Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0076

    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 76/2002 tas-17 ta’ Jannar 2002 li jdaħħal sorveljanza Komunitarja minn qabel fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u l-azzar koperti bit-Trattati tal-KEFA u tal-KE li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi

    ĠU L 16, 18.1.2002, p. 3–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/76/oj

    32002R0076



    Official Journal L 016 , 18/01/2002 P. 0003 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 76/2002

    tas-17 ta’ Jannar 2002

    li jdaħħal sorveljanza Komunitarja minn qabel fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u l-azzar koperti bit-Trattati tal-KEFA u tal-KE li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 519/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerri pajiżi terzi li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [3], kif l-aħħar emendati bir-Regolamnent (KE) Nru 1138/98 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

    Il-konsultazzjonijiet saru ġewwa l-kumitati stabbiliti skond ir-Regolamenti riferiti hawn fuq,

    Billi:

    (1) Skond ir-Regolamenti (KE) Nru 3285/94 u (KE) Nru 519/94 il-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea tal-Faħam u l-Azzar huma bla ħsara għar-regoli komuni dwar l-importazzjonijiet, u huwa għalhekk meħtieġ illi jiġu adottati l-arranġamenti għas-sorveljana Komunitarja rigward il-prodotti tal-KEFA skond dawn ir-Regolamenti.

    (2) Is-sitwzzjoni fis-suq ta’ l-azzar ħżienet b’mod konsiderevoli fis-sena 2001 taħt l-impatt magħqud ta’ numru ta’ fatturi, l-ewliena fosthom il-waqgħa mmarkata fl-ekonomija dinjija evidenti mill-bidu tas-sena u r-reċessjoni li bdiet taffettwa wħud mill-ekonomiji, inkluża dik ta’ l-Istati Uniti, fl-aħħar nofs tas-sena.

    (3) Is-suq ta’ l-azzar ma kienx stabbli wkoll minħabba l-inċertezza u l-ilqugħ għat-telf ikkawżati mill-possibbiltà ta’ restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fis-suq ta’ l-Istati Uniti wara l-investigazzjoni ta’ salvagward "Taqsima 201" ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-Istati Uniti.

    (4) Jekk ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet jiġu attwalment applikati fis-suq ta’ l-Istati Uniti, x’aktarx li jikkawżaw ċaqliqiet maġġuri fl-istruttura tal-kummerċ internazzjonali, u b’mod partikolari l-bdil tad-direzzjoni tal-kummerċ lejn is-suq Komunitarju. Din il-liwja tista’ tagħmel ħsara serja lill-industrija Komunitarja ta’ l-azzar.

    (5) L-indikaturi Komunitarji disponibbli u l-estimi għas-sena 2001 juru ix-xejriet li ġejjin:

    (A) Il-Produzzjoni. Il-produzzjoni fil-Komunità ta’ l-azzar mhux maħdum fis-sena 2001 hija mistennija li tlaħħaq il-159 miljun tunnellata metrika. Dan l-estmu huwa mhux biss 2,5 % iktar baxx mill-produzzjoni fis-sena 2000 (163 miljun tunnellata metrika), imma huwa iktar baxx ukoll mil-livelli rreġistrati fis-sena 1997 (159,4 miljun tunnellata metrika) u fis-sena 1998 (159,7 miljun tunnellata metrika).

    (B) L-Importazzjonijiet L-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħadid u l-azzar tal-KEFA ġewwa l-Komunità mill-pajjiżi terzi kollha sejrin jissoktaw bl-istess b’mod apprezzabbli bħal fis-sena 2000, għal madwar 25 miljun tunnellata metrika. Bħala paragun, l-importazzjonijiet Komunitarji għal dawn il-prodotti laħqu t-total ta’ 12,2 miljun tunnellata metrika fis-sena 1996. Dan ifisser illi l-importazzjonijiet Komunitarji ta’ l-azzar iktar minn irduppjaw fl-aħħar ħames snin.

    (Ċ) L-Esportazzjonijiet. F’livell probabbli ta’ madwar 21 miljun tunnellata metrika, l-esportazzjonijiet Komunitarji tal-prodotti tal-ħadid u l-azzar tal-KEFA fis-sena 2001 huma madwar 8 % iktar baxxi mis-sena ta’ qabel. Bħala paragun, l-esportazzjonijiet Komunitarji għal dawn il-prodotti ammontaw għal 28 miljun tunnellata metrika fis-sena 1996. L-esportazzjonijiet Komunitarji lejn l-Istati Uniti u l-Kanada ntlaqtu severament b’mod partikolari, billi waqgħu għal 36 % u 32 % rispettivament. Din ix-xejra trid teħżien fis-sena 2002 jekk jiddaħħlu r-restrizzonijiet fis-suq ta’ l-Istati Uniti. Għas-sena 2001 kollha, il-Komunità hija mistennija li tkun importatur nett tal-prodotti tal-ħadid u ta’ l-azzar, b’defiċit kummerċjali li jaqbeż l-4 miljun tunnellata metrika. Fis-sena 1996, il-Komunità rreġistrat eċċess kummerċjali fl-ordni ta’ 15,8 miljun tunnellata metrika.

