EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0019

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess)

ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2020; Imħassar b' 32018L1972

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/19/oj

32002L0019



Official Journal L 108 , 24/04/2002 P. 0007 - 0020


Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-7 ta' Marzu 2002

dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara l-kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas refolatorju komuni għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi i(Direttiva Kwadru) [4] li tistipula l-miri għall-qafas regolatorju li jkopri n-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi fil-Komunità, inklużi networks ta' telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli, networks tat-televiżjoni bil-cable, networks għax-xandir terrestru, u networks ta' l-Internet, sew jekk użati għall-vuċi, fax, tagħrif jew stampi. Dawk ir-networki jista’ jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri taħt id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni) [5] jew ikunu ġew awtorizzati taħt miżuri regolatorji ta' qabel. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw għal dawk in-networks li huma wżati għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli. Din id-Direttiva tkopri l-aċċess u l-arranġamenti ta' interkonnessjoni bejn il-fornituri tas-servizzi. Networks mhux pubbliċi m'għandhomx obbligi taħt din id-Direttiva ħlief fejn, meta jibbenefikaw minn aċċess għan-networks pubbliċi, jistgħu jkunu suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri.

(2) Servizzi li jfornu kontenut bħall-offerta għall-bejgħ ta' pakkett ta' kontenut ta' xandir bil-ħoss jew bit-televiżjoni m'humiex koperti bil-qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(3) It-terminu "aċċess" għandu firxa wiesgħa ta' tifsiriet, u huwa għalhekk meħtieġ li jiġi definit eżatt kif it-terminu huwa wżat f’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju ta' kif jista jintuża f'miżuri oħra tal-Komunità. Operatur jista’ jkun sid tan-network jew tal-faċilitajiet tal-bażi jew jista’ jikri wħud minnhom jew kollha kemm huma.

(4) Id-Direttiva 95/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar l-użu ta' standards għat-trasmissjoni tas-sinjali tat-televiżjoni [6] ma pprevedietx xi sistema speċifika ta' trasmissjoni tat-televiżjoni diġitali jew xi ħtieġa ta' servizz, u dan fetaħ opportunità għall-atturi tas-suq li jieħdu l-inizjattiva u jiżviluppaw sistemi adatti. Permezz tal- Grupp dwar ix-Xandir bil-Video Diġitali (Digital Video Broadcasting Group), l-atturi tas-suq Ewropew żviluppaw familja ta' sistemi tat-trasmissjonijiet televiżivi li ġew adottati minn xandara mad-dinja kollha. Dawn is-sistemi ta' -trasmissjonijiet ġew standardizzati mill-Istitut Ewropew għal l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) u saru rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni. B'relazzjoni mat-televiżjoni diġitali bi skrin wiesa’, il-proporzjon ta' l-aspett 16:9 huwa l-format ta' referenza għas-servizzi u programmi tat-televiżjoni b'format wiesa, u issa huwa stabbilit fis-swieq ta' l-Istati Membri bħala riżultat tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/424/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar pjan ta' azzjoni għall-introduzzjoni tas-servizzi avvanzati tat-televiżjoni fl-Ewropa [7].

(5) F'suq miftuħ u kompetittiv, m'għandu jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jipprevjenu lill-impriżi milli jinnegozjaw arranġamenti ta' aċċess u ta' interkonnessjoni bejniethom, b'mod partikolari arranġamenti transkonfini, bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat. Fil-kuntest tal-ksib ta' suq aktar effiċjenti, u verament pan-Ewropew, b'kompetizzjoni effettiva, aktar għażla u servizzi kompetittivi lill-konsumaturi, impriż li jirċievu talbiet għall-aċċess jew inter-konnessjoni għandhom fil-prinċipju jikkonkludu dawn l-arranġamenti fuq bażi kummerċjali u jinnegozjaw in bona fede.

(6) Fi swieq fejn għad baqa’ differenzi kbar fis-saħħa ta' l-innegozjar bejn l-impriżi, u fejn xi impriżi joqgħodu fuq l-istruttura fornuta minn oħrajn għat-twassil tas-servizzi tagħhom, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas biex jiġi żgurat li s-suq jiffunzjona b'mod effettiv. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jiżguraw, fejn in-negozjati kummerċjali jfallu, aċċess u inter-konnessjoni adegwati u l-interoperabilità ta' servizzi fl-interess ta' l-utent finali. B'mod partikolari, jistgħu jiżguraw konnettività tarf ma tarf billi jimponu obbligi proporzjonati fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utent finali. Il-kontroll tal-mezzi ta' l-aċċess jista’ jinvolvi l-propjetà jew il-kontroll tal-konnessjoni fiżika ma l-utent finali(sew jekk fiss jew mobbli), u/jew il-kapaċità li jiġi mibdul jew irtirat in-numru jew in-numri nazzjonali meħtieġa għall-aċċess tal-punt tat-terminazzjoni tan-network ta' l-utent finali. Dan ikun il-każ per eżempju jekk l-operaturi ta' network jirrestrinġu b'mod mhux raġonevoli l-għażla ta' l-utent finali għall-aċċess ta' portals u servizzi ta' l-Internet.

(7) Miżuri legali jew amministrattivi nazzjonali li jorbtu t-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess jew l-inter-konnessjoni għall-attivitajiet ta' parti li tfittex l-inter-konnessjoni, u speċifikament sal-livell ta' l-investiment tagħha fl-infrastruttura tan-network, u mhux għas-servizzi ta' inter-konnessjoni jew aċċess fornuti, jistgħu joħloqu d-distorsjoni tas-suq, u jistgħu għalhekk ma jkunx kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni.

(8) L-operaturi tan-networks li jikkontrollaw l-aċċess lill-klijenti tagħhom stess jagħmlu dan fuq il-bażi ta' numri jew indirizzi uniċi minn firxa ta' numeri jew indirizzi publikat. Operaturi oħra ta' networks għandhom għandhom ikunu jistgħu jwasslu t-traffiku lill-klijenti tagħhom, u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jinterkonnettjaw direttament jew indirettament ma’ xulxin. Id-drittijiet u l-obbligi eżistenti għan-negozjar ta' inter-konnessjoni għandhom għalhekk jinżammu fis-seħħ. Huwa għalhekk adattat ukoll li jinżammu fis-seħħ l-obbligi li kienu stipulati qabel fid-Direttiva 95/47/KE li teħtieġ li n-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kompletament diġitali wżati għad-distribuzzjoni tas-servizzi tat-televiżjoni u miftuħa għall-pubbliku jkunu kapaċi li jiddistribwixxu servizzi u programmi ta' televiżjoni bi skrin wiesa, sabiex l-utenti jkunu kapaċi li jirċievu dawk il-programmi fil-format li bih jiġu trasmessi.

(9) L-interoperabilità hija ta' benefiċċju għall-utenti finali u hija mira importanti ta' dan il-qafas regolatorju. L-inkoraġġament ta' l-interoperabilità huwa wieħed mill-miri għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kif stipulat f'dan il-qafas, li jipprovdi wkoll biex il-Kummissjoni tippublika lista ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet li jkopru il-forniment ta' servizzi, interfaces tekniċi u/jew funzjonijiet ta' networki, bħala l-bażi biex tinkoraġġixxi ta' l-amonizzazzjoni fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet ippublikati safejn huwa strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-interoperabbilità ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.

