDURA SOSEGWENTI

    (3) Wara l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu mposti miżuri proviżorji kontra d-dumping, numru ta’ partijiet interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet li talbu dan ingħataw opportunita li jinstemgħu bil-fomm.

    (4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-istabbilizzazzjoni ta’ sejbiet definittivi.

    (5) Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat l-imposizzjoni ta’ dazji definittivi kontra d-dumping u l-ġbir definittiv ta’ ammonti garantiti permezz ta’ dazji proviżorji.

    (6) Ingħataw ukoll perjodu li fih ikunu jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

    (7) Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew meqjusa u, fejn xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew modifikati kif xieraq.

    (8) Wara l-adozzjoni ta’ miżuri proviżorji, żewġ kumpaniji, Nan Ya Plastics Corporation, Taipei u Rimma International Inc., Taipei fit-Tajwan, applikaw għal stat ta’ produttur esportatur ġdid u talbu li ma jiġux ittratati b’mod differenti mill-kumpaniji li koperaw fl-investigazzjoni. Madankollu, ladarba intuża kampjunar fl-investigazzjoni tad-dumping, reviżjoni ta’ esportatur ġdid skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku bil-għan ta’ stabbilizzazzjoni ta’ marġini individwali kontra d-dumping ma jistax jinbeda f’dan il-proċediment. L-eżami ta’ dawn it-talbiet flimkien max-xhieda addizzjonali provvduta minn dawn il-kumpaniji wera li wieħed minnhom biss, Nan Ya Plastics Corporation, wettaq il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li kieku kien japplika, jiġifieri:

    - li ma esportax il-prodott konċernat lill-Komunità matul il-PI,

    - li mhuwiex relatat lil xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fit-Tajwan li huma suġġetti għall-miżuri proviżorji kontra d-dumping, u

    - li attwalment esporta l-prodott konċernat lill-Komunità wara l-PI li fuqu huma bażati l-miżuri, jew li daħal f’obbligazzjoni kontrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantita sinifikanti lill-Komunità.

    F’dawn iċ-ċirkostanzi, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għal dan il-produttur esportatur ġdid u l-kumpaniji li qed jikkoperaw lil mhumiex inklużi fil-kampjun, Nan Ya Plastics Corporation ġie miżjud mal-lista ta’ kumpaniji suġġetti għar-rata tad-dazju medja mwieżna mniżżla f’lista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament proviżorju.

    Ċ. IL-PRODOTT MEQJUS U L-PRODOTT BĦALU

    1. Prodott meqjus

    (9) Meta titqies id-dehra simili ta’ diski kompatti li wieħed jista jirrekordja fuqhom (DK-R-ijiet) u diski kompatti re-writable (DK-RW-ijiet) li mhumiex koperti mill-investigazzjoni, dak li qed jilmenta, il-Kumitat ta’ Fabbrikanti Ewropej tad-DK-R (KFEDK), talab li l-prodott li qed jitqies (DK-R-ijiet) għandu jiġi distint minn DK-RW-ijiet sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kif suppost tad-dazji imposti.

    (10) In-natura tad-diska hija normalment imsemmija fuq id-diska nnifisha jew fuq il-pakkeġġ. Għalhekk, l-ebda speċifikazzjoni addizzjonali partikolari ma tidher meħtieġa. Fil-każ mhux mistenni li din l-identifikazzjoni tkun nieqsa, il-kulur tan-naħa mhux stampata tad-diska jagħti indikazzjoni tan-natura tal-prodott. DK-R-ijiet juru fuq in-naħat mhux stampati tagħhom jew kuluri jgħajtu (bħal blu ċar cyanine, phytalocyanine aħdar, isfar jew aħdar/isfar kombinat, fidda u deheb) jew azo blu skur. DK-RW-ijiet juru kulur griż skur b’riflettivita baxxa meta mqabbla ma DK-R-ijiet.

    (11) DK-R-ijiet li għandhom daqs li huwa iżgħar mid-dijametru standard ta’ 12 ċm, jidħlu fid-deskrizzjoni tal-prodott konċernat. Id-DK-R ta’ 8 ċm għandu kapaċita jew idoqq għal tul ta’ żmien anqas mill-DK-R standard ta’ 12 ċm. Xi DK-R-ijiet ta’ 8 ċm ġew adattati aktar biex jaqblu mad-daqs ta’ business card, imma l-karatteristiċi ta’ dan id-DK-R jibqgħu l-istess bħal DK-R ta’ 12 ċm, minkejja d-differenza fil-għamla tad-diska. It-tipi kollha msemmija ta’ DK-R iżgħar jistgħu jintużaw minn xi komputer personali bl-istess mod bħal DK-R ta’ 12 ċm. Għalhekk, id-DK-R ta’ 8 ċm u d-DK-R tat-tip business card huma t-tnejn koperti mill-investigazzjoni u mill-miżuri adottati.

    (12) Dak imsejjaħ minidisc, madankollu, għandu jkun distint minn DK-R-ijiet. Għalkemm il-minidisc huwa prodott ottiku li wieħed jista’ jirrekordja fuqu, bl-użu ta’ l-istess teknoloġija laser bħad-DK-R, fl-istess ħin jista’ jitħassar u huwa dejjem magħluq f’fixed housing, li jaqbel ma dak ta’ disketti ta’ 3,5pulzier. Il-kitba/qari fuq il-minidisc jeħtieġ tagħmir speċifiku (rekorder jew player tal-minidisc), li ma jiffurmawx parti minn kompjuter personali. Bil-ħsieb tad-differenzi f’karatteristiċi fiżiċi u minħabba li s-suq immirat huwa totalment differenti, il-minidisc mhuwiex kopert mill-miżuri adottati.

    (13) Xi partijiet iddikjaraw li d-definizzjoni tal-prodott konċernat fir-Regolament proviżorju ma tqisx il-fatt li tipi varji ta’ pakketti għal DK-R-ijiet jitfaċċaw fis-suq. Il-ħruġ ta’ pakketti, l-ispejjeż relatati ta’ produzzjoni u l-paragunar tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma’ importi mit-Tajwan huma trattati skond il-punt 2(b) "Undercutting tal-prezz" u skond il-punt 3(a) "Spiża ta’ produzzjoni u qligħ" ta’ Taqsima "G. Ħsara" ta’ dan ir-Regolament. Għandu jiġi notat li pakkjar huwa rilevanti biss fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ paragun tal-prezz u mhux għad-definizzjoni tal-prodott konċernat.

    (14) Bil-ħsieb ta’ dan imsemmi fuq, is-sejbiet proviżorji kif deskritt f’reċitazzjonijiet 9 u 10 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    2. Prodott simili

    (15) Fl-assenza ta’ xi kummenti ġodda, id-definizzjoni tal-prodott simili kif deskritt f’reċitazzjoni 11 tar-Regolament proviżorju, hija konfermata.

    D. KAMPJUNAR

    (16) L-ebda kummenti li jirrigwardja l-kampjunar ta’ produtturi esportaturi tat-Tajwan ma kienu rċevuti u, għalhekk, il-konklużjonijiet dikjarati f’reċitazzjonijiet (12) sa (18) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk konfermati.

    E. FQIGĦ TAS-SUQ

    1. Valur normali

    (17) Wara l-adozzjoni ta’ miżuri proviżorji, produttur esportatur wieħed talab l-esklużjoni ta’ l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (BĠ u A) tal-kumpanija relatata tiegħu fis-suq domestiku mill-ispejjeż totali BĠ u A użati fil-kors ordinarju ta’ test ta’ kummerċ u fil-bini ta’ valur normali. Il-produttur esportatur irraġuna li l-kumpanija relatata tiegħu twaqqaf biex isir negozju bl-internet, li jinvolvi spejjeż ta’ BĠ u A għoljin u sempliċiment sar involut, temporanjament, b’bejgħ tal-prodott konċernat biex igħinu jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Il-produttur esportatur iddikjara li kważi l-ispejjeż kollha ta’ BĠ u A tal-kumpanija relatata tiegħu ma kienux relatati mal-bejgħ tal-prodott konċernat. Talab ukoll lill-Kummissjoni biex ma tagħtix każ kompletament, għall-kalkoli ta’ fqigħ tas-suq, il-bejgħ domestiku tal-kumpanija relatata għall-istess raġunijiet.