    (D) Il-Prezzijiet. il-prezzijiet tal-prodotti tal-ħadid u l-azzar fis-sena 2001 kienu 18 % iktar baxxi fil-medja mis-sena 2000.

    (6) Ġaladarba l-iskop ta’ l-investigazzjoni tas-salvagward tat-Taqsima 201 tinkludi l-pajpijiet u t-tubi, ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà ta’ restrizzjonijiet mill-Istati Uniti fuq dawn il-podotti. Is-sorveljanza minn qabel għandha għalhekk tiġi estiża għall-pajpijiet u t-tubi.

    (7) L-istatistiċi Komunitarji dwar il-kummerċ barrani ma jkunux disponibbli fil-perjodi taż-żmien stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 [5], kif emendat bir-Regolament 1669/2001 [6].

    (8) L-interessi Komunitarji jeħtieġu illi l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u ta’ l-azzar għandhom ikun bla ħsara għas-sorveljanza Komunitarja minn qabel sabiex jiġi pprovdut it-tagħrif statistiku li jippermetti analiżi mħaffa tax-xejriet ta’ l-importazzjonijiet.

    (9) It-tlestija tas-suq intern teħtieġ illi l-formalitajiet li jridu jiġu mwettqa mill-importaturi Komunitarji jkunu identiċi kulfejn l-oġġetti jistgħu jiġu kklerjati.

    (10) Ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandhom jintgħamlu bla ħsara għal dokument tas-sorveljana li jilħaq kriterji uniformi.

    (11) Dan id-dokument għandu, fuq applikazzjoni sempliċi mill-importatur, ikun endorsjat mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri ġewwa ċertu perjodu taż-żmien imma mingħajr ma l-importatur b’hekk jakkwista dritt għall-importazzjoni. Id-dokument għandu għalhekk ikun validu biss sakemm jibqgħu bla mibdula r-regoli ta’ l-importazzjoni.

    (12) Id-dokumenti tas-sorveljanza maħruġa bil-għanijiet tas-sorveljanza Komunitarja jridu jkun validi ġewwa l-Komunità kollha, mingħajr ma jingħata kas ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ.

    (13) L-Istati Membri u l-Kumissjoni għandhom jiskambjaw fis-sħiħ kemm jista’ jkun it-tagħrif li jirriżulta mis-sorveljana Komunitarja.

    (14) Il-ħruġ tad-dokumenti tas-sorveljanza, filwaqt li bla ħsara għall-kondizzjonijiet standard fil-livell Komunitarju, irid ikun ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali.

    (15) Għandu jingħad mill-ġdid illi għal ċerti prodotti tal-ħadid u l-azzar il-ħruġ ta’ dokument tas-sorveljanza huwa bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ dokument ta’ l-esportazzjoni skond l-arranġamenti stabbiliti ġewwa l-qafas tal-ftehim tal-kontroll doppju ma’ ċerti pajjiżi terzi, u r-Regolament preżenti ma japplikax għall-prodotti li joriġinaw f’dawk il-pajjiżi li huma bla ħsara għal din is-sistema tal-kontrolli doppji,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Mill-1 ta’ Jannar 2002 ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ġewwa l-Komunità tal-prodotti tal-ħadid u l-azzar koperti bit-Trattati dwar il-KEFA u dwar il-KE elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għas-sorveljanza Komunitarja minn qabel skond l-Artikoli 1 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 3285/94 u l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 519/94. Dan japplika għall-importazzjonijiet li joriġinaw fl-istati kollha mhux membri għajr il-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi li huma partijiet fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u t-Turkija. Il-prodotti li huma bla ħsara għall-ftehim dwar il-kontroll doppju stabbilit bejn pajjiż mhux membru u l-Komunità għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti b’dan il-ftehim u mhux għal dan ir-Regolament.