(10) Ir-regoli tal-kompetizzjoni weħidhom jistgħu ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw id-diversità kulturali u l-pluraliżmu fix-xandir fil-qasam tat-televiżjoni diġitali. Id-Direttiva 95/47/KE pprovdiet qafas regolatorju iniżjali għall-industrija naxxenti tat-televiżjoni diġitali li għandu jiġi miżmum fis-seħħ, inkluż b'mod partikolari l-obbligu li jiġi fornut aċċess kondizjonat b'termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, sabiex jiġi żgurat li varjetà wiesa’ ta' programmi u servizzi tkun disponibbli. L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq jagħmlu meħtieġa r-reviżjoni ta' dawn l-obbligi fuq bażi regolari, jew minn xi Stat Membru għas-suq nazzjonali tiegħu jew mill-Kummissjoni għall-Komunità, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit jekk hemmx ġustifikazzjoni għall-estensjoni ta' l-obbligi għal gateways ġodda, bħal gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs) u interfaces ta' programmi ta' applikazzjoni (APIs), sal-limitu li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibilità għall-utenti finali ta' servizzi ta' xandir diġitali speċifikati. L-Istati membri jistgħu jispeċifikaw is-servizzi ta' xandir diġitali li għalihom l-aċċess mill-utenti finali għandu jiġi żgurat b'kull mezz leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv li huma jqisu meħtieġ.

(11) L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom li tirrevedi l-obbligi fir-rigward ta' l-aċċess kondizzjonat għal servizzi ta' xandir diġitali sabiex issir stima permezz ta' analiżi tas-suq jekk jirtirawx jew jemendawx il-kondizzjonijiet għall-operaturi li ma jkollhomx setgħa sinjifikanti tas-suq fis-suq relevanti. Dan l-irtirar jew emenda m'għandux jolqot ħażin l-aċċess għall-utenti finali ta' dawn is-servizzi jew il-prospetti għal kompetizzjoni effettiva.

(12) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta' ftehim esiżtenti, u biex jiġi evitat vakwu legali, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-obbligi għall-aċċess u l-interkonnessjoni imposti taħt Artikoli 4, 6, 7, 8, 11, 12, u 14 tad-Direttiva 97/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 dwar l-interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet fir-rigward ta' li jkunu żgurati s-servizz universali u l-interoperabilità permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' forniment ta' network miftuħ (ONP) [8], obbligi dwar aċċess speċjali mposti taħt Artikolu 16 tad-Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 1998 dwar l-applikazzjoni tal-forniment ta' network miftuħ (ONP) għat-telefonija bil-vuċi u dwar servizzi universali għat-telekomunikazzjonijiet f'ambjent kompetittiv [9], u l-obbligi li jikkonċernaw il-forniment ta' kapaċità ta' trasmissjoni b'linja mikrija taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/44/KEE tal-5 ta' Ġunju 1992 dwar l-applikazzjoni tal-provista ta' network miftuħ għal linji mikrija [10], huma inizjalment miġjuba ’l quddiem fil-qafas ġdid regolatorju, iżda li jkunu suġġetti għal reviżjoni immedjata fid-dawl tal-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq. Din ir-reviżjoni għandha wkoll tiġi estiża għal dawk l-organizzazzjonijiet koperti bir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar l-aċċess diżassoċjat mal-linja lokali [11].

(13) Din ir-reviżjoni għandha titwettaq bl-użu ta' analiżi ekonomiku tas-suq bażat fuq il-metodoloġija tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-għan huwa li jitnaqqsu r-regoli speċifiċi tas-settur ex ante progressivament hekk kif il-kompetizzjoni fis-suq tiżviluppa. Madankollu l-proċedura għandha wkoll tieħu kont tal-problemi transitorji fis-suq bħalma huma dawk relatati mar-roaming internazzjonali u l-possibiltà li jinħolqu sitwazzjonijiet ta' konġestjoni ġodda bħala riżultat ta' l-iżvilupp teknoloġiku, li jista’ jeħtieġ regolamentazzjoni ex ante, per eżempju fiż-żona ta' aċċess għan-networks b'firxa wiesgħa. Jista jkun il-każ li l-kompetizzjoni tiżviluppa b'veloċitajiet differenti fis-setturi differenti tas-suq u fi Stati Membri differenti, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali nazzjonali għandhom ikunu jistgħu li jirrilassaw l-obbligiregolatorji f'dawk is-swieq fejn il-kompetizzjoni tkun qed twassal ir-riżultati mixtieqa. Sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq f'ċirkostanzi simili jiġu trattati b'mod simili fi Stati Membri differenti, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi li tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni għandhom, fejn xieraq, jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom biex jiġi żgurat li l-aktar rimedju adatt jiġi applikat. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha daħlu f'obbligi dwar l-interkonnessjoni ta' networks ta' telekomunikazzjonijiet fil-kuntest tal-ftehim ta' l-Organizzazzjoni dinjija tal-Kummerċ dwar it-telekomunikazzjonijiet bażiċi u dawn l-obbligi għandhom jiġu rispettati.

(14) Id-Direttiva 97/33/KE tistipula firxa ta' obbligi li għandhom jiġu mposti fuq impriżiimpriżi li għandhom saħħa sinjifikanti fis-suq, jiġifieri t-trasparenza, n-non-diskriminazzjoni, s-separazzjoni tal-kontabilità, l-aċċess, u l-kontroll tal-prezzijiet inkluża l-orjentazzjoni ta' l-ispiża. Il-firxa ta' l-obbligi possibbli għandha tiġi miżmuma fis-seħħ iżda, b'żieda, għandhom jiġu stabbiliti bħala sett ta' obbligi massimi li jistgħu jiġu applikati għal impriżi, sabiex tiġi evitata ir-regolamentazzjoni żejda. Eċċezzjonalment, sabiex ikun hemm konformità ma’ l-obbligi internazzjonali jew mal-liġi tal-Komunità, jista jkun adatt li jiġu mposti obbligi għall-aċċess jew interkonnessjoni fuq il-parteċipanti kollha tas-suq, kif inhu l-każ fil-present għas-sistemi ta' aċċess kondizzjonat għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali.

(15) L-impożizzjoni ta' obbligu speċifiku fuq impriża b'saħħa sinjifikanti fis-suq ma teħtieġx analiżi addizzjonali tas-suq iżda ġustitikazzjoni li l-obbligu in kwisjoni huwa xieraq u proporzjonat b'relazzjoni man-natura tal-problema identifikata.