    (18) F’dan ir-rigward, il-pretensjoni biex ma jingħatax każ kompletament tal-bejgħ domestiku u l-ispejjeż ta’ BĠ u A tal-kumpanija relatata ġiet irriġettata minħabba li ma setgħetx tiġi appoġġjata minn xi tagħrif verifikat. Madankollu, fl-istabbilizzazzjoni tal-valur normali l-Kummissjoni aċċettat li teskludi ċerti ammonti ta’ BĠ u A li ma ntwerewx li huma relatati ma’ bejgħ domestiku tal-prodott konċernat.

    (19) Żewġ produtturi esportatur iddikjaraw li l-Kummissjoni ma messhiex allokat l-ispejjeż kollha ta’ imgħax lill-prodott konċernat imma dawk biss relatati ma’ l-attivitajiet operazzjonali. Irraġunaw li investimenti fuq skond fit-tul u fuq skond qasir jiffurmaw parti mill-assi totali u jeħtieġu finanzjament u għalhekk, jinvolvu spejjeż li mhumiex relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat.

    (20) Din il-pretensjoni ġiet aċċettati minħabba li ntwera li ċerti spejjeż ta’ finanzjament ma jirrigwardjawx attivitajiet operazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat. L-ispejjeż ta’ BĠ u A kienu għalhekk riveduti qabel ma bdew jintużaw fil-kors ordinarju ta’ test ta’ kummerċ u fil-bini ta’ valur normali.

    2. Prezz ta’ esportazzjoni

    (21) L-ebda pretensjonijiet ma saru rigward l-istabbilizzazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni. Il-konklużjonijiet dikjarati f’reċitazzjoni 26 tar-Regolament proviżorju huma konfernati.

    3. Paragun

    (22) Tliet produtturi esportaturi dikjaraw li l-Kummissjoni proċediet għal paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni mingħajr ma jiġu trattati spejjeż ta’ pakkjar konsistentement bejn valur normali mibni u valur normali bbażat fuq prezzijiet attwali. Irraġunaw li ma kienx xieraq għall-Kummissjoni li jikkonsidra spejjeż ta’ pakkjar bħala rimunerazzjoni fil-każ tal-valur normali bbażat fuq prezzijiet imma li ma jikkonsidrahiex bħala rimunerazzjoni fil-każ ta’ valur normali kostrutt.

    (23) It-tliet produtturi esportaturi rraġunaw ukoll li spiża ta’ pakkjar kienet rimunerazzjoni mandatorja skond l-Artikolu 2(10)(f) tar-Regolament bażiku, meta differenzi jeżistu bejn l-ispejjeż ta’ pakkjar direttament relatati tal-valur normali u prezz ta’ esportazzjoni. Irraġunaw li fil-każ ta’ paragun tal-valur normali medju mwieżen mal-prezzijiet ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni individwali, il-Kummissjoni paragunat prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali nklużi spejjeż ta’ pakkjar individwali kull transazzjoni, ma’ valur normali kostrutt inkluż spiża medja mwieżna ta’ pakkjar ta’ esportazzjoni għall-istess tip ta’ prodott. It-tliet produtturi esportaturi għalhekk talbu t-tnaqqis ta’ spejjeż ta’ pakkjar mill-prezzijiet ta’ esportazzjoni kollha u bnew valur normali fuq l-istess bażi.

    (24) Rigward n-natura mandatorja allegata tar-rimunerazzjoni għal spejjeż ta’ pakkjar, huwa meqjus li rimunerazzjoni skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku tingħata biss meta jkun hemm differenzi f’fatturi, bħal pakkjar, li ma jħallux paragun bil-fier bejn valur normali u prezz ta’ esportazzjoni. Fil-fatt f’dan il-każ, il-valur normal mibni kien ibbażat fuq l-ispiża ta’ produzzjoni tat-tip esportat inkluż l-ispiża ta’ pakkjar tiegħu u, għalhekk, l-ebda differenza fl-ispejjeż ta’ pakkjar ma teżisti bejn il-prezz ta’ esportazzjoni u valur normali.

    (25) Madankollu, il-pretensjoni li tirrigwardja l-paragun ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali inkluż spejjeż ta’ pakkjar individwali b’valur normali mibni nkluż spiża medja mwieżna ta’ pakkjar ta’ esportazzjoni kull tip ta’ prodott kienet aċċettata. Għalhekk, għall-erba’ produtturi esportaturi li kienu esportaw tipi ta’ prodotti għal liema l-valur normali kellu jiġi mibni, il-bini ta’ valur normali ġie rivedut sabiex titqies spiża ta’ pakkjar ta’ esportazzjoni kull tip ta’ prodott u tip ta’ pakkjar.

    (26) Produttur esportatur wieħed iddikjara li l-Kummissjoni ma kienitx qieset fil-kalkoli ta’ fqigħ tas-suq ċerti tibdiliet fit-tipi ta’ pakkjar tal-bejgħ ta’ esportazzjoni tiegħu li saru matul il-vista ta’ verifikazzjoni.

    (27) Din il-pretensjoni ġiet aċċettata u t-tipi ta’ pakkjar kienu modifikati.

    4. Marġini ta’ fqigħ tas-suq

    (28) Żewġ produtturi esportaturi dikjaraw li l-Kummissjoni ma messhiex stabbiliet il-marġini ta’ fqigħ tas-suq fuq il-bażi ta’ paragun permezz ta’ tip ta’ prodott tal-valur normali medju mwieżen mal-prezzijiet tat-transazzjonijiet kollha individwali ta’ esportazzjoni minħabba li kkonsidraw ir-raġunar tal-Kummissjoni li tirrikorri għal dan il-metodu mhux suffiċjenti. Għalkemm iż-żewġ kumpaniji ammettew li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu sinifikament differenti fost perjodi ta’ żmien matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, irraġunaw li kien hemm xejra ta’ deklinazzjoni parallela għal prezzijiet dinjija, inklużi l-valuri normali u għal prezzijiet ta’ esportazzjoni u li għalhekk id-differenzi fi prezzijiet ta’ esportazzjoni m’għandhomx jitqiesu. Issuġġerew ukoll li paragun ta’ transazzjoni ma’ transazzjoni ta’ valur normali u prezz ta’ esportazzjoni messhom intużaw minflok.

    (29) Dawn l-argumenti ma ġewx aċċettati. Rigward il-paragun ta’ transazzjoni ma’ transazzjoni, huwa notat li l-Komunità ma tużax din il-metodoloġija minħabba li l-proċess ta’ għażla ta’ transazzjonijiet individwali sabiex isir paragun huwa meqjus imprattikabbli u arbitrarju wisq, għall-inqas f’każijiet bħal din, fejn eluf ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni u domestiċi eżistew. Ġie għalhekk konkluż li paragun ta’ transazzjoni ma’ transazzjoni ma jistax ikun metodu ta’ paragun alternattiv xieraq.