    2. Il-klassifika tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament hija msejsa fuq in-nomenklatura Komunitarja tat-tariffi u ta’ l-istatistika (minn issa ’l quddiem imsejħa n-"nomenklatura magħquda", jew fil-għamla mqassra ta’ "NM"). L-oriġini tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu sabbiliti skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità.

    Artikolu 2

    1. Ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1 għandu jkun bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ dokument tas-soreveljanza maħruġ mill-awtoritajiet rilevanti ta’ Stat Membru.

    2. Id-dokument tas-sorveljanza riferit fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ awtomatikament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, mingħajr ħlas u għall-kwantitajiet mitluba, fi żmien ħamest ijiem tx-xogħol mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni minn kull importatur Komunitarju, kulfejn jista’ jkun stabbilit fil-Komunità. Din l-applikazzjoni għandha titqies li tkun ġiet irċevuta mill-awtorità kompetenti nazzjonali mhux iktar tard minn tlitt ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni, għajr jekk ippruvat xorta oħra.

    3. Dokument tas-sorveljanza maħruġ minn waħda mill-awtoritajiet elenkati fl-Anness II għandu jkun validu ġewwa l-Komunità kollha.

    4. Id-dokument tas-sorveljanza għandu jintgħamel fuq formola li tikkorrispondi mal-kampjun fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 3285/94 [7] dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet jew l-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 19/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi. L-applikazzjoni ta’ l-imporatur għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

    (a) l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-applikant (inklużi n-numri tat-telefon u tal-fax, u n-numru possibbli ta’ l-identifikazzjoni użat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali) u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT, jekk bla ħsara għall-VAT;

    (b) jekk japplika, l-isem u l-indirizz sħiħ tad-dikjarant jew tar-rappreżentant ta’ l-applikant (inklużi n-numri tat-telefon u tal-fax);

    (ċ) l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-esportatur;

    (d) id-deskrizzjoni eżatta ta’ l-oġġetti, inklużi:

    - l-isem kummerċjali tagħhom,

    - il-kodiċi/jiet tan-nomenklatura magħquda (NM),

    - il-pajjiż ta’ l-oriġini,

    - il-pajjiż tal-kunsinna,

    (e) il-piż nett espress f’kg, u l-kwantità ta’ kull unità stabbilita fejn b’mod ieħor għajr il-piż nett, mill-intestatura tan-nomenklatura magħquda;

    (f) il-valur c.i.f. ta’ l-oġġetti fl-euro fuq il-fruntiera Komunitarja mill-intestatura tan-nomenklatura magħquda;

    (g) jekk il-prodotti interessati humiex diġà użati jew ta’ kwalità sub-standard [8];

    (h) il-perjodu taż-żmien propost u l-posta tal-clearance tad-dwana;

    (i) jekk l-applikazzjoni hijiex repetizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ qabel li tirrigwarda l-istess kuntratt;

    (j) id-dikjarazzjoni li ġejja, iddatata u ffirmata mill-applikant bit-traskrizzjoni ta’ ismu f’ittri kbar:

    "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi t-tagħrif ipprovdut f’din l-applikazzjoni huwa minnu u mogħti f’bona fede, u li jiena stabbilit fil-Komunità."

    L-importatur għandu jissottometti wkoll kopja tal-kuntratt tal-bejgħ jew tax-xiri fuq il-fattura pro forma. Jekk hekk mitlub, per eżempju fil-każijiet meta l-oġġetti ma jkunux mixtrija b’mod dirett fil-pajjiż tal-produzzjoni, l-importatur għandu jippreżenta ċertifikat tal-produzzjoni maħruġ mill-fabbrika li tipproduċi l-azzar.

    5. Id-dokumenti tas-sorveljanza jistgħu jintużaw biss għal dak iż-żmien li jibqgħu fis-seħħ l-arranġamenti għal-liberalizzazzjoni ta’ l-importazzjonijiet rigward it-transazzjonijiet interessati. Mingħajr preġudizzju għall-bidliet possibbli fir-regolamenti ta’ l-importazzjoni fis-seħħ jew tad-deċiżjonijiet meħuda ġewwa l-qafas ta’ ftehim jew tal-ġestjoni ta’ kwota:

    - il-perjodu taż-żmien tal-validità tad-dokument tas-sorveljanza huwa hawnhekk iffissat għal erba’ xhur,

    - id-dokumenti tas-sorveljanza mhux użati jew użati b’mod parzjali jistgħu jiġu mġedda għal perjodu egwali taż-żmien.

    6. L-importatur għandu jreġġa’ lura d-dokumenti tas-sorveljanza lill-awtorità tal-ħruġ mat-tmiem tal-perjodu tagħhom taż-żmien tal-validità.