(16) It-trasparenza tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess u l-interkonnessjoni, nklużi l-prezzijiet, isservi biex jitħaffu n-negozjati, jiġu evitati disputi u tingħata kunfidenza lill-parteċipanti tas-suq li servizz mhux qed jiġi fornut b'kondizzjonijiet diskriminatorji. Iċ-ċarezza u t-trasparenza ta' l-interfaces tekniċi jistgħu jkunu partikolarment importanti biex tiġi żgurata l-interoperabilità. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi biex tagħmel pubbliku it-tagħrif, tista’ wkoll tispeċifika l-mod li bih l-informazzjoni għandha tintgħamel disponibbli, billi tkopri per eżempju t-tip ta' pubblikazzjoni (karta u/jew elettronika) u jekk tkunx bla ħlas jew le, waqt li jittieħed kont tan-natura u l-għan ta' l-informazzjoni konċernata.

(17) Il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni jiżgura li impriżi li għandhom is-saħħa fis-suq ma jgħawġux il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fejn ikunu imprimpriżi vertikalment integrati li jfornu servizzi lill-impriżi li magħhom jikkompetu fi swieq downstream.

(18) Is-separazzjoni tal-kontabilità tippermetti li trasferimenti nterni tal-prezzijiet ikunu jidhru, u tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali nazzjonali li jivverifikaw il-konformità ma’ l-obbligiobbligi għan-non-diskriminazzjoni fejn japplika. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni ppublikat ir-Rakkomandazzjoni 98/322/KE tat-8 ta' April 1998 dwar l-interkonnesjoni f'suq tat-telekomunikazzjonijiet liberalizzat (Taqsima 2 – separazzjoni tal-kontabilità u kontabilità ta' l-ispiża) [12].

(19) L-obbligu ta' l-aċċess għall-infrastruttura tan-networks jista’ jkun ġustifikat bħala mezz biex tiżdied il-kompetizzjoni, iżda l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jibbilanċjaw id-drittijiet tas-sid ta' l-infrastruttura biex jisfrutta l-infrastruttura tiegħu għall-benefiċċju tiegħu stess, u d-drittijiet ta' fornituri oħra ta' servizzi li jkollhom aċċess għall-faċilitajiet li huma essenzjali għall-forniment ta' servizzi kompetituri. Fejn obbligi huma mposti fuq operaturi li jeħtiġuhom li jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-elementi ta' networks u faċilitajiet assoċjati u l-użu tagħhom, dawk it-talbiet għandhom jiġu rifjutati biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi bħalma huma l-kapaċità teknika jew il-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-network. Fejn l-aċċess jiġi rifjutat, il-parti milquta tista tissottometti l-każ għall-proċedura għar-risoluzzjoni tad-disputi msemmija f'Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva 2002/21/EC (Direttiva Kwadru). Operatur li għandu mposti fuqu l-’obbligi ta' aċċess ma jistgħax ikun meħtieġ li jforni tipi ta' aċċess li ma jkunux fis-setgħa tiegħu li jforni. L-impożizzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' obbligu ta' aċċess li jżid il-kompetizzjoni fuq medda qasira ta' żmien m'għandux inaqqas l-inċentivi għall-kompetituri li jinvestu f'faċilitajiet alternattivi li jiżguraw aktar kompetizzjoni fuq medda taż-żmien fit-tul. Il-Kummissjoni ppublikat Avviż dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-ftehim ta' aċċess fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [13] li jindirizza dawn il-kwistjonijiet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali nazzjonali jistgħu jimponu kondizzjonijiet tekniċi u ta' operazzjoni fuq il-fornitur u/jew benefiċjarji ta' aċċess obbligatorju skond il-liġi tal-Komunità. B'mod partikolari l-impożizzjoni ta' standards tekniċi għandha tikkonforma mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-forniment ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u ta' regoli ta' Servizzi ta' Soċjetà ta' l-Informazzjoni [14].

(20) Il-kontroll tal-prezzijiet jista’ jkun meħtieġ meta l-analiżi tas-suq f'suq partikolari juri kompetizzjoni ineffiċjenti. L-intervent regolatorju jista jkun relattivament ħafif, bħal obbligu li l-prezzijiet għall-għażla tal-carrier ikunu raġonevoli kif stipulati fid-Direttiva 97/33/KE, jew ħafna aktar tqil bħal obbligu li l-prezzijiet ikunu orjentati ma’ l-ispiża biex tiġi provduta ġustifikazzjoni sħiħa għal dawk il-prezzijiet fejn il-kompetizzjoni ma tkunx b'saħħitha biżżejjed biex tipprevjeni prezzijiet eċċessivi. B'mod partikolari, operaturi b'saħħa sinjifikanti fis-suq għandhom jevitaw il-kompressjoni tal-prezzijiet b'mod li d-differenza bejn il-prezz tagħhom bl-imnut u l-prezzijiet għall-interkonnessjoni mitluba mill-kompetituri li jfornu servizzi bl-imnut simili ma tkunx adegwata biex tiżgura kompetizzjoni sostenibbli. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkalkola l-ispejjeż magħmula fl-istabbiliment ta' servizz obbligatorju taħt din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi permess qliegħ raġonevoli fuq il-kapital investit inklużi l-ispejjeż adatt tal-ħaddiema u l-bini, mal-valur tal-kapital aġġustat fejn meħtieġ biex jirrifletti l-valur kurrenti ta' l-assi u l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet. Il-metodu għall-irkupru ta l-ispejjeż għandu jkun adatt għaċ-ċirkostanzi waqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u li jkunu massimizzzati l-benefiċċji għall-konsumatur.

(21) Fejn awtorità regolatorja nazzjonali nazzjonali timponi obbligi li tiġi mplimentata sistema ta' cost-accounting sabiex jiġu appoġġati l-kontrolli tal-prezzijiet, tista’ hi stess twettaq verifika ta' kull sena biex tiżgura l-klonformità ma dik is-sistema ta' cost-accounting, basta li jkollha l-persunal kwalifikat meħtieġ, jew tista’ teħtieġ li l-verifika titwettaq minn korp ieħor kwalifikat, indipendenti mill-operatur konċernat.

(22) Il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni mill-Istati Membri għandha tiżgura li l-parteċipanti fis-suq u parteċipanti potenzjali ġodda fis-suq jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u jkunu jafu fejn isibu l-informazzjoni dettaljata relevanti. Il-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali tgħin lill-partijiet interessati fl-Istati Membri l-oħra jsibu l-informazzjoni relevanti.

(23) Sabiex jiġi żgurat li s-suq pan-Ewropew fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jkun effettiv u effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tippubblika l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet li jikkontribwixxu biex jiġu determinati l-prezzijiet għall-utenti finali.

(24) L-iżvilupp tas-suq fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, bl-infrastruttura assoċjata tiegħu, jista’ jkollu effetti ħżiena fuq l-ambjent u fuq il-pajsaġġ. L-Istati Membri għandhom għalhekk jissorveljaw dan il-proċess u, fejn meħtieġ, jieħdu azzjoni biex jimminimizzaw effetti bħal dawn permezz ta' ftehim adatti u arranġamenti oħra ma l-awtoritajiet relevanti.