    (30) Sabiex jintuża paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ prezzijiet ta’ transazzjonijiet individwali ta’ esportazzjoni kuntrarju għal paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ medju mwieżen ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni, għandu jkun hemm sejba li prezzijiet ta’ esportazzjoni jiddiferixxu sinifikament fost xerrejja, reġjuni jew perjodi taż-żmien differenti u li l-użu taż-żewġ metodi ta’ paragun l-oħra, speċifikati fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, ma jirriflettux il-grad sħiħ ta’ fqigħ tas-suq. Rigward l-ewwel ħtieġa, instab li prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu sinifikament iqsar matul it-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni meta paragunati ma l-ewwel nofs u din is-sejba ma kienitx miftiehma mill-produtturi esportaturi konċernati. Madankollu, ikkonstestaw jekk id-differenza fi prezzijiet kienitx tikkostitwixxi mudell, li huma allegaw li kien ir-riżultat ta’ waqgħa mad-dinja kollha fi prezzijiet inkluż valuri normali. Kien kunsidrat li d-deklin fi prezzijiet ta’ esportazzjoni ikkostitwixxa mudell għal żewġ raġunijiet: L-ewwel, minħabba li d-deklin ipprevala matul it-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni; u t-tieni, minħabba fil-kobot tiegħu, li nstab li huwa sostanzjali ħafna u f’xi każijiet laħaq il 50 %. Rigward id-dikjarazzjoni li d-differenzi fi prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu minħabba f’xejriet mad-dinja kollha fi prezzijiet inkluż valuri normali, dan kien ikkonsidrat irrilevanti minħabba li l-analiżi xierqa trid issir fuq prezzijiet ta’ esportazzjoni lill-Komunità. Ġie notat ukoll li l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku jeħtieġ turija ta’ mudell ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni u mhux spjega ta’ għaliex dan il-mudell eżista.

    (31) F’relazzjoni mal-ħtieġa li jiġi muri li paragun biss ta’ valur normali medju mwieżen ma’ prezzijiet tat-transazzjoni individwali kollha ta’ esportazzjoni se jirrifletti l-grad sħiħ ta’ fqigħ tas-suq, huwa xieraq li jiġi notat li l-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija tat marġini ta’ fqigħ tas-suq sinifikament aktar għoli minn paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ prezzijiet ta’ esportazzjoni medju mwieżna, li ma jqisux l-effett tad-deklin sinifikanti ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni fil-Komunità matul it-tieni nofs tal-PI. Għalhekk, minbarra jekk paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni ikun intuża, id-dumping sinifikament aktar għoli jew immirat li seħħ matul it-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni kien ikun moħbi b’mod mhux xieraq permezz ta’ l-użu ta’ paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ prezzijiet ta’ esportazzjoni medju mwieżna. Kien ukoll xieraq li jiġi rifless fil-kalkolu ta’ fqigħ tas-suq, permezz ta’ paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni, il-fatt li prezzijiet ta’ esportazzjoni fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ‘l isfel mill-ispiża ta’ produzzjoni u għalhekk ikkostitwixxew forma predatorja ta’ fqigħ tas-suq.

    (32) L-istess żewġ produtturi esportaturi riferiti fir-rapporti tal-Pannell u l-Appellate Body fil-każ ta’ bjankerija tas-sodda Indjana quddiem il-Korp tal-Ftehim li jaqta’ l-Kwistjoni ta’ l-ODK (KFK) u iddikjaraw li l-hekk imsejjaħ "zeroing ta’ marġini negattivi kontra d-dumping" mhuwiex permess meta jiġu kalkolati marġini ta’ fqigħ tas-suq ibbażati fuq paragun ta’ valur normali medju mwieżen ma’ transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni.

    (33) Rigward il-każ ta’ KFK kwotat, huwa notat li l-metodoloġija kunsidrata mill-Pannell u l-Appellate Body kienet differenti mill-metodoloġija wżata fl-investigazzjoni presenti. Il-KFK ma adottax xi rakkomandazzjoni li tirrigwardja paragun ta’ valur normali medju mwieżen mat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni. F’kull każ, sakemm u safejn huwa konċernat "zeroing", huwa notat li jekk din il-prattika ma ntużatx, paragun ta’ valur normali medju mwieżen mat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni permezz tat-tip ta’ prodott u paragun tal-valur normali medju mwieżen ma’ medju mwieżen ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni permezz tat-tip ta’ prodott jagħti l-istess marġini ta’ fqigħ tas-suq. F’dan il-każ, il-metodoloġija dikjarata fl-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, biex jiġi paragunat valur normali medju mwieżen mat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni issir żejda (redundant). Barra minn hekk, fil-każ ta’ fqigħ tas-suq immirat, "zeroing" jippermetti li jiġi evitati li marġini posittivi ta’ fqigħ tas-suq fuq bejgħ li jifqa’ s-suq jiġu moħbija minn marġini negattivi ta’ fqigħ tas-suq. Għalhekk, il-pretensjoni li "zeroing" mhuwiex permess meta jiġiparagunat valur normali medju mwieżen mat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.

    (34) Marġini ta’ fqigħ tas-suq ġew stabbiliti kif dikjarat f’reċitazzjonijiet 28 sa 33 tar-Regolament proviżorju. Il-paragun tal-valur normali medju mwieżen kull tip ta’ prodott, rivedut kif xieraq, mal-prezz ta’ esportazzjoni medju mwieżen kull tip ta’ prodott fuq bażi li ħiereġ mill-fabbrika għal żewġ kumpaniji fil-kampjun, u bil-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ meta joħroġ mill-fabbrika tat-transazzjonijiet individwali kollha ta’ esportazzjoni għat-tliet kumpaniji l-oħra fil-kampjun, wera l-eżistenza ta’ fqigħ tas-suq għall-produtturi esportaturi kollha investigati inklużi fil-kampjun.

    (35) Wara li sar tibdil fil-kalkoli bi qbil mas-sejbiet notati hawn fuq, il-marġini ta’ fqigħ tas-suq tal-kumpaniji investigati ġew riveduti ftit. Din ir-reviżjoni ma affettwatax l-għażla ta’ metodoloġija dikjarata f’reċitazzjonijiet 28 u 29 tar-Regolament proviżorju li hija hawnhekk konfermata. B’konsegwenza, il-marġini medju mwieżen ta’ fqigħ tas-suq kalkolat għall-kumpaniji li jikkoperaw mhux inklużi fil-kampjun skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku ġie rivedut ukoll. Il-kalkoli riveduti affettwaw ukoll il-marġini ta’ fqigħ tas-suq stabbilit għall-kumpaniji li ma jikkoperawx. Il-marġini definittivi ta’ fqigħ tas-suqbħala persentaġġ tal-prezz tad-dazju ta’ importazzjoni mhux imħallas p.a.t huma kif ġej:

    — Auvistar Industry Co. | 17,7 % |

    — Princo Corporation | 29,9 % |

    — Prodisc Technology Inc. | 17,7 % |

    — Ritek Corporation | 17,7 % |

    — Unidisc Technology Co. | 17,7 % |

    — Produtturi esportaturi li qed jikkoperaw li mhumiex fil-kampjun | 19,2 % |

    — Produtturi esportaturi li mhux qed jikkoperaw | 38,5 %. |

    F. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (36) Fl-assenza ta’ xi tagħrif ġdid dwar l-industrija tal-Komunità, is-sejbiet proviżorji kif deskritt f’reċitazzjonijiet 35 sa 38 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    G. ĦSARA

    1. Konsum tal-Komunità

    (37) Fl-assenza ta’ xi tagħrif ġdid, is-sejbiet proviżorji li jirrigwardjaw konsum tal-Komunità kif abbozzat f’reċitazzjonijiet 40 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    2. Importi konċernati

    (a) Volum, prezz u sehem tas-suq ta’ importi li joriġinaw fit-Tajwan

    (38) Fl-assenza ta’ xi tagħrif ġdid dwar il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq ta’ importi ta’ DK-R-ijiet li joriġinaw fit-Tajwan, is-sejbiet proviżorji kif deskritt f’reċitazzjonijiet 41 sa 43 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    (b) Undercutting tal-prezz

    (39) Numru ta’ partijiet staqsew jekk l-ippakkjar kien meqjus kif suppost għall-kalkoli ta’ undercutting tal-prezz. Pretensjoni speċifika waħda, li l-produtturi esportaturi tat-Tajwan joffru għażla aktar wiesgħa ta’ pakkjar mill-industrijat tal-Komunità, hija ndirizzata f’punt 3(a) "Spiża ta’ produzzjoni u qligħ" tat-Taqsima "G. Ħsara" ta’ dan ir-Regolament.

