Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002O0001

    Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Frar 2002 li temenda Linja Gwida BĊE/2001/3 fuq Sistema ta' Trasferiment f'Ħin Reali għal Sistemazzjoni Gross Espliċita Awtomatizzata Trans-Ewropea (Target) (BĊE/2002/1)

    ĠU L 67, 9.3.2002, p. 74–76 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2006; Impliċitament imħassar minn 32005O0016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2002/202/oj

    32002O0001



    Official Journal L 067 , 09/03/2002 P. 0074 - 0076


    Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

    tas-27 ta' Frar 2002

    li temenda Linja Gwida BĊE/2001/3 fuq Sistema ta' Trasferiment f'Ħin Reali għal Sistemazzjoni Gross Espliċita Awtomatizzata Trans-Ewropea (Target)

    (BĊE/2002/1)

    (2002/202/KE)

    IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ "l-Istatut"), u b'mod partikulari l-Artiklu 3.1, l-Artiklu 12.1, l-Artiklu 14.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,"

    Billi:

    (1) Ir-raba' inċiż ta' l-Artiklu 105(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ "Trattat") u r-raba' inċiż ta' l-Artiklu 3.1 ta' l-Istatut jawtoriżżaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) biex jippromovu t-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta' pagament."

    (2) Taħt l-Artiklu 22 ta' l-Istatut, il-BĊE u in- BĊNi jistgħu jipprovdu faċilitajiet biex jassiguraw sistemi ta' pagamenti effiċjenti u f'kondizzjoni tajba fil-KomunitaÏ u f'pajjiżi oħra.

    (3) Fl-14 ta' Diċembru 2000, il-Kunsill Regolatorju addotta kalendarju fit-tul ta' ġranet operattivi Target biex jgħoddu mill-bidu ta' l-2002 sa notifika ulterjuri, skond għal-liema Target għandu jkun magħluq mhux biss is-Sibtijiet u l-Ħdud imma wkoll fl-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u Nhar it-Tnejn ta' wara l-Għid (skond il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), Jum il-Ħaddiema (l-1 ta' Mejju), Jum il-Milied u is-26 ta' Diċembru. Sabiex jassigura kundizzjonijiet ugwali għall-parteċipanti kollha, il-Kunsill Regolatorju ddeċieda wkoll li Target sħiħ, inkluż sistemi f'ħin reali għal sistemazzjoni gross domestika (RTGS), għandu jkun magħluq, u 'mplika li la transazzjonijiet esteri u lanqas domestiċi m'għandhom ikunu pproċessati mit-Target f'dawn il-ġranet. Il-prinċipju ta' trattament indaqs m'għandux ikun ta' ostaklu għal xi divrenzjar oġġettivament ġustifikat minn sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. L-għeluq totali ta' Hermes (is-sistema RTGS Griega), inklużi transazzjonijiet domestiċi, joħloq disturb għall-pubbliku ġenerali u industrija bankarja Griega peress li l-Għid Ortodoss rari jikkoinċidi ma' l-Għid Protestant/Kattoliku kopert mill-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE, li fil-fatt jimplika diversi ġranet żejda meta s-swieq domestiċi Griegi ikunu magħluqin. Barra dan, in-numru ta' ġranet konsekuttivi magħluqin hu akbar meta l-festi pubbliċi ta' l-Għid Protestant/Kattoliku u Ortodoss huma ġimgħa biss "il bogħod minn xulxin, bħal ma hu l-każ fis-sena 2003, fejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu Griegi joperaw tlett ijiem biss minn perjodu ta' 11-il ġurnata. Għal din ir-raġuni, għandha ssir derogazzjoni straordinarja u limitata mill-ġranet operattivi tat-Target waqt il-festi pubbliċi ta' l-Għid għal perjodu ta' tliet snin, li warajh is-sitwazzjoni Griega tkun rivalutata għal darb'oħra skond il-bażi ta' esperjenza."

    (4) Barra dan, l-Anness V tal-Linja Gwida BĊE/2001/3 tas-26 t'April 2001 dwar Sistema ta' Trasferiment f'Ħin Reali għal Sistemazzjoni Gross Espliċita Awtomatizzata Trans-Ewropea (Target) [1], li jikkonċerna il-lista ta' "out" collateral li tista' tkun applikata biex tiggarantixxi kreditu fost il-ġranet tat- Target, għandu jkun emendat sabiex jippermetti tlett banek ċenrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li addottaw munita unika skond it-Trattat biex jaċċettaw bonds maħruġa minn Damaras Skibskreditfond u KommuneKredit bħala garanzija għall-kreditu li jingħata f'ġurnata.

