EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0740

Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2002 Li tistabilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lis-saqqijiet u li temenda d-Deċiżjoni 98/634/KE (innotifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3293)(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 236, 4.9.2002, p. 10–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/07/2009; Imħassar b' 32009D0598

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/740/oj

32002D0740



Official Journal L 236 , 04/09/2002 P. 0010 - 0015


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ Settembru 2002

Li tistabilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lis-saqqijiet u li temenda d-Deċiżjoni 98/634/KE

(innotifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3293)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/740/KE)

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għotja ta’ l-eko-tikketta Komunitarja [1], u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1) Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li għandu l-karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib in konnessjoni ma’ aspetti ambjentali importanti.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi ta’ l-eko-tikketta għandhom ikunu stabbiliti skond il-gruppi ta’ prodott.

(3) Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji ta’ l-eko-tikketta, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ istima u verifika konnessi tal-kriterji, għandha ssir fi żmien dovut qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodott. Riżultat ta’ dik ir-riveżjoni għandu jkun proposta għal titwil, irtirar jew reviżjoni.

(4) Huwa xieraq li jkunu rriveduti l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/634/KE tat-2 ta’ Ottubru 1998 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lis-saqqijiet [2] biex jirriflettu l-iżviluppi fis-suq. Fl-istess ħin il-perjodu ta’ validita ta’ dik id-Deċiżjoni kif estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/540/KE [3] u d-definizzjoni tal-grupp ta’ prodott għandhom ikunu emendati.

(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida għandha tkun adottata li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għal dan il-grupp ta’ prodott, li għandu jkun validu għal perjodu ta’ ħames snin.

(6) Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta’ mhux iktar minn 18-il xahar, kemm il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni u l-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 98/634/KE għandhom ikunu validi fl-istes żmien, biex jippermettu ħin suffiċjenti għal kumpaniji li ngħataw jew li applikaw għall-għotja ta’ eko-tikketta għal prodotti tagħhom qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni biex jaddataw dawk il-prodotti biex jikkonformaw ruħhom mal-kriterji l-ġodda.

(7) Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom huma bbażati fuq l-abbozz ta’ kriterji żviluppati mill-Bord dwar l-Eko-ttikkettjar ta’ l-Unjoni Ewropea stabbilit taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

(8) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit b’l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saqqu tas-sodda għandu jaqa’ (jkun) ġol-grupp ta’ prodott saqqijiet tas-sodda "kif definiti fl-Artikolu 2, u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi ddikjarati fl-Anness ma" din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-grupp ta’ prodott "saqqijiet tas-sodda" għandu jikkomprendi:

(a) saqqijiet tas-sodda fit-tifsira tal-paragrafu 2;

(b) ragħwa tal-lattiċe għal-użu f’saqqijiet tas-sodda;

(ċ) ragħwa tal-poliuterejn għal użu f’saqqijiet tas-sodda.

2. "Saqqijiet tas-sodda "tfisser prodotti li jipprovdu wiċċ li fuqu jsir irqad jew serħan, li jikkonsisu f’koperta ta’ drapp b’saħħtu mimlija b’materjali, u li jistgħu" jitqiegħdu fuq struttura ta’ sodda eżistenzi li tweżinhom (li jitqiegħdu fuqha)."

Dan jinkludi saqqijiet inkwadrati bil-molol, li huma ddefiniti bħala bażi ta’ sodda b’tapezzerija li tikkonsisti f’molol, mimlija b’materjal ta’ mili, fuq qafas riġidu biex jintuża f’qafas ta’ sodda jew li jieqaf waħdu, magħqud (miżjud) ma’ pjattaforma ta’ saqqu li mhix intiża biex tintuża separatament.

Saqqijiet li jintefħu u saqqijiet ta’ l-ilma huma esklużi.

Artikolu 3

Għal finijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodott "Saqqijiet tas-sodda" għandu jkun "014".

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/634/KE huwa ssostitwit b’li ġej:

"Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodott u l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għal grupp ta’ prodott għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Jannar 2004."

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2002 sal-31 ta’ Awwissu 2007.

Produtturi ta’ prodotti li jaqgħu ġol-grupp ta’ prodott "saqqijiet tas-sodda" li diġa ngħatatilhom l-eko-tikketta qabel l-1 ta’ Settembru 2002 jistgħu jissoktaw jużaw dik it-tikketta sal-31 ta’ Jannar 2004.