    7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet jew tat-talbiet li jiġu trasmessi jew stampati bil-mezzi elettroniċi, skond il-kondizzjonijiet iffisati minnhom. Madankollu, id-dokumenti u x-xhieda kollha jridu jkunu magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.

    8. Id-dokument tas-sorveljanza jista’ jinħareġ bil-mezzi elettroniċi safejn u sakemm l-uffiċċji tad-dwana involuti jkollhom aċċes għad-dokument permezz ta’ network tal-kompjuters.

    Artikolu 3

    1. Sejba li l-prezz ta’ l-unità li fih tiġi effettwata t-transazzjoni jvarja minn dak indikat fid-dokument tas-sorveljnza b’inqas minn 5 % f’kull direzzjoni jew li l-kwantità totali tal-prodotti ppreżentati għall-importazzjoni taqbeż il-kwantità mogħtija fid-dokument tas-sorveljanza b’inqas minn 5 % ma’ għandhiex tipprekludi r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti fil-kwistjoni.

    2. L-applikazzjonijiet għad-dokumenti tas-sorveljnza u d-dokumenti nfushom għandhom ikunu kunfidenzjali. Għandhom ikunu ristretti għall-awtoritrajiet kompetenti u għall-applikant.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummisjoni:

    (a) fuq bażi regolari u aġġornat daqskemm possibbli u għall-inqas sa l-aħħar jum ta’ kull xahar, id-dettalji tal-kwantitajiet u tal-valuri (ikkalkolati fl-euro) li għalihom ikunu nħarġu d-dokumenti tas-sorveljanza;

    (b) fi żmien sitt ġimgħat mit-tmien ta’ kull xahar, id-dettalji ta’ l-importazzjonijiet matul dak ix-xahar, skond l-Arikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000.

    It-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri għandu jitqassmu wieħed wieħed skond il-prodott, il-kodiċi tan-NM u skond il-pajjiż.

    2. L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar kull anomalija jew każijiet ta’ frodi li jiskopru u, meta rilevanti, il-bażi li fuqu jkunu rrifjutaw li jikkonċedu dokument tas-sorveljanza.

    Artikolu 5

    Kull avviż li jrid jingħata skond dan ir-Regolament għandu jiġi mogħti lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandn jiġi kkomunikat b’mod elettroniku permezz tan-network integrat stabbilit għal dan l-iskop, għajr jekk raġunijiet tekniċi imperattivi jkunu jeħtieġu li jintużaw mezzi oħra tal-komunikazzjoni b’mod temporanju.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Pascal Lamy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 53.

    [2] ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 1

    [3] ĠU L 67, ta’ l-10.3.1994, p. 89.

    [4] ĠU L 159, tat-3.06.98, p. 1.

    [5] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 14.

    [6] ĠU L 224, tal-21.8.2002, p. 3.

    [7] Kif immodifikat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/96 tat-22 ta’ Jannar 1997 (ĠU L 21, tas-27.7.1996, p. 7), u filwaqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dħul ta’ l-euro (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).

    [8] Skond il-kriterji mogħtija fil-ĠU C 180, tal-11.7.1991, p. 4.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-LISTA TAL-PRODOTTI BLA ĦSARA GĦAS-SORVELJANZA MINN QABEL (2002)

    72081000

    72082500

    72082600

    72082700

    72083600

    72083710

    72083790

    72083810

    72083890

    72083910

    72083990

    72084010

    72084090

    72085110

    72085130

    72085150

    72085191

    72085199

    72085210

    72085291

    72085299

    72085310

    72085390

    72085410

    72085490

    72089010

    72091500

    72091610

    72091690

    72091710

    72091790

    72091810

    72091891

    72091899

    72092500

    72092610

    72092690

    72092710

    72092790

    72092810

    72092890

    72099010

    72101110

    72101211

    72101219

    72102010

    72103010

    72104110

    72104910

    72105010

    72106110

    72106910

    72107031

    72107039

    72109031

    72109033

    72109038

    72111300

    72111410

    72111490

    72111920

    72111990

    72112310

    72112351

    72112391 [1]

    72112399 [2]

    72112920

    72112950 [3]

    72112990 [4]

    72119011

    72119090 [5]