    (40) F’termini ta’ undercutting tal-prezz, għandu jiġi notat li l-paragun bejn prezzijiet ta’ bejgħ fis-suq tal-Komunità ta’ DK-R-ijiet prodotti mill-industrija tal-Komunità u dawk prodotti u importati mit-Tajwan sar biss għal DK-R-ijiet li t-tnejn għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi (f’termini ta’ tip ta’ fatti magħrufa (data) maħżuna, kapaċita ta’ ħażna, saff riflettiv u jekk id-DK-R kienx stampat jew le) kif ukoll li għandhom pakkjar identiku.

    (41) Ġie dikjarat li DK-R-ijiet importati fil-Komunità li joriġinaw fit-Tajwan u d-DK-R-ijiet prodotti mill-industrija tal-Komunità ma setgħux jiġu paragunati minħabba f’differenzi fil-patentat. Taħt din il-pretensjoni prodott ta’ l-industrija tal-Komunità, li ntqal li huwa patentat tipikament, jattratta primjum ta’ prezz paragunat ma’ prodott mhux patentat tat-Tajwan.

    (42) L-investigazzjoni wriet li l-patentat jinfluwenza biss konsumaturi meta l-prezz tal-bejgħ huwa simili, sabiex waqt li l-konsumaturi mhumiex lesti li jħallsu primjum għal prodott patentat jistgħu jiġu nklinati li jagħżluh meta prezzijiet huma l-istess.

    (43) Produtturi tal-Komunità jbigħu biss prodotti patentati u mhux patentati, għalkemm anke dawn ta’ l-aħħar huma normalment patentati skond l-ispeċifikazzjonijiet u ma’ l-isem tal-klijent li jbigħ bl-imnut. L-investigazzjoni ma żveltax xi differenzali fil-prezz bejn bejgħ patentat u mhux patentat lil bejjiegħa bl-imnut. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi tat-Tajwan aġixxew b’ eżatti l-istess mod, ibigħu skond il-patentat tagħhom jew għall-ispeċifikazzjoni tal-klijent. Prodotti mibjugħa fis-suq taħt isem patentat, li l-konsumatur iqis bħala bbażat fuq il-Komunità, kienu spiss jinstabu li huma fabbrikati fit-Tajwan.

    (44) Bil-ħsieb ta’ dan imsemmi fuq, is-sejbiet proviżorji fuq undercutting tal-prezz u l-marġini ta’ undercutting medju ta’ 29 % kif deskritt f’reċitazzjonijiet 44 u 47 tar-Regolament proviżorju, huma konfermati.

    3. Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (a) Spiża ta’ produzzjoni u qligħ

    (45) Ġie dikjarat li l-produtturi esportaturi tat-Tajwan joffru għażla aktar wiesgħa ta’ pakkjar mill-industrija tal-Komunità u r-Regolament proviżorju ma pprovdiex spjega suffiċjenti dwar l-effett ta’ pakkjar fuq l-ispiża tal-produzzjoni.

    (46) Għalkemm l-investigazzjoni wriet li kien hemm varjeta wiesgħa ta’ tipi ta’ pakkjar li ġew aġġornati regolarment wara sforzi ta’ bejgħ fis-suq, il-kategoriji prinċipali li ġejjin setgħu jiġu distinti. Huma mqegħda f’ordni skond l-ispiża medja li tiżdied ta’ spiża ta’ produzzjoni matul il-PI biċ-ċifra bejn parenteżi li tindika d-differenzi fl-ispiża f’forma bl-indiċi. Kuntrarju għall-pretensjoni li l-produtturi esportaturi tat-Tajwan joffru għażla aktar wiesgħa ta’ pakkjar mill-industrija tal-Komunità, huwa konfermat li l-istess tipi ta’ pakkjar huma offruti miż-żewġ kategoriji msemmija fuq ta’ supplenti fis-suq tal-Komunità, l-għażla stabbilita mill-istess kategorija ta’ konsumaturi mhux relatati, jiġifieri klijenti li jbigħu bl-imnut.

    (47) DK-R-ijiet mibjugħa bil-massa (100) [3] huma mwassla bil-baħar b’mod tipiku fuq żrarar (spindles), li huma mezzi tal-plastik li fuqhom jiġu mqegħda (stacked) numru ta’ DK-R-ijiet. L-iżrarara (spindle) sħiħa b’ DK-R-ijiet hija f’ħafna każijiet miksija bis-cellophane. Il-prodott bil-massa jista’ madankollu jkun sempliċement gozz (stack) miksi bis-cellophane ta’ DK-R-ijiet, mingħajr l-iżrarara (spindle).

    (48) DK-R-ijiet jistgħu jinbigħu wkoll f’hekk imsejjħa kaxxi tal-kejk (144), li jistgħu jiġu deskritti bħala żrarar (spindles) li fuqhom għatu tal-plastik huwa screwed sabiex jikiseb prodott magħluq qisu kontenitur.

    (49) Il-kaxxa tal-ġojjelli, akkompanjata minn ktejjeb (200), kienet il-mezz mifrux l-aktar wiesgħa ta’ pakkjar matul il-PI. Din l-għamla kienet ukoll dik li wieħed jiltaqa’ magħha l-aktar fil-każ ta’ bejgħ ta’ DK-ijiet reġistrati tal-mużika. Fenomenu aktar riċenti huwa l-kaxxa rqiqa (174) li tiddiferixxi mill-kaxxa tal-ġojjelli li fiha il-parti s-sewda ta’ ġewwa,fejn jitwaħħal id-DK-R, huwa mwaħħal, fl-istess ħin isservi bħala n-naħa ta’ wara tal-kaxxa. Ir-riżultat huwa kaxxa li hija approssimament ta’ ħxuna n-nofs tal-kaxxa tal-ġojjelli orġinali.

    (b) Impjieg, produttivita u salarji

    (50) L-ispiża medja ta’ impjieg kull impjegat u l-produttivita ġew kalkolati mill-ġdid sabiex titqies il-korrezzjoni taċ-ċifri ta’ impjieg għall-1997 għal produttur wieħed ta’ l-industrija tal-Komunità. Dak il-produttur kien issottometta ċifri ta’ l-aħħar tas-sena li jinkludu ħarrieġa għal żieda fil-kapaċita ta’ produzzjoni minflok ekwivalenti full time għal medju ta’ kull sena.

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (= PI) |

    Indiċi ta’ impjieg | 427 | 623 | 877 | 1037 |

    Indiċi | 100 | 146 | 205 | 243 |

    Spiża medja ta’ impjieg kull impjegat fl-indiċi ta’ EUR ’000 | 25,0 | 27,7 | 31,5 | 30,7 |

    Indiċi | 100 | 111 | 126 | 123 |

    Produttivita ta’ DK-ijiet kull Indiċi ta’ impjegat | 45300 | 137500 | 240000 | 311200 |

    Indiċi | 100 | 304 | 530 | 687 |

    (51) L-ispiża medja ta’ salarju kull impjegat żdiedet b’23 % fuq il-perjodu kunsidrat, f’linja ma’ l-indexation normali ta’ salarji għall-għoli tal-ħajja kif ukoll l-ispiża ta’ taħriġ u l-impjieg ta’ personal speċjalizzat ġdid biex jopera makkinarju addizzjonali. It-tnaqqis bejn l-1999 u l-2000 jista’ jiġi attribbwit għall-fatt li personal ġodda ġew impjegati prinċipalment fid-dipartimenti ta’ pakkjar, fejn salarji medji aktar baxxi u xogħol temporanju jipprevalu, minħabba li din l-attivita teħtieġ personal inqas kwalifikat teknikament.

    (52) L-istabbilizzazzjoni definittiva taż-żieda ta’ spiża medja ta’ impjieg kull impjegat bil-23 % tbiddel iċ-ċifra ta’ 39 % msemmija f’reċitazzjoni 64 tar-Regolament proviżorju.