Produtturi ta’ prodotti li jaqgħu ġol-grupp ta’ prodott "saqqijiet tas-sodda" li diġa applikaw għall-għotja ta’ l-eko-tikketta qabel l-1 ta’ Settembru 2002 jistgħu jingħataw l-eko-tikketta taħt it-termini tad-Deċiżjoni 98/634/EC. F’dawn il-każi t-tikketta tista’ tintuża sal-31 ta’ Jannar 2004.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, 21.09.00, p. 1.

[2] ĠU L 302, 12.11.98, p. 31.

[3] ĠU L 194, 18.07.01, p. 50.

--------------------------------------------------

ANNESS

QAFAS

L-għanijiet (miri) tal-kriterji

Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikulari biex:

- jillimitaw l-użu ta’ komposti eko-tossiċi,

- jillimitaw il-livelli ta’ fdalijiet tossiċi,

- jippromwovu prodott li jżomm iktar fit-tul (iktar durabbli).

Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar ta’ saqqijiet tas-sodda li għandhom impatt ambjentali iktar baxx (aktar baxx).

Rekwiżiti għal stima u verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi għal stima u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa rikjest li jagħti dikarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analisi, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformita mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu u/jew il-fornitur/i tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Rapporti tat-testi għandhom isiru minn laboratorji indipendenti (parti terza). Madankollu, il-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni jista’ b’mod eċċezzjonali jaċċetta rapporti ta’ testijiet minn laboratorji interni (in-house) akkreditati kif xieraq.

Fejn xieraq, metodi ta’ ttestjar barra minn dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni.

Fejn xieraq, korpi kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ta’ apoġġ jew jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Huwa rrakkomandat lill-korpi kompetenti li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rrikonoxxuti ta’ mmaneġġar ambjentali, bħal EMAS jew EN ISO1 4001, meta jistmaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw konformita mal-kriterji (Nota: mhux rikjest li jkunu implimentati skemi ta’ mmaneġġar bħal dawn.).

Nota:

Kriterji speċifiċi huma stabbiliti għall-materjali li ġejjin: ragħwa tal-lattiċe, ragħwa tal-poliuretejn, wire u molol, fibbri ta’ ġewż ta’ l-Indi, fibbri ta’ njam u tessuti u oġġetti minsuġa. Materjali oħra li dwarhom ebda kriterji speċifiċi ta’ materjal m’huma stabbiliti huma permessi. Il-kriterji għal ragħwa tal-lattiċe, ragħwa tal-poliuretejn, jew fibbri ta’ ġewż ta’ l-Indi għandhom biss ikunu sodisfatti jekk dak il-materjal jikkontribwixx iktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti informazzjoni ddettaljata dwar il-komposizzjoni tal-materjal tas-saqqijiet.

KRITERJI

1. Ragħwa tal-lattiċe

Nota:

Il-kriterji għandhom biss ikunu sodisfatti jekk ragħwa tal-lattiċe tikkontribwixxi iktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqijiet.

(a) Metalli tqal estrattibbli: il-konċentrazzjoni tal-metalli li ġejjin ma għandhomx jaqbżu il-valuri li ġejjin:

antimony | 0,5 ppm |

arseniku | 0,5 ppm |

ċomb | 0,5 ppm |

cadmium | 0,1 ppm |

kromju (total) | 1,0 ppm |

cobalt | 0,5 ppm |

ram | 2,0 ppm |

nikil | 1,0 ppm |

merkurju | 0,02 ppm |

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti rapport ta’ test, billi juża l-metodu ta’ test li ġej: Kampjun mitħun estratt skond DIN 38414-S4, L/S = 10. Filtrazzjoni b’filtru ta’ membrana ta’ 0,45 μm. Analisi permezz ta’ spettroskopija b’emissjoni atomika bi plażma induttiva akkoppjata (ICP-AES) jew bi fwar idrur jew kiesaħ.

(b) Formaldehyde: Il-konċentrazzjoni ta’ formaldehyde m’għandhiex tkun iktar minn 30 ppm kif imkejla bi EN ISO 14184-1. Alternattivament hija m’għandhiex tkun iktar minn 0,01 mg/m3 kif imkejla bit-test chamber.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti rapport ta’ test, billi juża l-metodu ta’ test li ġej: EN ISO 14184-1. Kampjun ta’ 1 g ma’ 100 g ilma msaħħan sa 40 °C għal 1 siegħa. Formaldehyde f’estratt analizzata b’aċitilaċetun, fotometrika.