(25) Sabiex tiġi determinata l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha l-ħtieġa li tkun taf liema imprimpriżi jkunu ġew identifikati bħala li għandhom setgħa sinjifikanti fis-suq u liema obbligi jkunu tqiegħedu fuq il-parteċipanti tas-suq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. B'żieda mal-pubblikazzjoni nazzjonali ta' din l-informazzjoni, huwa għalhekk meħtieġ għall-Istati Membri li jibgħatu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri huma meħtieġa li jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni, dan jista’ jsir f'format elettroniku, bla ħsara li jkunu miftiehma proċeduri xierqa ta' awtentikazzjoni.

(26) Minħabba l-pass ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u dawk tas-suq, l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi riveduta fi żmien tliet snin mid-data ta' l-applikazzjoni tagħha biex jiġi stabbilit jekk hix tilħaq il-miri tagħha.

(27) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġi adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [15].

(28) Minħabba li l-miri ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas armonizzat għar-regolamentazzjoni ta' l-aċċess għal u l-interkonnessjoni tan networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għandhom għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinksbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta mizuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx l hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-miri,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, MIRI U TIFSIRIET

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u miri

1. Fi ħdan il-qafas stipulat fid-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), din id-Direttiva tarmonizza l-mod li bih l-Istati Membri jirregolaw l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ma’, networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati. L-għan huwa li jiġi stabbilit qafas regolatorju, skond il-prinċipji tas-suq intern, għar-relazzjonijiet bejn il-fornituri ta' networks u servizzi li ser jirriżultaw f'kompetizzjoni sostenibbli, interoperabilità ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u benefiċċji għall-konsumatur.

2. Din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi għall-operaturi u għall-impriimpriżi li jfittxu interkonnessjoni u/jew aċċess għan-networks tagħhom jew faċilitajiet assoċjati. Tistabbilixxi l-miri għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali nazzjonali fir-rigward ta' l-aċċess u l-interkonnessjoni, u tistipula l-proċeduri biex tiżgura li l-obbligi imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali nazzjonali jiġu riveduti, u fejn xieraq, irtirati malli l-miri mixtieqa jinkisbu. Aċċess f'din id-Direttiva ma tirreferix għall-aċċess mill-utenti finali.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva t-tifsiriet stipulati f'Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadra) għandhom japplikaw.

It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a) "aċċess" tfisser it-tagħmil disponibbli ta' faċilitajiet u/jew servizzi, lill-impriża oħra, taħt kondizzjonijiet definiti, fuq bażi jew esklussiva jew mhux esklussiva, għall-għan tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Tkopri fost ħwejjeġ oħra: aċċess għall-elementi ta' network u faċilitajiet assoċjati, li jista’ jinvolvi l-konnessjoni ta' tagħmir, b'mezzi fissi jew mhux fissi (b'mod partikolari dan jinkludi aċċess ma linja lokali u għal faċilitajiet u servizzi meħtieġa għall-forniment ta' servizzi fuq il-linja lokali), aċċess għal infrastruttura fiżika li tinkludi bini, kanali u arbli; l-aċċess għal sistemi relevanti ta' software inklużi s-sistemi ta' sostenn operazzjonali, aċċess għat-traduzzjoni tan-numru jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, aċċess għal networks fissi u mobbli, b'mod partikolari għar-roaming, aċċess għal sistemi ta' aċċess kondizzjonat għall-servizzi tat-televiżjoni diġitali; aċċess għal servizzi ta' network virtwali;

(b) "interkonnessjoni" tfisser il-konnessjoni fiżika u loġika ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet wżati mill-istess impriża jew waħda differenti sabiex tippermetti lill-utenti ta' impriża waħda li jikkomunikaw ma utenti ta' l-istess impriża jew oħra, jew li jkollhom aċċess għal servizzi provduti minn impriża oħra. Is-servizzi jistgħu jiġu fornuti mill-partijiet involuti jew minn partijiet oħra li jkollhom aċċess għan-network. L-interkonnessjoni hija tip speċifiku ta' aċċess implimentat bejn operaturi ta' networks pubbliċi;

(ċ) "operatur" tfisser impriża li tforni jew tawtorizza l-provvista ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew faċilità assoċjata;

(d) "servizz tat-televiżjoni bi skrin wiesa" tfisser servizz tat-televiżjoni li jkun jikkonsisti kollu kemm hu jew f'parti minnu minn programmi prodotti u editjati li għandhom jintwerew fl-għoli sħiħ ta' format bi skrin wiesa’. Il-format 16:9 huwa format ta' referenza għas-servizzi tat-televiżjoni bi skrin wiesa’;

(e) "linja lokali" tfisser iċ-ċirkwit fiżiku li jqabbad il-punt tat-terminazzjoni tan-network fil-post ta' l-abbonat mal-qafas prinċipali ta' distribuzzjoni jew faċilità ekwivalenti fin-network tat-telefon pubbliku fiss.

IL-KAPITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 3

Qafas ġenerali għall-aċċess u l-interkonnessjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jipprevjenu impriżi fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti milli jinnegozjaw bejniethom ftehim jew arranġamenti tekniċi u kummerċjali għall-aċċess u/jew interkonnessjoni, skond il-liġi tal-Komunità. L-impriża li titlob aċċess jew interkonnessjoni m'għandhiex il-ħtieġa li tkun awtorizzata li topera fl-Istat Membru fejn l-aċċess jew l-interkonnessjoni tintalab, jekk ma tkunx qed tforni servizzi jew ma tkunx topera network f'dak l-Istat Membru.

2. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 31 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar is-servizz universali u drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet ellettroniċi (Direttiva ta' Servizz Universali) [16], l-Istati Membri m'għandhomx iżommu fis-seħħ miżuri legali jew amministrattivi li jobbligaw lill-operaturi, meta jagħtu aċċess jew interkonnessjoni, li joffru termini u kondizzjonijiet differenti lil impriżi differenti għall-servizzi ekwivalenti u/jew jimponu obbligi li m'humiex relatati ma’ l-aċċess u servizzi ta' interkonnessjoni attwalment fornuti mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness li jinsab mad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni).

Artikolu 4

Drittijiet u obbligi għall-impriżi

1. L-operaturi tar-networki pubbliċi ta' komunikazzjonijiet għandu jkollhom dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra hekk awtorizzati, obbligazzjoni li jinnegozjaw interkonnessjoni ma’ xulxin għall-għan li jfornu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, sabiex tiġi żgurata provista u interoperabilità ta' servizzi mal-Komunità kollha. L-operaturi għandhom joffru aċċess u interkonnessjoni lill-impriżi oħra fuq termini u kondizzjonijiet konsistenti ma l-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skond Artikoli 5, 6, 7 u 8.

2. In-networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi stabbiliti għad-distribuzzjoni ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali għandhom ikunu kapaċi li jidistribwixxu servizzi u programmi tat-televiżjoni bl-istampa wiesa’. L-operaturi ta' networki li jirċievu u jiddistribwixxu servizzi jew programmi tat-televiżjoni bl-istampa wiesa għandhom iżommu fis-seħħ dak il-format ta' stampa wiesa.

3. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni), l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li impriżi li jakkwistaw informazzjoni minn impriża oħra qabel, matul jew wara l-proċess tan-negozjar ta' l-arranġamenti għall-aċċess jew interkonnessjoni jużaw dik l-informazzjoni unikament għall-għan li għalih kienet provduta u li jirrespettaw f'kull waqt il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni trasmessa jew maħżuna. L-informazzjoni riċevuta m'għandiex tkun mgħoddija lil xi parti oħra, b’mod partikolari dipartimenti oħra, sussidjarji jew sħab, li għalihom dik l-informazzjoni tista tipprovdi vantaġġ kompetittiv.

Artikolu 5

Setgħat u responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward ta' aċċess u interkonnessjoni

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, waqt li jaġixxu biex jilħqu l-miri stipulati f'Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabilità ta' servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b'mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli, u jagħtu l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.

B'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta' impriżi b'saħħa sinjifikanti fis-suq skond Artikolu 8, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu:

(a) sal-limitu li huwa meħtieġ biex tiġ żgurata konnettività tarf sa tarf, obbligi fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluż f'każi ġustifikati l-obbligazzjoni li jagħmlu interkonnessjoni tar-network tagħhom fejn dan ma jkunx diġà l-każ;

(b) sal-limitu li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibilità għall-utenti finali għall-servizzi tar-radju diġitali u x-xandir tat-televiżjoni speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija f'Anness I, Taqsima II dwar kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

2. Meta jipprovdu obbligi fuq operatur biex jipprovdi aċċess skond Artikolu 12, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistipulaw kondizzjonijiet tekniċi jew operazzjonali li għandhom jitħarsu mill-fornitur u/jew il-benefiċjarji ta' dak l-aċċess skond il-liġi tal-Komunità, fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-operazzjoni normali tar-network. Kondizzjonijiet li jirreferi għall-implimentazzjoni ta' standards tekniċi speċifiċi jew speċifikazzjonijiet għandhom jirrispettaw Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

3. L-obbligi u l-kondizzjonijiet imposti skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u għandhom jiġu mplimentati skond il-proċedura msemmija f'Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

4. Fir-rigward ta' l-aċċess u l-interkonnessjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali nazzjonali jkollha s-setgħa li tintervjeni fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ġustifikat jew, fin-nuqqas ta' ftehim bejn l-impriżi, fuq talba ta' xi wieħed mill-partijiet involuti, sabiex tiżgura l-għanijiet tal-politika ta' Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-proċeduri msemmija f'Artikoli 6 u 7, 20 u 21 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

IL-KAPITOLU III

OBBLIGI FUQ L-OPERATURI U PROĊEDURI GĦAR-REVIŻJONI TAS-SUQ

Artikolu 6

Sistemi ta' aċċess kondizzjonali u faċilitajiet oħra

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b'relazzjoni ma’ aċċess kondizzjonat għas-servizzi ta' televiżjoni u ta' radju diġitali mxandra lit-telespettaturi u semmiegħa fil-Komunità, irrispettivament mill-mezz ta' trasmissjoni, il-kondizzjonijiet stipulati f'Anness I, Taqsima I japplikaw.

2. Fid-dawl ta' l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi, Anness I jista’ jiġi emendat skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 14(3).

3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali, kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta' din ir-Direttiva u perjodikament wara, li tirrevedi l-kondizzjonijiet applikati skond dan Artikolu, billi twettaq analiżi tas-suq skond l-ewwel paragrafu ta' Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) biex tistabbilixxi jekk iżżomx, temendax jew tirtirax il-kondizzjonijiet applikati.

Fejn, bħala riżultat ta' dan l-analiżi tas-suq, l-awtorità regolatorja nazzjonali ssib li operatur wieħed jew aktar ma jkollhomx saħħa sinjifikanti tas-suq fis-suq relevanti, hija tista’ temenda jew tirtira l-kondizzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-operaturi, skond il-proċeduri msemmija f'Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), biss sal-limitu li:

(a) l-aċċessibilità għall-utenti finali għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u l-kanali u s-servizzi tax-xandir speċifikati skond Artikolu 31 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) ma jintlaqtux ħażin b'dik l-emenda jew dak l-irtirar, u

(b) il-prospetti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal:

(i) servizzi bl-imnut ta' xandir bit-televiżjoni u bir-radju diġitali, u

(ii) sistemi għall-aċċess kondizzjonali u faċilitajiet assoċjati oħra,

ma jintlaqtux ħażin b'dik l-emenda jew b'dak l-irtirar.

Perjodu adatt ta' avviż għandu jingħata lill-partijiet affettwati b'dik l-emenda jew b'dak l-irtirar tal-kondizzjonijiet.

4. Il-kondizzjonijiet applikati skond dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-abbiltà ta' l-Istati Membri li jimponu obbligi b'relazzjoni ma’ l-aspett ta' presentazzjoni ta' gwidi elettroniċi ta' programmi u faċilitajiet ta' elenku ta' navigazzjoni simili.

Artikolu 7

Reviżjoni ta' l-obbligi ta' qabel għall-aċċess u l-interkonnessjoni

1. L-Istati Membri għandhom iżommu fis-seħħ l-obbligi kollha fuq l-impriżi li jfornu networks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet pubbliċi jikkonċernaw l-aċċess u l-interkonnessjoni li kienu fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva taħt Artikoli 4, 6, 7, 8, 11, 12, u 14 tad-Direttiva 97/33/KE, Artikolu 16 tad-Direttiva 98/10/KE, u Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 92/44/KE, sa dak iż-żmien li dawk l-obbligi jkunu ġew riveduti u determinazzjoni magħmul skond il-paragrafu 3.

2. Il-Kummissjoni għandha tindika s-swieq relevanti għall-obbligi imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rakkomandazzjoni iniżjali dwar swieq ta' prodotti u servizzi relevanti u d-Deċiżjoni li tidentifika swieq transnazzjonali li għandhom jiġu adottati skond Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u perjodikament wara, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu analiżi tas-suq skond Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) biex jiġi stabbilit jekk iżommux fis-seħħ, jemendawx jew jirtirawx dawn l-obbligi. Perjodu adatt ta' avviż għandu jingħata lill-partijiet affettwati minn dak l-emendar jew dak l-irtirar ta' l-obbligi.

Artikolu 8

Impożizzjoni, emendar jew irtirar ta' l-obbligi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu l-obbligi identifikati f'Artikoli 9 sa 13.

2. Fejn operatur huwa identifikat bħala li jkollu saħħa tas-suq sinjifikanti f'suq speċifiku bħala riżultat ta' l-analiżi tas-suq imwettaq skond Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu l-obbligi stipulati f'Artikoli 9 sa 13 ta' din id-Direttiva kif xieraq.

3. Mingħajr preġudizzju għal:

- d-dispożizzjonijiet ta' Artikoli 5(1), 5(2) u 6,

- d-dispożizzjonijiet ta' Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), Kondizzjoni 7 fit-Taqsima B ta' l-Anness li jinsab mad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) kif applikata bis-saħħa ta' Artikolu 6(1) ta' dik id-Direttiva, Artikoli 27, 28 u 30 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) u dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [17] li fiha obbligi fuq imprizi li ma jkunux dawk identifikati bħala li għandhom saħħa tas-suq sinjifikanti, jew

- l-ħtieġa ta' konformità ma’ obbligi nternazzjonali,

l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu l-obbligi imniżżla f'Artikoli 9 sa 13 fuq operaturi li ma jkunux ġew identifikati skond il-paragrafu 2.