    72121010

    72121091

    72122011

    72123011

    72124010

    72124091

    72125031

    72125051

    72126011

    72126091

    72131000

    72132000

    72139110

    72139120

    72139141

    72139149

    72139170

    72139190

    72139910

    72139990

    72142000

    72143000

    72149110

    72149190

    72149910

    72149931

    72149939

    72149950

    72149961

    72149969

    72149980

    72149990

    72159010

    72161000

    72162100

    72162200

    72163111

    72163119

    72163191

    72163199

    72163211

    72163219

    72163291

    72163299

    72163310

    72163390

    72164010

    72164090

    72165010

    72165091

    72165099

    72169910

    72251100

    72251910

    72251990

    72252020

    72253000

    72254020

    72254050

    72254080

    72255000

    72261110

    72261190 [6]

    72261910

    72261930

    72261990 [7]

    72269110

    72269190

    72269920

    72279010

    72281010

    72281030

    72282011

    72282019

    72282030

    72283020

    72283041

    72283049

    72283061

    72283069

    72283070

    72283089

    72286010

    72287010

    72287031

    72288010

    72288090

    73011000

    L-intestatura sħiħa tan-NM 7304 [8]

    L-intestatura sħiħa tan-NM 7306 [9]

    73079311 [10]

    73079319 [11]

    73079930 [12]

    73079990 [13]

    LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

    LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

    LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

    ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

    LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

    LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

    ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

    LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

    LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

    LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

    FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

    BELGIQUE/BËLGIË

    Ministère des affaires économiques

    Administration des relations économiques

    Services licences

    Rue Général Leman 60

    B-1040 Bruxelles

    Fax (32-2) 230 83 22

    Ministerie van Economische Zaken

    Bestuur van de Economische Betrekkingen

    Dienst Vergunningen

    Generaal Lemanstraat 60

    B-1040 Brussel

    Fax (32-2) 230 83 22

    DANMARK

    Erhvervsfremme Styrelsen

    Søndergade 29

    DK-8600 Silkeborg

    Fax (45) 35 46 64 01

    DEUTSCHLAND

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle

    (BAFA)

    Frankfurter Straße 29-35

    D-65760 Eschborn l

    Fax (49-61) 96 9 42 26

    ΕΛΛΑΔΑ

    Υπουργείο Εθνικής Οικονομίας

    Γενική Γραμματεία Διεθνών Σχέσεων

    Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

    Κορνάρου 1

    GR-10563 Αθήνα

    Φαξ: (301) 328 60 94

    ESPAÑA

    Ministerio de Economía

    Dirección General de Comercio Exterior

    Paseo de la Castellana 162

    E-28046 Madrid

    Fax (34) 915 63 18 23/913 49 38 31

    FRANCE

    Service des industries manufacturières

    DIGITIP

    12, rue Villiot - Bâtiment Le Bervil

    F-75572 Paris cedex 12

    Fax (33-1) 53449181

    IRELAND

    Department of Enterprise, Trade and Employment

    Import/Export Licensing, Block C

    Earlsfort Centre

    Hatch Street

    Dublin 2

    Fax (353-1) 631 28 26

    ITALIA

    Ministero delle Attività produttive

    Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

    Viale America 341

    I-00144 Roma

    Fax (39) 06 59 93 22 35/06 59 93 26 36

    LUXEMBOURG

    Ministère des affaires étrangères

    Office des licences

    BP 113

    L-2011 Luxembourg

    Fax (352) 46 61 38

    NEDERLAND

    Belastingdienst douane

    Centrale dienst voor in- en uitvoer

    Engelse Kamp 2

    Postbus 30003

    9700 RD Groningen

    Nederland

    Fax (31-50) 526 06 98

    M.i.v. 18 januari 2002

    Fax (31-50) 5232341

    ÖSTERREICH

    Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

    Außenwirtschaftsadministration

    Landstrasser Hauptstraße 55-57

    A-1030 Wien

    Fax (43-1) 711 00/8386

    PORTUGAL

    Ministério da Economia

    Direcção-Geral das Relações Económicas Internacionais

    Av. da República, 79

    P-1069-059 Lisboa

    Fax (351) 21793 22 10

    SUOMI

    Tullihallitus

    PL 512

    FIN-00101 Helsinki

    Faksi: (358-9) 614 28 52

    SVERIGE

    Kommerskollegium

    Box 6803

    S-113 86 Stockholm

    Fax (46-8) 30 67 59

    UNITED KINGDOM

    Department of Trade and Industry

    Import Licensing Branch

    Queensway House, West Precinct

    Billingham,Cleveland

    UK-TS23 2NF

    Fax (44-1642) 533557

    [1] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [2] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [3] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [4] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [5] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [6] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [7] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [8] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [9] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [10] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [11] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [12] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    [13] Il-Prodotti koperti bit-Trattat dwar il-KE.

    --------------------------------------------------

    Top