Alternattivament, it-test ta’ l-emissjoni taċ-chamber jista’ jintuża: ENV 13419-1, ma’ EN ISO 16000-3 jew VDI 3484-1 għat-teħid ta’ kampjun u analisi ta’ arja. Il-kampjun għandu jittieħed f’inqas minn ġimgħa wara produzzjoni tar-ragħwa. Ippakkjar tal-kampjun: pakkjat mingħajr arja, b’mod individwali, f’fuljetta ta’ aluminju u fuljetta PE. Kondizzjonar: Il-kampjun pakkjat għandu jinħażen f’temperatura tal-kamra għall-inqas għal 24 siegħa, u wara l-kampjun jinħall u jkun trasferit immedjatament fiċ-chamber tat-test. Kondizzjonijiet għal ittestjar: Kampjun imqiegħed fil-holder tal-kampjun li jippermetti aċċess għall-arja minn kull naħa; fatturi klimatiċi kif fi ENV 13419-1; għal paragun ta’ riżultati ir-rata ta’ ventilazzjoni speċifikata għall-area (q = n/l) għandha tkun 1; ir-rata ta’ ventilazzjoni għandha tkun bejn 0,5 u 1; it-teħid ta’ kampjun ta’ l-arja għandu jinbeda 24 siegħa wara chamber loading u mitmum l-iktar tard 30 siegħa wara l-loading.

(ċ) Komposti organiċi volatili (KOVi): Il-konċentrazzjoni ta’ KOVi m’għandhiex tkun iktar minn 0,5 mg/m3. F’dan il-kuntest, KOVi huma kull kompost organiku li għandu f’ 293,15 K’ pressjoni ta’ fwar ta’ 0,01 kPa jew iktar, jew li għandu volatilita korrispondenti taħt il-kondizzjonijiet partikulari ta’ użu.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti rappor ta’ test, billi juża l-metodu ta’ test li ġej: test chamber (b’kondizzjonijiet bħal fil-kriterju 1(b) fuq formaldehyde) b’DIN ISO 16000-6 għal teħid ta’ kampjun u analisi ta’ arja.

(d) Kuluri, pigmenti, retardanti ta’ fjammi: Kull kuluri, pigmenti jew retardanti ta’ fjammi wżati għandhom jikkonformaw mal-kriterji korrispondenti (elenkati hawn iktar’ l isfel) preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE tal-15 ta’ Mejju 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lil prodotti tat-tessuti u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE [1]:

impuritajiet f’kuluri

impuritajiet f’pigmenti

għoti ta’ kulur b’murdant tal-kromju

kuluri azo

kuluri li huma karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għal riproduzzjoni

kuluri li jistgħu jissensibilizzaw

ritardanti ta’ fjammi.

Stima u verifika: L-applikant għandu jew jagħmel dikjarazzjoni li ma użax jew jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ stima u verifika korrispondenti preskritti fid-Deċiżjoni 2002/371/KE.

(e) Kuluri b’kumpless ta’ metalli: Kuluri b’kumpless ta’ metalli bbażati fuq ram, ċomb, kromju jew nikil m’għandhomx jintużaw.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħmel dikjarazzjoni li ma wżax.

(f) Chlorophenols: Ebda chlorophenol (melħ u ester) m’għadu jkun preżenti f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 0,1 ppm, ħlief phenols mono- u di-klorinati (melħ u ester) li m’għandhomx ikunu iktar minn 1 ppm.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti rapport ta’ test, billi juża l-metodu ta’ test li ġej: Kampjun ta’ tħin ta’ 5 g, estrazzjoni tal-chlorophenol jew melħ tas-sodju. Analisi permezz kromatografija tal-gass (GC), detection (skoperta) bi spettrometru ta’ massa jew ECD.

(g) Butadiene: Il-konċentrazzjoni ta’ butadiene m’għandhiex tkun ta’ iktar minn 1 ppm.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti rapport ta’ test, bili juża l-metodu ta’ test li ġej: Tħin u wżin ta’ kampjun. Teħid ta’ kampjun b’headspace sampler. Analisi b’kromatografija tal-gass, skoperta b’jonizzazzjoni tal-fjamma.

(h) Nitrosamines: Il-konċentrazzjoni tan-nitrosamines m’għandhiex tkun iktar minn 0,001 mg/m3 kif meqjusa bit-test chamber.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti rapport ta’ test, billi juża l-metodu ta’ test li ġej: it-test chamber (b’kondizzjonijiet bħal fil-kriterju 1(b) dwar formaldehyde) b’Hauptverband der gewerblichen Berufsgenossenschaften ZH 1/120.23 (jew ekwivalenti) għal teħid u analisi ta’ arja.