    (5) Skond l-Artiklu 12.1 u l-Artiklu 14.3 ta' l-Istatut, il-linji gwida BĊE jifformaw parti integrali mill-liġi tal-Komunità,

    ADDOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

    Artikolu 1

    Linja Gwida BĊE/2001/3 hi emendata kif ġej:

    1. L-Artiklu 2(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. Is-Sistema ta' Trasferiment f'Ħin Reali għal Sistemazzjoni Gross Espliċita Awtomatizzata Trans-Ewropea hi sistema gross f'ħin reali għall-ewro. Target hu magħmul minn sistemi nazzjonali RTGS, il-mekkaniżmu tal-pagament BĊE u interlinking."

    2. L-Artiklu 3(d)(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. Ġranet operattivi

    Mill-2002, Target kollu se jkun magħluq is-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, l-Ġimgħa l-Kbira u Nhar it-Tnejn ta' wara l-Għid (skond il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta' Mejju (Jum il-Ħaddiem), Jum il-Milied u s-26 ta' Diċembru.

    Mingħajr preġudizzju għal dak imsemmi hawn fuq, dawn is-servizzi limitati li ġejjin biss jistgħu, straordinarjament, matul is-snin 2002 sa' l- 2004, jintrabtu f'Hermes, is-sistema RTGS Griega, fil-Ġimgħa l-Kbira u Nhar it-Tnejn ta' wara l-Għid (skond il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), meta dawn il-ġranet ma jikkoinċidux ma' l-Għid Ortodoss:

    (a) sistemazzjoni ta' pagamenti domestiċi tal- konsumatur, u

    (b) sistemazzjoni ta' pagamenti konnessi mal- kunsinna ta' flus kontanti minn u rendikont ta' flus kontanti lill-Bank tal-Greċja, u

    (ċ) operazzjonijiet ta' sistemazzjoni tal-Clearing Office ta' Ateni u s-sistemi DIAS ta' pagamenti ta' l-imnut."

    3. L-Anness V hu mibdul mit-test fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

    Artikolu 2

    Dispożizzjonijiet finali

    Din il-Linja Gwida hi indirizzata lill-Banek Ċentrali Nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

    Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Marzu 2002.

    Kull BĊN għandu jinforma lill-BĊE dwar il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din il-Linja Gwida mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu 2002.

    Din il-Linja Gwida għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-27 ta' Frar 2002.

    Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

    Christian Noyer

    [1] ĠU L 140, ta' l-24.5.2001, p. 72.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS V

    LISTA TA' "OUT" COLLATERAL

    li tista' tintuża biex tiggarantixxi kreditu li jingħata f'ġurnata għal kull BĊN ta' Stat Membru parteċipant li ddikkjara l-intenzjoni tiegħu li juża ċerta garanzija allokata fil-pajjiż ta' Bank Ċentrali Nazzjonali ta' Stat Membru li m'addottax il-munita waħdanija u li l-intenzjoni tiegħu ġiet approvata mill-BĊE skond l-Artiklu 3(f)(3) u l-Artiklu 3(g) tal-Linja Gwida tat-TARGET:

    BĊN parteċipanti | Użu approvat ta' "out" collateral |

    DEUTSCHE BUNDESBANK | Gvern Daniż u bonds ta' ipoteka u kreditu u bonds maħruġa minn Danmarks Skibskreditfond u KommuneKreditStrumenti ta' dejn u ipoteka tal-gvern Svediż bonds ta' istituzzjonijiettitli bla riskju tal-gvern tar-Renju Unitkambjali tat-Teżor tar-Renju Unit |

    BANCO DE ESPAÑA | titli bla riskju tar-Renju Unitkambjali tat-Teżor tar-Renju Unit |

    BANQUE DE FRANCE | gvern Daniż u bonds ta' ipoteka u kreditu u bonds maħruġa minn Danmarks Skibskreditfond u KommuneKreditstrumenti ta' dejn u ipoteka tal-gvern Svediż bonds ta' istituzzjonijiettitli bla riskju tal-gvern tar-Renju Unitkambjali tat-Teżor tar-Renju Unit |

    BANK ĊENTRALI TA' L-IRLANDA | titli bla riskju tar-Renju Unitkambjali tat-Teżor tar-Renju Unit |

    BANQUE CENTRALE DU LUXEMBOURG | gvern Daniż u bonds ta' ipoteka u kreditu |

    DE NEDERLANDSCHE BANK | gvern Daniż u bonds ta' ipoteka u kreditu u bonds maħruġa minn Danmarks Skibskreditfond u KommuneKreditstrumenti ta' dejn u ipoteka tal-gvern Svediż bonds ta' istituzzjonijiet |

    SUOMEN PANKKI | gvern Daniż u bonds ta' ipoteka u kreditustrumenti ta' dejn u ipoteka tal- gvern Svediż bonds ta' istituzzjonijiettitli bla riskju tal-Gvern tar-Renju Unitkambjali tat-Teżor tar-Renju Unit |

    "

    --------------------------------------------------

    Top