Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0507

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2002 tal-21 ta’ Marzu 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2331/97 dwar kundizzjonijiet speċjali għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoniazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 79, 22.3.2002, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/10/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0903

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/507/oj

    32002R0507



    Official Journal L 079 , 22/03/2002 P. 0012 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2002

    tal-21 ta’ Marzu 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2331/97 dwar kundizzjonijiet speċjali għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoniazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Filwaqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 13(12) u l-Artikolu 22 miġjub fih,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2331/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2882/2000 [4], jistipula kriterji dwar kwalità li għandhom jintlaħqu għall-għotja ta’ rifużjonijiet dwar l-esportazzjoni għal xi prodotti tal- laħam tal-majjali.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3846/87 tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura għall-prodotti agrikulturali għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni [5] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 488/2002 [6], jelenka l-prodotti tal-laħam tal-majjali li fuqhom jistgħu jingħataw ir-rifondi fuq l-esportazzjoni.

    (3) Il-kodiċijiet tal-prodotti elenkati f’L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2331/97 għandhom jinġiebu konformi mal-emendi reċenti tar-Regolament (KE) Nru 3846/87 u għandhom jiġu stabbiliti kriterji dwar kwalità għall-prodotti koperti mill-kodiċijiet KN 16024110, 16024210 u 16024919.

    (4) Il-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tal-majjali ma tax opinjoni fit-terminu stabbilit miċ-Chairman tiegħu,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-entrati dwar il-kodiċijiet KN 16024110, 16024210 u 16024919 f’L-Anness I tar- Regolament (KE) Nru 2331/97 huma permezz tal-preżenti sostitwiti fl-Anness ta’ hawn.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jgħodd għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni li saret applikazzjoni għalihom mit-8 t’ April 2002.

    Magħmul f’ Brussell, fil-21 ta’ Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5.

    [3] ĠU L 323, tas-26.11.1997, p. 19.

    [4] ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 72.

    [5] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

    [6] ĠU L 76, tad-19.3.2002, p. 11.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kodiċi KN | Deskrizzjoni tal-Oġġetti | Kodiċi tal-prodott | Kundizzjonijiet |

    ex1602 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreżervat, frattalji tal-laħam jew demm: | | |

    – Tal-majjali: | | |

    ex160241 | – – Perżut u qtajja' minnu: | | |

    ex16024110 | – – – Tal-majjali domestiċi: | | |

    – – – – Imsajjar, li fih 80 % mill-piż jew aktar ta' laħam jew xaħam: | | |

    | – – – – – F' imballaġġ immedjat, b' piż nett ta' 1 kg jew aktar | 160241109110 | Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta' massimu 4,3 |

    | – – – – – F' imballaġġ immedjat, b' piż nett ta' 1 kg jew aktar | 160241109130 | Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta' massimu 4,3 |

    ex160242 | – – Spallejn u qtajja' minnhom | | |

    ex16024210 | – – – Tal-majjali domestiċi: | | |

    – – – – Imsajjar, li fih 80 % mill-piż jew aktar ta' laħam jew xaħam: | | |

    | – – – – – F' imballaġġ immedjat, b' piż nett ta' 1 kg jew aktar | 160242109110 | Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta' massimu 4,5 |

    | – – – – – F' imballaġġ immedjat, b' piż nett ta' 1 kg jew aktar | 160242109130 | Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta' massimu 4,5 |

    ex160249 | – – Oħrajn, inklużi majjali: | | |

    – – – Tal-majjali domestiċi: | | |

    – – – – Li fih 80 % piż jew aktar laħam jew frattalji tal-laħam, ta' kull tip, inkluż xaħam ta' kull tip jew oriġini: | | |

    ex16024919 | – – – – – Oħrajn: | | |

    | – – – – – Imsajjar, li: | | |

    | – – – – – – – Li ma fihx laħam jew frattalji tat-tajr: | | |

    | – – – – – – – – Li fih prodott kompost minn biċċiet li jingħarfu ta' laħam tal-muskoli li, minħabba d-daqs tagħhom ma jistgħux jiġu identfikati bħala li ġew akkwistati minn perżut,spallejn, ġenbejn jew kullari, flimkien ma' partikoli żgħar ta' xaħam viżibbli u kwantitajiet żgħar ta' depożiti tal-ġelatina | 160249199130 | Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta' massimu 4,5 |

    --------------------------------------------------

    Top