2. Ragħwa ta’ poliuretejn (PUR)

Nota:

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu ssodisfatti biss jekk ragħwa PUR tikkontribwixxi għal iktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

(a) Metalli tqal li jistgħu jkunu estratti: Ir-ragħwa PUR għandha tissodisfa r-rekwiżit korripondenti għal ragħwa tal-lattiċe ddettaljat fil-kriterju 1(a).

Stima u verifika: bħal fil-kriterju 1(a).

(b) Formaldehyde: Ir-ragħwa PUR għandha tissodisfa r-rekwiżit korrispondenti għal ragħwa tal-lattiċe ddettaljat fil-kriterju 1(b).

Stima u verifika: bħal fil-kriterju 1(b).

(ċ) Komposti organiċi volatili (KOVi): Ir-ragħwa PUR għandha tissodisfa r-rekwiżit korrispondenti għal ragħwa tal-lattiċe ddettaljat fil-kriterju 1(ċ).

Stima u verifika: bħal fil-kriterju 1(ċ).

(d) Kuluri, pigmenti, ritardanti ta’ fjammi: Ir-ragħwa PUR għandha tissodisfa r-rekwiżit korrispondenti għal ragħwa tal-lattiċe ddettaljat fil-kriterju 1(d).

Stima u verifika: bħal fil-kriterju 1(d).

(e) Kuluri b’kumpless ta’ metalli: Ir-ragħwa PUR għandha tissodisfa r-rekwiżit korrispondenti għal ragħwa tal-lattiċe ddettaljat fil-kriterju 1(e).

Stima u verifika: bħal fil-kriterju 1(e).

(f) Landa organika: Landa f’għamla organika (landa f’rabta ma’ atomu tal-karbun) m’għandhiex tintuża.

Stima u verifika: applikant għandu jagħti dikjarazzjoni li ma wżax. Ittestjar mhux rikjest. Jekk, madankollu (e.g. għal għanijiet ta’ verifika jew immonitorjar), l-ittestjar isir, il-metodu ta’ test li ġej għandu jintuża: kull metodu li b’mod speċifiku jkejjel kompost ta’ landa organika mingħajr ma jkejjel il-preżenza ta’ kull kompost ta’ landa inorganika bħal octoate tal-landa.

(ġ) Aġenti ta’ infiħ: CFCs, HCFCs, HFCs jew klorur tal-metilin m’għadhomx jintużaw bħala aġenti ta’ nfiħ jew bħala aġenti ta’ nfiħ awżiljarji. L-użu ta’ klorur tal-metilin bħala aġent ta’ nfiħ awżiljarju huwa madankollu permess flimkien ma’ l-applikazzjoni ma’ ritardanti trab ta’ fjammi.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni li dawn l-aġenti ta’ nfiħ ma ntużawx. Fejn intuża l-klorur tal-mitilin, dak l-applikant għandu jiddikjara li dan sar biss flimkien ma’ l-applikazzjoni ta’ ritardanti trab ta’ fjammi, u jagħti dettalji korrispondenti.

3. Wire u molol

(a) Decreasing: Jekk decreasing u/jew tindif ta’ wire u/jew molol isir b’solventi organiċi, għandu jsir użu minn sistema magħluqa ta’ tindif/decreasing.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni korrispondenti.

(b) Galvanizzazzjoni: Il-wiċċ tal-molol m’għandux jitgħatta b’kisja ta’ metall galvaniku.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni korrispondenti.

4. Fibbri tal-ġewż ta’ l-Indi

Nota:

Il-kriterju li ġej għandu jkun issodisfatt biss jekk fibbri tal-ġewż ta’ l-Indi jikkontribwixxu iktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

Jekk il-materjal ta’ fibbra ta’ ġewż ta’ l-Indi jkun iggommat, huwa għandu jikkonforma mal-kriterji applikabbli għar-ragħwa tal-lattiċe.

Stima u verifika: L-applikant għandu jew jagħti dikjarazzjoni li fibbri ta’ ġewż ta’ l-Indi ggommati mhumiex użati, jew jagħti rapporti ta’ testijiet kif iddettaljat fil-kriterju hawn iktar ’il fuq dwar ragħwa tal-lattiċe.