F'każijiet eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi fuq operaturi b'saħħa sinjifikanti fis-suq obbligi oħra għall-aċċess jew interkonnessjoni barra minn dawk imniżżla f'Artikoli 9 sa 13 ta' din id-Direttiva għandha tibgħat din it-talba lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond Artikolu 14(2), għandha tieħu deċiżjoni li tawtorizza jew tipprevjeni lill-awtorità regolatorja nazzjonali mill-tieħu dawn il-miżuri.

4. L-obbligi imposti skond dan Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata, proporzjonati u ġustifikati fid-dawl tal-miri stipulati f'Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Dawn l-obbligi għandhom ikunu imposti biss wara konsultazzjoni skond Artikoli 6 u 7 ta' dik id-Direttiva.

5. B'relazzjoni mat-tielet inċiż ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet li jimponu, jemendaw jew jirtiraw obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq lill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

Artikolu 9

Obbligu ta' trasparenza

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, jimponu obbligi għat-trasparenza b’relazzjoni ma l-interkonnessjoni u/jew aċċess, li jeħtieġu li l-operaturi jagħmlu pubbliku informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar il-kontabilità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tar-network, it-termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, u l-prezzijiet.

2. B'mod partikolari fejn operatur ikollu obbligi ta' non-diskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu lil dak l-operatur li jippubblika offerta ta' referenza, li għandha tkun suffiċjentement disassoċjat biex jiġi żgurat li l-impriżi ma jiġux mitluba li jħallsu għal faċiltajiet li m'humiex meħtieġa għas-servizz mitlub, li tagħti deskrizzjoni ta' l-offerti relevanti imqassma f'komponenti skond il-ħtiġiet tas-suq, u t-termini u kondizzjonijiet assoċjati inklużi l-prezzijiet. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, fost ħwejjeġ oħra, tkun tista’ timponi bidliet għall-offerti ta' referenza biex tagħti effett lill-obbligi imposti taħt din id-Direttiva.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw l-informazzjoni preċiża li għandha tkun disponibbli, l-livell tad-dettal meħtieġ u l-mod ta' pubblikazzjoni.

4. Minkejja l-paragrafu 3, fejn operatur ikollu obbligi taħt Artikolu 12 dwar aċċess disassoċjat għall-linja lokali ta' par metalliku milwi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' l-offerta ta' referenza li jkun fiha ta' l-anqas l-elementi stipulati fl-Anness II.

5. Fid-dawl ta' l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi, l-Anness II jista’ jiġi emendat skond il-proċeduri msemmija f'Artikolu 14(3).

Artikolu 10

Obbligu ta' non-diskriminazzjoni

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi ta' non-diskriminazzjoni, b'relazzjoni ma l-interkonnessjoni u/jew l-aċċess.

2. L-obbligi ta' non-diskriminazzjoni għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li l-operatur japplika kondizzjonijiet ekwivalenti f'ċirkostanzi ekwivalenti lill-impriżi oħra li jipprovdu servizzi ekwivalenti, u li jforni servizzi u informazzjoni lill-oħrajn taħt l-istess kondizzjonijiet u ta' l-istess kwalità bħal dawk li jforni għas-servizzi tiegħu stess, jew dawk tas-sussidjarji tiegħu jew fi sħab miegħu.

Artikolu 11

Obbligu tas-separazzjoni tal-kontabilità

1. Awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi għas-separazzjoni tal-kontabilità brelazzjoni ma’ attivitajiet speċifikati li għandhom x'jaqsmu ma l-interkonnessjoni u/jew l-aċċess.

B’mod partikolari, awtorità regolatorja nazzjonali tista teħtieġ kumpanija integrata vertikalment li tagħmel trasparenti l-prezzijiet bl-ingrossa tagħha u l-prezzijiet tat-trasferimenti interni tagħha fost ħwejjeġ oħra biex tiżgura l-konformità fejn ikun hemm ħtieġa għal non-diskriminazzjoni taħt Artikolu 10 jew, fejn meħtieġ, biex jiġi evitat sussidju reċiproku nġust. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabilità li għandhom jintużaw.

2. Mingħajr preġudizzju għalArtikolu 5 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), biex tiġi faċilitata l-verifikazzjoni tal-konformità ma’ l-obbligi ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jeħtieġu li r-rekords tal-kontabilità, inkluż it-tagħrif dwar id-dħul riċevut minn partijiet terzi, jiġu provduti meta mitluba. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippublikaw dik l-informazzjoni li tista tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv, waqt li jirrispettaw ir-regoli nazzjonali u tal-Komunità dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.

Artikolu 12

Obbligi ta' aċċess għal, u użu ta', faċilitajiet ta' networks speċifiċi

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi fuq operaturi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta', elementi speċifiċi ta' networks u faċilitajiet assoċjati, fost ġwejjeġ oħra f'sitwazzjonijiet fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jfixklu it-tfaċċar ta' suq kompetittiv sostenibbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew li ma jkunux fl-interess ta' l-utent finali.

L-operaturi jistgħu jiġu mitluba inter alia:

(a) li jagħtu lill-partijiet terzi aċċess għal elementi speċifikati u/jew faċilitajiet ta' networks, inkluż aċċess disassoċjat għal-linja lokali;

(b) li jinnegozjaw in bona fede ma' impriżi li jitolbu l-aċċess;

(ċ) li ma jirtirawx aċċess għal faċilitajiet ġia mogħtija;

(d) li jipprovdu servizzi speċifiċi fuq bażi bl-ingrossa biex jerġgħu jinbiegħu lill-partijiet terzi;

(e) biex jagħtu aċċess miftuħ lill-interfaces tekniċi, protokolli jew teknoloġiji oħra prinċipali li huma indispensabbli għall-interoperabilità tas-servizzi jew ta servizzi ta' networks virtwali;

(f) li jipprovdu ko-lokazzjoni jew forom oħra ta' qsim tal-faċilita, inkluż il-qsim ta' kanali, bini jew arbli;

(ġ) li jipprovdu s-servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' servizzi tarf sa tarf lill-utenti, inklużi faċilitajiet għall-servizzi ta' networks intelliġenti jew roaming fuq networks mobbli;

(ħ) li jipprovdu aċċess għal sistemi ta' sostenn operattiv jew sistemi simili ta' software meħtieġa biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment ta' servizzi;

(i) li jagħmlu interkonnessjoni ma’ networks jew faċilitajiet ta' networks.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu ma’ dawk l-obbligi kondizzjonijiet li jkopru l-ekwità, r-raġonevolezza u l-puntwalità.