    4. Konklużjoni meta ssir ħsara

    (53) B’referenza għar-Regolament proviżorju, huwa mfakkar li l-volum ta’ importi bi prezzijiet baxxi mit-Tajwan żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kunsidrat. Is-sehem tas-suq żdied minn 6.3 % sa 60,1 % u l-prezzijiet ta’ importazzjoni tagħhom tnaqqas b’medju ta’ 73 %. Is-suq tal-Komunità ġie dominat minn importi mit-Tajwan, li bbenefikaw konsiderevolment aktar mill-evoluzzjoni favorevoli ta’ domanda Komunitarja għal DK-R-ijiet mill-industrija tal-Komunità f’termini ta’ bejgħ u sehem tas-suq.

    (54) Iż-żieda ta’ volumi ta’ importi u deklin fil-prezz tal-bejgħ kienu partikolarment iktar qawwija bejn l-1999 u l-PI. Dawn l-importi qatgħu l-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità b’medju ta’ 29 % matul il-PI u eżerċitaw pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ fis-suq tal-Komunità. Il-kobor tad-dumping mill-produtturi esportaturi tat-Tajwan instab li huwa sinifikanti. L-ebda fattur ieħor ma nstab li jaffettwa prezzijiet domestiċi.

    (55) Xi indikaturi ekonomiċi li jappartjenu għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, bħal ma huma l-produzzjoni ta’ DK-R-ijiet, kapaċita ta’ produzzjoni stallata, volum ta’ bejgħ, mixi ta’ flus kontanti, impjieg u produttivita, wrew żviluppi konsiderevoli matul il-perjodu kunsidrat. Madankollu, dawn l-iżviluppi f’termini relattivi, jiġifieri b’riferenza għas-suq li qed jespandi b’mod mgħaġġel, kienu inqas qawwija milli seta kien mistenni. Ir-rata ta’ utilizzazzjoni ta’ kapaċita żdiedet sa’ l-1999, imma naqqset matul il-PI għal 86 %. Matul il-perjodu kunsidrat, il-prezzijiet medji ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità niżżlu konsiderevolment.

    (56) L-industrija tal-Komunità oriġinarjament bniet sehem tas-suq ta’ 16,8 % fl-1998, imma sosegwentement tilfet parti minn dak is-sehem tas-suq lil importaturi tat-Tajwan, bil-kisba ta’ 12,6 % matul il-perjodu tal-PI. Diffikultajiet li l-industrija tal-Komunità tiltaqa’ magħhom biex tikseb bejgħ proġettat f’suq li jespandi wasslu għal ħażna konsiderevoli matul il-PI. Ritorn negattiv fuq investimenti matul il-PI wassal lill-industrija tal-Komunità biex tippostponi jew tikkanċella deċiżjonijiet ġodda ta’ investiment għal kobot (extent) akbar.

    (57) Minkejja ż-żieda ta’ l-ispiża medja ta’ salarju kull impjegat, l-industrija tal-Komunità kisbet qligħ fl-1999 bħala konsegwenza tat-tnaqqis fl-ispiża sħiħa ta’ produzzjoni. Madankollu, aktar tnaqqis ta’ spejjeż ma kienux biżżejjed biex jikkumpensaw għat-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta’ bejgħ, li wassal għal telfiet finanzjarji matul il-PI.

    (58) L-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Komunità ġiet prevjenuta milli tipparteċipa fit-tkabbir tal-suq tal-Komunità, li l-programmi ta’ investiment tagħha għal DK-R-ijiet kienu sinifikament imnaqqsa minħabba fi prezzijiet ta’ bejgħ li qegħdin fi stat ta’ deklinazzjoni, li l-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha ġew undercut minn produtturi esportaturi tat-Tajwan b’medju ta’ 29 %, li soffriet telfiet finanzjarji matul il-PI u ltaqgħet ma’ diffikultajiet fiż-żieda ta’ aktar fondi.

    (59) Bil-ħsieb ta’ dan imsemmi fuq, il-konklużjonijiet kif dikjarat f’reċitazzjonijiet 66 u 71 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    H. KAĠUN

    1. Effett ta’ l-importi li jifqgħu s-suq

    (60) Ġie allegat li l-assenza ta’ tkabbir suffiċjenti f’termini ta’ produzzjoni, bejgħ u sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità m’għandhiex tiġi attribbwita għal importi mit-Tajwan, imma għall-utilizzazzjoni ta’ kapaċita għolja tagħha matul l-1999 u l-PI, li ma tħallix lill-industrija tal-Komunità tagħmel bejgħ żejjed jew tikseb sehem tas-suq addizzjonali.

    (61) Għandu jiġi mfakkar li l-utilizzazzoni tal-kapaċita ta’ l-industrija tal-Komunità deklinat mill-91,8 % fl-1999 sa 86,3 % fil-PI. Barra minn hekk, kif imsemmi f’reċitazzjoni 55 tar-Regolament proviżorju, ħażniet żdiedu sinifikament lejn l-aħħar ta’ l-1999 u sa punt akbar lejn l-aħħar tal-PI. Matul il-PI, produzzjoni ta’ DK-R-ijiet qabżet il-bejgħ b’approssimament 40 miljun unitajiet, li wassal għal ħażniet fl-aħħar tas-sena li rrappreżentaw aktar minn 20 % ta’ produzzjoni fis-sena ta’ DK-R-ijiet. Dan jindika biċ-ċar li r-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċita ma setgħetx ikkawżat in-nuqqas ta’ tkabbir ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (62) Ġie dikjarat ukoll li kull ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità kienet konsegwenza tan-nuqqas tagħha li tadatta għal prezzijiet tas-suq dinjija. Ġie rraġunat ukoll li l-pressjoni ‘l isfel fuq prezzijiet kienet riżultat tal-kapaċita żejda ta’ produzzjoni eżistenti fid-dinja kollha. F’dan il-kuntest ġie dikjarat li prattikament l-ebda investimenti addizzjonali riċenti fil-kapaċita ta’ produzzjoni ta’ DK-R ma kienu saru, meta jitqiesu l-livelli ta’ prezz estremament baxxi.

    (63) Partijiet interessati ma jipprovdux xi xhieda li tappoġġja l-allegazzjoni li kien hemm prezz ta’ bejgħ ta’ riferenza fid-dinja kollha wieħed jew aktar għal DK-R-ijiet. Fl-istima ta’ din l-allegazzjoni, għandu jiġi notat li l-investigazzjoni wriet li skond is-suq ta’ esportazzjoni DK-R-ijiet jistgħu jinbiegħu taħt għamla waħda ta’ pakkjar aħjar minn oħra. Kif dikjarat skond ir-reċitazzjonijiet 39 sa 44 ta’ dan ir-Regolament, dan l-ippakkjar għandu impatt serju fuq l-ispiża ta’ produzzjoni u għalhekk jista’ jispjega għaliex livelli ta’ prezz ġenerali jistgħu ivarjaw sinifikament skond it-tip ta’ pakkjar u skond is-suq tad-destinazzjoni. Għalhekk mingħajr dettalji li jikkonċernaw it-taħlita ta’ tipi ta’ prodott ta’ DK-R-ijiet kull suq ta’ destinazzjoni, l-ebda analiżi ta’ prezz bis-sens ma jista’ jsir fid-dinja kollha. Barra minn hekk, id-dikjarar ta’ prezz ta’ importazzjoni minn produtturi esportaturi tat-Tajwan fis-suq tal-Komunità f’livell aktar baxx mill-ispiża ta’ produzzjoni tagħhom stess ikkawżat pressjoni ‘l isfel fil-livell tal-prezz tal-Komunità li l-industrija tal-Komunità tista’ ssegwi biss permezz ta’ bejgħ b’telf matul il-PI.

