Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0054

    Id-Deċiżjoni tal-kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar il-kummerċ fl-ispirti

    ĠU L 28, 30.1.2002, p. 131–131 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/54(1)/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    32002D0054



    Official Journal L 028 , 30/01/2002 P. 0131 - 0131


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta’ Jannar 2002

    dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar il-kummerċ fl-ispirti

    (2002/54/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistaBbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu l-ewwel sentenza, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Huwa neċessarju għall-Komunità u l-Afrika t’ Isfel li jipprovdu applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar kummerċ fl-ispirti mit-28 ta’ Jannar 2002 (il- "Ftehim"), sakemm id-dispożizzjonijiet rikjesti mill-Afrika t’Isfel ikunu tlestew sabiex il-Ftehim jidħol fis-seħħ.

    (2) Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha titħalla tagħmel ċertu aġġustamenti tekniċi skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jwaqqaf regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż [1].

    (3) Il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandha għalhekk tkun approvata,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandha tipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar kummerċ fl-ispirti mit-28 ta’ Jannar 2002 u huwa hawnhekk approvat min-naħa tal-Komunità.

    It-test ta’ dan il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri u t-test tal-Ftehim dwar kummerċ fl-ispirti huwa mehmuż ma din id-Deċisjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jaħtar persuna(i) awtorizzata(i) li jiffirmaw il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri u għalhekk tesprimi r-rieda tal-Komunità li tkun marbuta b’dan il-Ftehim.

    Artikolu 3

    Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 5(8) u 16(2) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-ispirti, il-Kummissjoni hija għalhekk awtorizzata, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, li tikkonkludi l-istrumenti rikjesti biex jemendaw dan il-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-Kummissjoni għandha tirrapresenta l-Komunità f’Kumitat Konġunt mwaqqaf taħt l-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar kummerċ fl-ispirti.

    Artikolu 5

    Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, 21 Jannar 2002.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Arias Cañete

    [1] ĠU L 160, 12.06.89, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 3378/94 (ĠU L 366, 31.12.94, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top