Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0812

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2002 tas-16 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid

ĠU L 132, 17.5.2002, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/812/oj

32002R0812



Official Journal L 132 , 17/05/2002 P. 0014 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2002

tas-16 ta’ Mejju 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/200 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 63 u 72 tiegħu,

Billi:

(1) Importazzjonijiet ta’ inbid taħt il-konċessjonijiet previsti fi ftehim ma’ ċerti pajjiżi terzi huma suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ attestazzjonijiet, maħruġa minn korpi uffiċjali jew korpi li għandhom l-għarfien uffiċjali miż-żewġ partijiet fil-kuntratt u li jidhru fuq listi mħejjija flimkien, bl-effett li l-inbid inkwistjoni jkun jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-konċessjonijiet.

(2) L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi tal-korpi uffiċjali jew ta’ dawk li għandhom għarfien uffiċjali li jkunu jipproponu biex joħorġu attestazzjonijiet bħal dawk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tħejji u tibdel dawk il-listi mal-pajjiżi terzi ikkonċernati. Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ dawk il-korpi, il-listi għandhom jiġu pprovduti f’forma addattata u fuq mezz addattat.

(3) Il-miżuri li għalihom jiddisponi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-Kapitolu li ġej qiegħed b’dan jiddaħħal fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 [3]:

"Il-KAPITOLU VIIa

DISPOŻIZZJONIJIJIET SPEĊIFIĊI DWAR L-ESPORTAZZJONI

L-Artikolu 34a

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi tal-korpi uffiċjali jew ta’ dawk li għandhom għarfien uffiċjali li huma jipproponu biex joħorġu l-attestazzjonijiet li jagħtu prova li l-inbid inkwistjoni jkun jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim ma’ pajjiżi terzi.

2. Il-Kummissjoni għandha taġixxi għan-nom tal-Komunità fit-tħejjija u l-bdil, flimkien mal-pajjiż terz konċernat, tal-lista tal-korpi awtorizzati biex iħejju l-attestazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u ċ-ċertifikat ekwivalenti maħruġ mill-pajjiż terz ikkonċernat.

3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-lista imsemmija fil-paragrafu 2 f’forma u b’mezz li hi tqis addattat."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10.

[3] ĠU L 128, ta’ l-10.5.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top