5. Materjal ta’ l-injam

(a) Bord magħmul minn partikuli: Il-forimaldehyde imkejjel f’kull bord magħmul minn partikuli wżat m’għandux ikun ta’ iktar minn 50 % ta’ l-inqas valur li jkun jippermettilu li jkun ikklassifikat bħala ta’ kwalita ta’ klassi 1 skond l-EN 312-1.

Stima u verifika: L-applikant għandu jew jagħti dikjarazzjoni li bord magħmul minn partikuli mhuwiex użat jew jagħti rapporti ta’ testijiet kif iddettaljat fl-EN 312-1.

(b) Bord tal-fibra: Il-formaldehyde imkejjel f’kull bord tal-fibbra wżat m’għandux ikun ta’ iktar minn 50 % ta’ l-inqas valur li jippermettilu li jkun ikklassifikat bħala ta’ kwalita ta’ klassi A skond l-EN 622-1.

Stima u verifika: L-applikant għandu jew jagħti dikjarazzjoni li bord tal-fibbra mhuwiex użat jew jagħti rapporti ta’ testijiet kif iddettaljat fl-EN 622-1.

6. Tessuti (fibbri u nsiġ)

It-tessuti kollha ta’ fibbri u nsiġ (ħlief ħajt għal ħjata) għandhom jikkonformaw mal-kriterji relevanti kollha preskritti fid-Deċiżjoni 2002/371/KE (li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi tal-prodotti tat-tessuti).

Stima u verifika: L-applikant għandu jew jagħti dokumentazzjoni ddetaljata li turi li l-fibbri u l-insiġ ingħataw l-eko-tikketta d-dokumentazzjoni ddetaljata (rapporti ta’ testijiet, dikjarazzjonijiet, eċċ) preskritti fid-Deċiżjoni 2002/371/KE li tippermetti li l-fibbri u nsiġ jingħataw l-eko-tikketta Komunitarja.

7. Kolol

(a) Komposti organiċi volatili (KOVi): Kull kolol użati għandu jkun fihom inqas minn 10 % bil-piż ta’ komposti organiċi volatili (KOVi). Dan il-kriterju ma’ japplikax għal kolol użati għal tiswijiet okkażjonali (ta’ xi kultant). F’dan il-kuntest, KOVi huma kull kompost organiku li għandu f’293,15 K pressjoni ta’ fwar ta’ 0,01 kPa jew iktar, jew li jkollu volatilita korrispondenti taħt il-kondizzjonijiet partikolari ta’ użu.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni li l-kolol kollha wżati jikkonformaw ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ apoġġ (konferma).

(b) Benżini, klorobenżini: Kull kolol użati m’għandux ikollhom benżina jew klorobenżini.

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni li l-kolol użati jikkonformaw ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ apoġġ (konferma).

8. Durabilita

(a) Telf ta’ għoli: It-telf ta’ għoli għandu jkun ta’ anqas minn 20 mm.

(b) Telf ta’ fermezza: It-telf ta’ fermezza (Hs) għandu jkun ta’ inqas minn 20 %.

Stima u verifika (kemm għal (a) u kemm għal (b)): L-applikant għandu jagħti rapport ta’ test billi juża l-metodu ta’ test li ġej: EN 1957. It-telf fl-għoli u fermezza jirreferi għad-differenza bejn il-kejlijiet magħmula inizzjalment (f’100 ċikli) u wara l-ikkompletar (30000 ċiklu) tat-test ta’ durabilita.

9. Informazzjoni fuq l-ippakjar

It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jidher fuq l-ippakkjar:

"Għal iktar informazzjoni dwar l-għaliex dan il-prodott ingħata il-Fjura jekk jogħġbok żur il-web-site: http://europa.eu.int/ecolabel"

"Jekk jogħġbok ikkonsulta ma’ l-awtorita lokali tiegħek dwar l-aħjar mod kif tiddisponi mis-saqqu qadim tiegħek."

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti kampjun ta’ l-ippakkjar tal-prodott u tal-informazzjoni fornita mal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformita ma’ dan il-kriterju.

10. Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta

Kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta għandu jkun fiha it-test li ġej:

"sustanzi li jagħmlu ħsara

durabilita approvata"

Stima u verifika: L-applikant għandu jagħti kampjun ta’ l-ippakkjar tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformita ma’ dan il-kriterju.

[1] ĠU L 133, 18.05.02, p. 29.

--------------------------------------------------

Top