EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0802

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 li temenda id-Deċiżjoni Nru 98/566/KE dwar il-konkluzjoni ta’ Ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada (2002/802/KE)

ĠU L 278, 16.10.2002, p. 21–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/802/oj

32002D0802



Official Journal L 278 , 16/10/2002 P. 0021 - 0021


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta’ Ottubru 2002

li temenda id-Deċiżjoni Nru 98/566/KE dwar il-konkluzjoni ta’ Ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada

(2002/802/KE)

Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Biex jassigura t-tħaddim effiċjenti tal-Ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada [1] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"Ftehim") huwa neċessarju li tiġi emendata d-Deċiżjoni 98/566/KE [2] biex tagħti s-saħħa lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri kollha neċessarji għat-tħaddim tal-Ftehim.

(2) Il-Kunsill għandu jżomm il-poter biex jiddeċidi fuq it-tmiem ta’ l-Annessi Settorjali,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Uniku Artikolu

L-Artikolu 3 tad-Deċizjoni Nru 98/566/KE għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapreżenta l-Komunità fil-Kumitat Konġunt u fil-gruppi konġunti settorjali stabbiliti mill-Anness Settorjali, previsti fl-Artikoli XI u XII tal-Ftehim, assistita mill-Kumitat speċjali innominat mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipproċedi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-ħatriet, għan-notifikazzjonijiet, għall-iskambji ta’ l-informazzjoni u għat-talbiet ta’ l-informazzjoni speċifikati fil-Ftehim.

2. Il-Posizzjoni tal-Komunità fir-rigward tad-deċiżjoni li għandha tiġi meħuda mill-Kumitat Konġunt għandha tiġi determinata, fir-rigward tat-tmiem ta’ l-Annessi Settorjali skond l-Artikolu XIX(2), mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.

3. Il-posizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt jew, kif xieraq, fil-gruppi settorjali għandu f’kull każ ieħor jkun determinat mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni tal-Kumitat speċjali msemmi fil-paragraph 1."

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU L 280, 16.10.98, p. 3.

[2] ĠU L 280, 16.10.98, p. 1.

--------------------------------------------------

Top