2. Fejn l-awtoritajiet nazzjonali regolatorju jkunu qed jikkonsidraw jekk jimponux l-obbligi imsemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari meta jagħmlu stima ta' jekk dawk l-obbligi humiex ser ikunu proporzjonati għall-miri stipulati f'Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), għandhom jieħdu kont b'mod partikolari tal-fatturi li ġejjin:

(a) il-vijabilità teknika u ekonomika ta' l-użu jew l-istallazzjoni ta' faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata ta' l-iżvilupp tas-suq, waqt li jittieħed kont tan-natura u t-tip ta' interkonnessjoni u aċċess involuti;

(b) il-fattibiltà tal-forniment ta' l-aċċess propost, b'relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;

(ċ) l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, waqt li wieħed iżomm f'moħħu r-riskji nvoluti meta jsir dak l-investiment;

(d) il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni f'terminu fuq medda ta' żmien fit-tul;

(e) fejn xieraq, kull drittijiet relevanti ta' proprjetà intellettwali;

(f) il-forniment ta' servizzi pan-Ewropej.

Artikolu 13

Kontroll tal-prezzijiet u obbligi ta' kontabilità ta' l-ispejjeż

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi li jirrelataw ma l-irkupru ta' l-ispejjeż u l-kontrolli tal-prezzijiet, inklużi obbligi għall-orjentazzjoni tal-prezzijiet għall-ispejjeż u obbligi li jikkonċernaw sistemi ta' kontabilità ta' l-ispejjeż, għall-forniment ta' tipi speċifiċi ta' interkonnessjoni u/jew aċċess, f'sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq jindika li n-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva jfisser li l-operatur konċernat jista’ jsofri prezzijiet f'livell eċċessivament għoli, jew jikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment ta' l-utenti finali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont ta' l-investiment magħmul mill-operatur u jippermettulu rata raġonevoli ta' qliegħ fuq il-kapital adegwat investit, waqt li jittieħed kont tar-riskji nvoluti.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull mekkaniżmu ta' rkupru ta' l-ispejjeż jew metodoloġija ta' l-iffissar tal-prezzijiet li jkun obbligatoru jservi biex jippromwovi l-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u jimmassimizza l-benefiċċji għall-konsumatur. F'dan ir-rigward l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq kompetittivi komparabbli.

3. Fejn operatur ikollu obbligu li jorjenta l-prezzijiet tiegħu ma’ l-ispejjeż, l-oneru tal-prova li l-prezzijiet huma bażati fuq l-ispejjeż inkluża rata raġonevoli ta' qliegħ fuq l-investiment għandu jkun fuq l-operatur konċernat. Għall-għan tal-kalkolu tal-kost tal-forniment effiċjenti ta' servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jużaw metodi ta' kontabilità ta' l-ispejjeż indipendenti minn dawk użati mill-impriża. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu operatur li jipprovdi ġustifikazzjoni sħiħa għall-prezzijiet tiegħu, u jistgħu, fejn xieraq, jeħtieġu li l-prezzijiet jiġu aġġustati.

4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, fejn l-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontabilità ta' l-ispejjeż hija obbligatorja sabiex issostni l-kontrolli tal-prezzijiet, deskrizzjoni tas-sistema ta' kontabilità ta' l-ispejjeż għandha tintgħamel pubblikament disponibbli, waqt li turi ta' l-anqas il-kategoriji prinċipali li taħthom l-ispejjeż huma raggruppati u r-regoli użati għall-allokazzjoni ta' l-ispejjeż. Il-konformità mas-sistema ta' kontabilità ta' l-ispejjeż għandha tiġi verifikata minn korp kwalifikat indipendenti. Dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità għandha tiġi ppublikata kull sena.

IL-KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 14

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit b'Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat f'Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tliet xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni ta', u aċċess għal, l-informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi speċifiċi mposti fuq impriżi taħt din id-Direttiva jiġu publikati u li l-prodott/servizz speċifiku u s-swieq ġeografiċi jiġu identifikati. Għandhom jiżguraw li nformazzjoni aġġornata, sakemm l-informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali u, b'mod partikolari, ma tikkomprendix sigrieti kummerċjali, tintgħamel pubblikament disponibbli b'mod li tiggarantixxi li l-partijiet kollha nteressati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kopja ta' dik l-informazzjoni kollha ppublikata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli f'forma faċilment aċċessibbli, u għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif jixraq.

Artikolu 16

Notifikazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sad-data ta' l-applikazzjoni msemmija f'Artikolu 18(1) it-tieni subparagrafu bl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għall-kompiti stipulati f'din id-Direttiva.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet ta' l-operaturi meqjusa li għandhom saħħa sinjifikanti fis-suq għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, u l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Direttiva. Kull bidliet li jaffettwaw l-obbligi imposti fuq impriżi jew ta' l-impriżi affettwati taħt id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 17

Proċeduri ta' reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi l-funzjonament ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fl-ewwel okkażjoni mhux aktar tard minn tlett snin wara d-data ta' applikazzjoni msemmija f'Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri informazzjoni, li għandha tiġi provduta mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 18

Transposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-24 ta' Lulju 2003. Għandhom jinfurmaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-25 ta' Lulju 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva u ta' kull emendi sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Artikolu 20

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

J. C. Aparicio

[1] ĠU Ċ 365 E, tad- 19.12.2000, p. 215 u ĠU Ċ 270 E, tal- 25.9.2001, p. 161.

[2] ĠU Ċ 123, tal- 25.4.2001, p. 50.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' 2001 (ĠU Ċ 277, ta' l- 1.10.2001, p2), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2001 (ĠU Ċ 337, tat- 30.11.2001, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2002.

[4] Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 51.

[7] ĠU L 196, 05.8.1993, p. 48.

[8] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/61/KE (ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 37).

[9] ĠU L 101, 01.4.1998, p. 24.

[10] ĠU L 165, tad-19.6.1992, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 98/80/KE (ĠU L 14, ta' l-20.1.1998, p. 27).

[11] ĠU L 366, tat-30.12.2000, p. 4.

[12] ĠU L 141, tat-13.5.1998, p. 6.

[13] ĠU Ċ 265, tat- 22.8.1998, p. 2.

[14] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[15] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[16] Ara paġna 51 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[17] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRASMESI ITL-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FIL-KOMUNITÀ

Taqsima I: Kondizzjonijiet għas- sistemi ta' aċċess kondizzjonat li għandhom jiġu applikati skond Artikolu 6(1)

Fir-rigward aċċess kondizzjonat għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju trasmessi lit-telespettaturi u s-semmiegħa fil-Komunità, irrispettivament mill-mezzi tat-trasmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skond Artikolu 6 li l-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a) sistemi kondizzjonati ta' aċċess operati fis-suq tal-Komunità, għandhom ikollhom il-kapaċità teknika meħtieġa għal transkontroll effettiv fil-kost li jippermetti l-possibiltà għall-kontroll sħiħ mill-operaturi tan-networks f'livell nazzjonali jew reġjonali tas-servizzi li jużaw dawn is-sistemi kondizzjonati ta' aċċess;

(b) l-operaturi kollha tas-servizzi ta' aċċess kondizzjonat, irrispettivament mill-mezzi tat-trasmissjoni, li jfornu jipprovdu servizzi ta' aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju u li x-xandara jiddependu fuq is-servizzi ta' l-aċċess tagħhom biex jilħqu kull grupp ta' telespettaturi u semmiegħa potenzjali għandhom:

- joffru lix-xandara kollha, fuq bażi ekwa, raġonevoli u non-diskriminatorju kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità, servizzi tekniċi li jippermettu li s-servizzi trasmessi diġitalment mix-xandara jiġu riċevuti minn telespettaturi jew semmiegħa awtorizzati permezz ta'decoders amministrati mill-operaturi tas-servizz, u jikkonformaw mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità,

- iżommu kontabilità finanzjarja separata fir-rigward ta' l-attività tagħhom bħala operaturi ta' aċċess kondizzjonat.