    (64) Kif imsemmi f’reċitazzjoni 58 ta’ dan ir-Regolament, l-industrija tal-Komunità naqqset sinifikament l-investimenti tagħha minħabba f’deterjorazzjoni ta’ prezzijiet ta’ bejgħ fis-suq tal-Komunità. B’kuntrast, produtturi esportaturi tat-Tajwan li operaw fuq bażi tad-dinja kollha komplew jespandu l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħhom minkejja r-riżultat ta’ prezz tas-suq mhux favorevoli. Ibbażata fuq tagħrif disponibbli, kapaċita ta’ produzzjoni posseduta minn ċittadini mit-Tajwan fil-PI kopriet aktar mid-domanda totali stmata tas-suq dinji, li żdiedet b’84 % paragunata ma’ l-1999. Din iż-żieda fil-kapaċita minn produtturi mit-Tajwan tissuġġerixxi, li, almenu ikkontribwixxew huma stess għal kapaċita żejda. Barra minn hekk, iż-żieda f’kapaċita mit-Tajwan timplika li l-pretensjoni li tikkonċerna l-assenza ta’ investimenti f’kapaċita ta’ produzzjoni ta’ DK-R-ijiet m’għandhiex bażi.

    (65) Fuq bażi ta’ dawn il-fatti u konsiderazzjonijiet, il-pretensjonijiet msemmija fuq huma riġettati.

    2. Importazzjonijiet ta’ DK-R-ijiet minn pajjiżi oħra

    (66) Is-sehem tas-suq f’importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqas minn 78,8 % sa 21,3 % matul il-perjodu kunsidrat. Il-Ġappun u Singapore huma l-akbar esporaturi lill-Komunità b’ishma tas-suq ta’ 9,5 % u 2,7 % rispettivament matul il-PI.

    (67) Ġie osservat li l-prezz ta’ importazzjoni Ġappuniż fil-Komunità naqas aktar f’daqqa matul il-perjodu kunsidrat mill-prezz tat-Tajwan Il-prezz ta’ importazzjoni Ġappuniż, li kien sa 53 % ‘l fuq mill-prezz ta’ importazzjoni tat-Tajwan fil-perjodu 1997 sa 1999, kien biss 26 % għola milli matul il-PI. Għalhekk kien allegat li t-tnaqqis f’daqqa ta’ prezzijiet ta’ importazzjoni Ġappuniżi fil-Komunità matul il-perjodu kunsidrat ikkontribbwixxa għall-pressjoni ‘l isfel fuq prezzijiet fis-suq tal-Komunità.

    (68) Huwa mfakkar li prezzijiet Ġappuniżi kienu dejjem sinifikament aktar għolja minn dawk ta’ produtturi esportaturi tat-Tajwan matul il-perjodu kunsidrat. Għalkemm il-kwantitajiet importati mill-Ġappun żdiedu minn 53 miljun DK-R-ijiet sa 192 miljun DK-R-ijiet matul il-perjodu kunsidrat, is-sehem tas-suq Ġappuniż fis-suq tal-Komunità niżel minn 33 % sa 9,5 %. L-impatt tagħhom fis-suq kien għalhekk ħafna aktar limitat minn dak ta’ DK-R-ijiet tat-Tajwan li jifqgħu is-suq bi qligħ baxx.

    (69) Esportazzjonijiet mit-Tajwan sal-Ġappun laħqu s-87 miljun DK-R-ijiet matul il-PI u saru bi prezz medju ta’ 0,42 EUR kull DK-R, li huwa 26 % ‘l fuq mill-prezz ta’ esportazzjoni medju tat-Tajwan lill-Komunità. Dan il-prezz jikkorrespondi eżattament għall-prezz ta’ importazzjoni medju ta’ DK-R-ijiet ta’ orġini Ġappuniża fil-Komunità. Jidher għalhekk li l-livell tal-prezz tat-Tajwan fis-suq tal-Komunità huwa partikolarment baxx.

    (70) DK-R-ijiet importati minn Singapore daħlu fil-Komunità bi prezzijiet aktar baxxi mill-importazzjonijiet mit-Tajwan, madankollu s-sehem tas-suq tagħhom niżel minn 14,2 % sa 2,7 % matul il-perjodu kunsidrat. It-tagħrif disponibbli jindika wkoll li produttur wieħed ta’ DK-R jiddomina s-suq tas-Singapore f’termini ta’ produzzjoni domestika u esportazzjonijiet lill-Komunità u li din il-kumpanija hija relatata ma’ produttur ta’ DK-R ieħor lokat fil-Komunità. Matul il-perjodu kunsidrat, it-tnejn li huma biegħu DK-R-ijiet lil sister sales company terza fil-Komunità, li bigħet fis-suq id-DK-R-ijiet taħt isem patentat. Fuq din il-bażi, ma jistax jitqies li t-transazzjonijiet ta’ bejgħ magħmula mill-produttur esportatur prinċipali tas-Singapore lill-Komunità saru fuq kondizzjonijiet at arm’s length.

    (71) Huwa mfakkar li importi li jifqgħu is-suq mit-Tajwan bi prezzijiet baxxi żammew 60 % tas-suq tal-Komunità matul il-PI. Fid-dawl ta’ kemm it-tnaqqis tas-sehem tas-suq Ġappuniż kif ukoll il-livell tal-prezz ta’ importi mill-Ġappun fis-suq tal-Komunità, huwa meqjus li importi mill-Ġappun ma setgħux ikkontribbwixxew aktar milli insinifikament lejn il-pressjoni ‘l isfel fis-suq tal-Komunità.

    3. Ekonomiji ta’ skala

    (72) Intalbet aktar kjarifika rigward l-ekonomiji ta’ skala, msemmija f’reċitazzjoni 56 tar-Regolament proviżorju, u aktar speċifikament ġie allegat li l-produtturi esportaturi tat-Tajwan setgħu jiksbu spiża aktar baxxa ta’ produzzjoni kull DK-R mill-industrija tal-Komunità minħabba fid-daqs medju akbar tal-kumpaniji tagħhom. L-ekonomiji ta’ skala realizzati mill-produtturi esportaturi tat-Tajwan kienu għalhekk rilevanti biex jiġi spejgat id-differenzali tal-prezz bejn id-DK-R-ijiet prodotti fit-Tajwan u fil-Komunità.

    (73) Kien fil-fatt stabbilit li d-daqs medju tal-fabbrika tal-produtturi esportaturi tat-Tajwan li ttieħdu bħala kampjun matul il-PI kien ta’ 530 miljun DK-R-ijiet kull sena, paragunat ma’ medja ta’ 40 miljun DK-R-ijiet kull sena għall-industrija tal-Komunità. Madankollu, il-linji ta’ produzzjoni stallati fil-kumpaniji kollha huma fabbrikati mill-istess kumpaniji f’jew il-Ġermanja, fl-Isvizzera jew fil-Ġappun u huma ta’ daqs komparabbli. Prodotturi esportaturi tat-Tajwan fuq medja sempliċement stallaw aktar linji ta’ produzzjoni mill-produtturi tal-Komunità. Huwa għalhekk meqjus li l-ebda ekonomija ta’ skala ma setgħet inkisbet fuq dawn l-ispejjeż fissati.

    (74) Huwa, madankollu, ta’ siwi li jissemma li l-fattur determinanti għall-ispiża ta’ produzzjoni huwa n-numru ta’ DK-R-ijiet li jistgħu jiġu prodotti minn linja ta’ produzzjoni msemmija f’ċertu perjodu taż-żmien. L-ispiża ta’ akkwist tal-makkinarju baqgħet stabbli biżżejjed fuq il-perjodu kunsidrat, imma l-l-qadi tax-xogħol żdied fuq medja minn 10 DK-R-ijiet kull minuta fl-1997 sa 25 DK-R-ijiet kull minuta fl-2000. Din iż-żieda f’effiċjenza ippermettiet lill-industrija tal-Komunità li tnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni.

