This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0235
2002/235/EC: Commission Decision of 13 March 2002 amending Decision 97/245/EC, Euratom laying down the arrangements for the transmission by Member States to the Commission of certain information under the Communities' own resources system (notified under document number C(2002) 416)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/245/KE, Euratom fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trasmissjoni mill-Istati Membri għall-Kummissjoni ta' ċertu nformazzjoni taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. (notifikata bid-dokument numru K(2002) 416)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/245/KE, Euratom fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trasmissjoni mill-Istati Membri għall-Kummissjoni ta' ċertu nformazzjoni taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. (notifikata bid-dokument numru K(2002) 416)
ĠU L 79, 22.3.2002, p. 61–65
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D2366
Official Journal L 079 , 22/03/2002 P. 0061 - 0065
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/245/KE, Euratom fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trasmissjoni mill-Istati Membri għall-Kummissjoni ta' ċertu nformazzjoni taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. (notifikata bid-dokument numru K(2002) 416) (2002/235/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta' Ottubru 1994 fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tagħha, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [2], li timplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu, Billi: (1) Fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1355/96 [3], il-Kunsill adotta disposizzjonijiet mfassla biex itejbu ċertu partijiet ta' l-arranġamenti li l-Istati Membri jirraportaw lill-Kummissjoni fuq l-azzjonijiet li huma ħadu biex jiksbu lura riżorsi proprji, partikolarment fejn frodi u irregolaritajiet huma nvoluti. (2) Fuq dik il-bażi, l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom fl-20 ta' Marzu 1997 fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-tixrid ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji [4]. (3) Għal raġunijiet ta' effettività ta' ġestjoni u ta' spejjeż, l-użu tas-sorsi ta' informazzjoni disponibbli għandhom ikunu razzjonaliżżati billi ssir konċentrazzjoni b'mod partikolari fuq informazzjoni fir-rigward każi ta' frodi u irregolaritajiet li huma rapreżentattivi f'termini ta' impatt. (4) Għandhom jittieħdu passi biex tiġi sfruttata l-esperjenza akwistata fit-tixrid ta' talbiet għal tħassir u biex titjieb il-preżentazzjoni tal-forma użata għal dak il-għan. (5) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma konsistenti ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza fuq riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness VI tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom hawnhekk qed jiġi mibdul permezz ta' l-Anness 6 il-ġdid li hu anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Marzu 2002. Għall-Kummissjoni Michaele Schreyer Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 293, 12.11.94, p. 9. [2] ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1. [3] ĠU L 175, 13.07.96, p. 3. [4] ĠU L 97, 12.04.97, p. 12. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS VI +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------