(ċ) meta jagħtu liċenzi lill-manifatturi ta' apparat tal-konsumatur, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-prodotti u sistemi ta' aċċess kondizzjonat għandhom jiżguraw li dan isir fuq termini ġusti, raġonevoli u non-diskriminatorji. Waqt li jittieħed kont tal-fatturi tekniċi u kummerċjali, id-detenturi tad-drittijiet m'għandhomx jissuġġettaw l-għoti tal-liċenzi għal kondizzjonijiet li jipprojbixxu, jiddiswadu jew jiskoraġġixxu l-inklużżjoni fl-istess prodott ta':

- interface komuni li jippermetti l-konnessjoni ma’ diversi sistemi oħra ta' aċċess, jew

- mezzi li huma speċifiċi għal sistema oħra ta' aċċess, basta li l-liċenza tikkonforma mal- kondizzjonijiet relevanti u raġonevoli li jiżguraw, sa fejn huwa konċernat, is-sigurtà tat-transazzjonijiet ta' operaturi ta' sistema ta' aċċess kondizzjonat.

Taqsima II: Faċilitajiet oħra li għalihom jistgħu jiġu applikati kondizzjonijiet taħt Artikolu 5(1)(b)

(a) Aċċess għal interfaces ta' programm applikattivi (APIs);

(b) Aċċess għal gwidi elettroniċi ta' programmi (EPGs).

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA MINIMA TA' AFFARIJIET LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI F'OFFERTA TA' REFERENZA GĦAL AĊĊESS DISASSOĊJAT GĦAL-LINJA LOKALI TA' PAR METALLIKU MILWIJI LI GĦANDHA TIĠI PPUBLIKATA MILL-OPERATURI NOTIFIKATI

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness it-tifsiriet li ġejjin japplikaw:

(a) "sub-linja lokali" tfisser linja lokali parzjali li tikkonettja il-punt terminali ta' network fil-fond ta' l-abbonat ma' punt ta' konċentrazzjoni jew punt intermedju speċifikat ta' aċċess fin-network tat-telefon pubbliku fiss;

(b) "aċċess disassoċjat għal-linja lokali" tfisser l-aċċess disassoċjat sħiħ għal-linja lokali u l-aċċess li jinqasam għal-linja lokali; ma jinvolvix bidla fil-proprjetà tal-linja lokali;

(ċ) "aċċess disassoċjat sħiħ għal-linja lokali" tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali ta' l-operatur notifikat li jawtorizza l-użu għall-ispettru sħiħ tal-frekwenzi tal-par metalliku milwi;

(d) "aċċess maqsum għal-linja lokali" tfisser il-provvista lil benefiċċjaru ta' aċċess għal-linja lokali jew is-sub-linja lokali ta' l-operatur notifikat li jawtorizza l-użu tal-firxa tal-frekwenza li mhix tal-vuċi ta' l-ispettru tal-par metalliku milwi; il-linja lokali tibqa' tiġi wżata mill-operatur notifikat biex jipprovdi servizzi tat-telefon lill-pubbliku.

A. Kondizzjonijiet għall-aċċess disassoċjat għal-linja lokali

1. L-elementi tan-network li għalihom l-aċċess huwa offrut ikopri b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:

(a) aċċess għal-linji lokali;

(b) aċċess għall-firxa tal-frekwenza li mhix tal-vuċi ta' l-ispettru ta' linja lokali fil-każ ta' aċċess maqsum għal-linja lokali;

2. Tagħrif li jikkonċerna s-siti ta' l-aċċess fiżiku [1], id-disponibilità tal-linji lokali f'partijiet speċifiċi tarn network ta' l-aċċess;

3. Kondizzjonijiet tekniċi relatati ma' l-aċċess u l-użu ta' linji lokali, nklużi l-karatteristiċi tekniċi tal-par metalliku milwi fil-linja lokali;

4. Proċeduri ta' ordnijiet u forniment, restrizzjonijiet ta' l-użu.

B. Servizzi ta' ko-lokazzjoni

1. Tagħrif dwar is-siti relevanti ta' l-operatur notifikat [2].

2. Għażliet ta' ko-lokazzjoni tas-siti ndikati taħt il-punt 1 (inkluża ko-lokazzjoni fiżika u, fejn xieraq, ko-lokazzjoni mill-bogħod u ko-lokazzjoni virtwali).

3. Karatteristiċi ta' l-apparat: restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, dwar apparat li jista' jiġi ko-lokat.

4. Kwistjonijiet ta' sigurtà: miżuri mwettqa minn operaturi notifikati biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-lokazzjonijiet tagħhom.

5. Kondizzjonijiet ta' aċċess għall-persunal ta' operaturi kompetittivi.

6. Standards ta' sigurtà.

7. Regoli għall-allokazzjoni ta' spazju fejn l-ispazju ta' ko-lokazzjoni huwa limitat.

8. Kondizzjonijiet għal benefiċjarji biex jispezzjonaw il-lokazzjonijiet li fihom il-ko-lokazzjoni hija disponibbli, jew siti fejn il-ko-lokazzjoni tkun ġiet rifjutata fuq il-bażi ta' nuqqas ta' kapaċità.

Ċ. Sistemi ta' informazzjoni

Kondizzjonijiet għall-aċċess tas-sistemi ta' appoġġ operattiv ta' l-operatur, sistemi ta' informazzjoni jew databases għall-ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta' manutenzjoni u tiswija u kontijiet.

D. Kondizzjonijiet ta' forniment

1. Iż-żmien massimu għal tweġibiet għal talbiet għall-forniment ta' servizzi u faċilitajiet; ftehim għall-livell tas-servizz, tiswijiet tal-ħsarat, proċeduri għar-ritorn għall-livel normali ta' servizz u kwalità tal-parametri tas-servizz.

2. Termini għall-kuntratti standard, inkluż, fejn xieraq, il-kumpens provdut meta fejn iż-żminijiet massimi ma jinżammux.

3. Prezzijiet jew formoli għall-ipprezzar ta' kull karatteristika, funzjoni u faċilità elenkata hawn fuq.

[1] Id-disponibilità ta' din l-informazzjoni tista' tiġi ristretta għall-partijiet interessati biss, sabiex jiġi evitat tħassib ta' sigurtà pubblika.

[2] Id-disponibilità ta' din l-informazzjoni tista' tiġi ristretta għall-partijiet interessati biss, sabiex jiġi evitat tħassib ta' sigurtà pubblika.

--------------------------------------------------

Top