    (75) F’kumpanija msemmija kien tipiku li wieħed jiltaqa’ ma ġenerazzjonijiet differenti ta’ makkinarju bl-investimenti ġodda jirrappreżentaw l-aħjar qadi tax-xogħol waqt li, investimenti oħra kienu diġa skrappjati parzjalment jew kompletament. Il-ħajja (lifetime) ekonomika massima teoretika tal-makkinarju hija ta’ ħames snin, għalkemm hija probabbilment iqsar fil-prattika. Dan il-mudell mhuwiex differenti għall-produtturi esportaturi tat-Tajwan milli għall-industrija tal-Komunità. Linja ta’ produzzjoni lin nxtrat fis-sena 2000 fuq medja tippermetti produzzjoni ta’ approssimament miljun DK-R-ijiet kull xahar, paragunat ma’ 400000 DK-R-ijiet kull xahar għal linja ta’ produzzjoni stallata fl-1997.

    (76) L-ebda xhieda ma ġiet provvduta mill-produtturi esportaturi tat-Tajwan li juru u jikkwantifikaw kull ekonomija ta’ skala allegata jiġifieri li daqs ta’ fabbrika akbar b’aktar linji stallati, iwassal għal spiża ta’ fabbrikazzjoni aktar baxxa kull DK-R. Il-produtturi esportaturi tat-Tajwan ma nstabux per eżempju li jibbenifikaw minn xi vantaġġi speċifiċi rigward l-ispejjeż ta’ xiri ta’ materji primi, lanqas ma jippretendu l-eżistenza ta’ dan il-vantaġġi.

    (77) F’kull każ, għandu jiġi sottolineat li anke jekk din l-ispiża ta’ fabbrikazzjoni aktar baxxa kull DK-R teżisti, dan ma jiġġustifikaw l-imġieba ta’ fqigħ tas-suq ta’ l-esportaturi tat-Tajwan. L-ekonomiji allegati ta’ skali għalhekk ma jbiddlux ir-rabta każwali bejn DK-R-ijiet importati mit-Tajwan li jifqgħu s-suq u l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità.

    4. Konklużjoni dwar kaġun

    (78) Bħala konklużjoni, huwa konfermat li l-ħsara materjali ta’ l-industrija tal-Komunità ġiet ikkaġunata mill-importi konċernati li jifqgħu s-suq, Il-ħsara materjali hija karatterizzata mill-fatt li l-industrija tal-Komunità ma tħallietx tipparteċipa fit-tkabbir tas-suq, li l-programmi ta’ investiment għal DK-R-ijiet kellhom jitnaqqsu sinifikament minħabba fix-xejra ta’ deklinazzjoni ta’ prezzijiet ta’ bejgħ, li l-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità ġew maqtugħa (undercut) fuq medja ta’ 29 % minn importi mit-Tajwan bi prezzijiet baxxi li jifqgħu s-suq, li soffriet telfiet finanzjarji matul il-PI u kellha diffikultajiet fil-ħolqien ta’ aktar fondi.

    (79) L-ebda pretensjonijiet oħra ma saru rigward l-impatt tal-fatturi diskussi f’reċitazzjonijiet 77 sa 94 tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, ġie konkluż li l-effett ta’ l-iżvilupp tal-konsum tal-Komunità, l-importi minn pajjiżi terzi oħra, l-attivita ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, ix-xiri ta’ DK-R-ijiet minn pajjiżi terzi mill-industrija tal-Komunità u l-adattament ta’ teknoloġija ta’ veloċita għolja, fuq l-iżviluppi negattivi ta’ l-industrija tal-Komunità f’termini ta’ utilizzazzjoni ta’ kapaċita, bini ta’ ħażniet, prezzijiet ta’ bejgħ, sehem tas-suq, profitabilita, investimenti, ritorn fuq investiment u l-abilita li jinħoloq kapital kien prattikament mhux eżistenti.

    Meta titqies l-analiżi, li ddistingwiet kif suppost u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importi li jifqgħu s-suq, huwa hawnhekk konfermat li dawn il-fatturi l-oħra ma jaqilbux il-fatt li l-ħsara stmata trid tiġi attribbwita lill-importi li jifqgħu s-suq. Huwa meqjus ukoll li importi ta’ DK-R-ijiet li joriġinaw fit-Tajwan kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u li l-effett ta’ fatturi oħra, prinċipalment importi minn pajjiżi terzi inkluż il-Ġappun ma kienx li jbiddel is-sejba ta’ relazzjoni ġenwina u sostanzjali ta’ kaġun u effett bejn l-importi li jifqgħu s-suq mit-Tajwan u l-ħsara materjali soffruta mill-industrija tal-Komunità.

    I. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    1. Interess ta’ l-industrija tal-Komunità

    (80) Fl-assenza ta’ xi tagħrif ġdid dwar l-interess ta’ l-industrija tal-Komunità, is-sejbiet proviżorji kif deskritt f’reċitazzjonijiet 98 sa 100 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    2. Interess ta’ importaturi

    (81) Ġie dikjarat li l-fatt li l-importaturi li qed jikkoperaw ta’ DK-R-ijiet mit-Tajwan ma setgħux ikopru l-ispejjeż overhead fuq il-bażi ta’ marġini ta’ kontribuzzjoni ta’ kummerċ normali applikat għall-prezzijiet baxxi tas-suq matul il-PI huwa indikazzjoni li importi tat-Tajwan mhumiex responsabbli għall-pressjoni ‘l isfel fuq prezzijiet. Dan jindika wkoll li l-imposizzjoni ta’ dazji kontra d-dumping mhijiex se tkun fl-interess ta’ importaturi.

    (82) Madankollu, l-ebda xhieda li tissosstanzja din il-pretensjoni ma ġiet provvduta u l-eżami mill-ġdid tal-fatti magħrufa (data) disponibbli ikkonferma li l-volum li qed jiżdied u prezzijiet li qed jonqsu ta’ importi ta’ DK-R-ijiet li joriġinaw fit-Tajwan ikkawżaw effett ‘l isfel fuq il-prezzijiet tas-suq tal-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-marġini ta’ kummerċ normali magħmul mill-importaturi li qed jikkoperaw ibbażata fuq prezzijiet aktar baxxi ta’ DK-R-ijiet ma tax kopertura suffiċjenti ta’ spejjeż overhead, li wassal għal telfiet matul il-PI. Barra minn hekk, it-tnaqqis ta’ prezzijiet tas-suq seħħ b’rata li l-importaturi ġew iffaċċjati b’deterjorazzjoni mgħaġġla ta’ valur ta’ merkanzija fi transitu, li ħolqot sitwazzjoni li fiha l-prezz tax-xiri qabżet kultant il-prezz eventwali ta’ bejgħ.

    (83) Għandu jiġi notat ukoll li l-ebda importatur ma ġie biex jikkontradixxi s-sejbiet proviżorji tal-Kummissjoni. Huwa meqjus li kondizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Komunità jservu l-interess ta’ importaturi billi jirrestawraw il-livell ta’ prezz ta’ bejgħ adegwat fis-suq tal-Komunità.

    (84) Bil-ħsieb ta’ dan imsemmi fuq, is-sejbiet proviżorji kif deskritt f’reċitazzjonijiet 101 u 102 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    3. Interess ta’ utenti u konsumaturi

    (85) Fl-assenza ta’ xi tagħrif ġdid dwar l-interess ta’ utenti u konsumaturi, is-sejbiet proviżorji kif deskritt f’reċitazzjonijiet 103 sa 105 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

    4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

    (86) Bil-ħsieb ta’ dan imsemmi fuq, il-konklużjoni proviżorja kif deskritt f’reċitazzjoni 107 tar-Regolament proviżorju hija konfermata, jiġifieri li ma hemm l-ebda raġunijiet obbligatorji fuq il-bażi ta’ interess tal-Komunità biex ma jiġux imposti miżuri definittivi kontra d-dumping.

    J. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D-DUMPING

    1. Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

    (87) Ġie dikjarat li l-marġini ta’ profitt qabel it-taxxa ta’ 8 % imsemmi f’reċitazzjoni 110 tar-Regolament proviżorju u użat fl-istabbilizzazzjoni tal-prezz li ma jagħmilx ħsara kien għoli b’mod mhux raġunevoli.

