EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0483

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1999/120/KE dwar it-twaqqif ta' listi provviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-interjuri ta' l-annimali, dwar l-Ukrajna (notifikata bid-dokument numru C (2002) 2226)Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 166, 25.6.2002, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/483/oj

32002D0483



Official Journal L 166 , 25/06/2002 P. 0025 - 0026


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-24 ta' Ġunju 2002

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1999/120/KE dwar it-twaqqif ta' listi provviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-interjuri ta' l-annimali, dwar l-Ukrajna

(notifikata bid-dokument numru C (2002) 2226)

Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/483/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 fuq il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti, għall-perjodu interim, listi provviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta' oriġini ta' l-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif ġie l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni Nru 2001/4/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Billi:

(1) Listi proviżjonali ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li jipproduċu nterjuri ta' l-annimali ġew stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/KE [3], kif ġie l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni Nru 2000/80/KE [4].

(2) L-Ukrajna provdiet l-isem ta' stabbiliment li jipproduċi l-interjuri ta' l-annimali li l-awtoritajiet kompetenti jiċċertifkaw li l-istabbiliment hu skond ir-regoli tal-Komunità.

(3) Lista proviżjonali ta' l-istabbiliment tista' tkun stabbilita għall-Ukrajna. Id-Deċiżjoni Nru 1999/120/KE għandha għalhekk tiġi emedata konsegwetament.

(4) Il-miżuri provduti f'din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 1999/120/KE, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda għall-Ukrajna:

País: UcrainaLand: UkraineLand: UkraineΧώρα: ΟυκρανίαCountry: UkrainePays: UkrainePaese: UcraniaLand: OekraïnePaís: UcrâniaMaa: UkrainaLand: Ukraina

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

UA 13 03 01 | Hinkel-Kogut | Village Berezets, District Horodok | Lviv region | |

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mil-20 ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-24 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, 11.10.95, p. 17.

[2] ĠU L 2, 05.01.01, p. 21.

[3] ĠU L 36, 10.02.99, p. 21.

[4] ĠU L 30, 04.02.00, p. 41.

--------------------------------------------------

Top