    (88) Dan il-marġini li seta jinkiseb b’mod raġunevoli fuq kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ġie bbażat fuq stima ta’ l-impatt fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità tal-grad sa fejn l-esportaturi tat-Tajwan faqgħu s-suq b’DK-R-ijiet fis-suq tal-Komunità, il-livelli ta’ prezz ta’ importi ta’ importi li ma jifqgħux is-suq minn pajjiżi terzi u l-qligħ meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż finanzjarji ta’ l-investimenti li jsiru mill-industrija tal-Komunità. L-analiżi tħalliet tikkonkludi li 8 % kien livell raġunevoli ta’ marġini ta’ profitt qabel it-taxxa.

    (89) F’kull każ, għandu jiġi notat li l-miżuri definittivi kontra d-dumping huma bbażati fuq il-marġini ta’ fqigħ tas-suq fl-applikazzjoni tar-regola tad-dazju l-aktar baxx.

    2. Miżuri definittivi kontra d-dumping

    Pajjiż | Kumpanija | Ir-Rata tad-dazju |

    it-Tajwan | Acer Media Technology Inc. | 19,2 % |

    Auvistar Industry Co. Ltd | 17,7 % |

    Digital Storage Technology Co. | 19,2 % |

    Gigastore Corporation | 19,2 % |

    Lead Data Inc. | 19,2 % |

    Megamedia Corporation | 19,2 % |

    Nan Ya Plastics Corporation | 19,2 % |

    Postech Corporation | 19,2 % |

    Princo Corporation | 29,9 % |

    Prodisc Technology Inc. | 17,7 % |

    Ritek Corporation | 17,7 % |

    Unidisc Technology Inc. | 17,7 % |

    Il-kumpaniji l-oħra | 38,5 % |

    (90) Ir-rati kontra d-dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importi ta’ prodott li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodott importat prodott minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi entitajiet relatati ma dawk imsemmija speċifikament, ma jistax jibbenefika minn dawn ir-rati u għandu jkun suġġett għar-rata tad-dazju applikabbli għall-"kumpaniji l-oħra kollha".

    (91) Kull pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju kontra d-dumping tal-kumpaniji individwali (p.e. wara bdil fl-isem ta’ l-entita jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ) għandha tiġi ndirizzata lill-Kummissjoni [4] fil-pront mat-tagħrif kollu rilevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta ma’ produzzjoni, bejgħ domestiku u ta’ esportazzjoni assoċjati ma’ p.e. dak il-bdil fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, se temenda dan ir-Regolament kif mistħoqq billi taġġorna l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali.

    (92) Ladarba intuża kampjunar fl-investigazzjoni tad-dumping, reviżjoni ta’ esportatur ġdid skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku bil-għan ta’ stabbilizzazzjoni ta’ marġini individwali kontra d-dumping ma jistax jinbeda f’dan il-proċediment. Madankollu, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għal kull produttur esporatur tat-Tajwan u l-kumpaniji li qed jikkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, huwa meqjus li disposizzjoni għandha ssir għad-dazju medju mwieżen impost fuq il-kumpaniji msemmija l-aħħar li jrid jiġi applikat lil kull produttur esporatur ġdid tat-Tajwan li għalih l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku ikun japplika.

    3. Ġbir ta’ dazji proviżorju

    (93) Bil-ħsieb tal-kobor tal-marġini li jifqgħu s-suq li nstabu għall-produtturi esportaturi, u fid-dawl tas-serjeta tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus meħtieġ li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju proviżorju kontra d-dumping skond ir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru definittivament sal-punt ta’ l-ammont ta’ dazji definittivi imposti jekk dan l-ammont huwa ugwali jew aktar baxx mill-ammont tad-dazju proviżorju. Inkella, l-ammont biss tad-dazju proviżorju għandu jinġabar definittivament.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dazju definittiv kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importi ta’ diski kompatti li wieħed jista’ jirrekordja fuqhom (DK-R-ijiet), korrentement klassifikabbli fil-kodiċi tan-NK ex85239000 (kodiċi TARIC 85239000*10), li joriġinaw fit-Tajwan.

    2. Ir-rata ta’ dazju definittiv kontra d-dumping applikabbli għall-prezz nett b’xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż | Kumpanija | Ir-Rata tad-dazju | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |

    it-Tajwan | Acer Media Technology Inc., 29 Jianguo E. Road, Gueishan, Taoyuan 333, Taiwan, R.O.C. | 19,2 % | A298 |

    Auvistar Industry Co. Ltd, 21, Tung-Yuan Road, Chung-Li Industrial Park, Taiwan R.O.C. | 17,7 % | A299 |

    Digital Storage Technology Co., Ltd, No 42, Kung 4 Rd, Linkou 2nd Industrial Park, Taipei Hsien, Taiwan R.O.C. | 19,2 % | A300 |

    Gigastore Corporation, 2, Kuang Fu South Rd, Hsinchu Industrial Park, Hsinchu, Taiwan R.O.C. | 19,2 % | A301 |

    Lead Data Inc., No 23, Kon Yeh 5th Rd, Hsinchu Industrial Park Fu Kou Hsiang, Hsinchu Hsien, Taiwan R.O.C. | 19,2 % | A302 |

    Megamedia Corporation, No 13, Kung Chien Rd, Chi-Tu District, Keelung, Taiwan R.O.C. | 19,2 % | A303 |

    Nan Ya Plastics Corporation, 201, Tung Hwa N. Road, Taipei, Taiwan R.O.C. | 19,2 % | A361 |

    Postech Corporation, No 42, Kuang Fu South Road, Hsinchu Industrial Park, Hsinchu Hsien, Taiwan R.O.C. | 19,2 % | A304 |

    Princo Corporation, No 6, Creation 4th Rd, Science-based Industrial Park, Hsinchu, Taiwan R.O.C. | 29,9 % | A305 |

    Prodisc Technology Inc., No 13, Wu-Chuan 7th Rd, Wu-Ku Industrial District, Wu-Ku County, Taipei, Taiwan R.O.C. | 17,7 % | A306 |

    Ritek Corporation, No 42, Kuanfu N. Road, Hsinchu Industrial Park, Taiwan 30316 R.O.C. | 17,7 % | A307 |

    Unidisc Technology Co., Ltd, 4F, No 543, Chung-Cheng Rd., Hsin-Tien, Taipei, Taiwan, R.O.C. | 17,7 % | A308 |

    Il-kumpaniji l-oħra kollha | 38,5 % | A999 |

    3. Minbarra jekk speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Fejn kull produttur esportatur ġdid fit-Tajwan jipprovdi xhieda suffiċjenti lill-Kummissjoni li:

    - ma esportax lill-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2000),

    - mhuwiex relatat lil xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fit-Tajwan li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imposti minn dan ir-Regolament,

    - li attwalment esporta l-prodotti konċernati lill-Komunità wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bażati l-miżuri, jew li daħal f’obbligazzjoni kontrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantita sinifikanti lill-Komunità.

    Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta sottomessa lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) billi jżid il-prodottur esporatur ġdid lill-kumpaniji suġġetti għar-rata tad-dazju medja mwieżna mniżżla f’lista f’dak l-Artikolu.

    Artikolu 3

    L-ammonti garantiti permezz tad-dazju proviżorju kontra d-dumping fuq importi li joriġinaw fit-Tajwan skond ir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru bir-rata tad-dazju definittivament imposta minn dan ir-Regolament. Ammonti garantiti li jaqbżu r-rata definittiva ta’ dazji kontra d-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Rajoy Brey

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.2000, p. 2).

    [2] ĠU L 334, tat-18.12.2001, p. 8.

    [3] Indiċi bażiċi = 100

    [4] Kummissjoni EwropeaDirettorat-Ġenerali KummerċDirettorat BB - 1049 Brussel.

    --------------------------------------------------

    Top