This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R2248
Council Regulation (EC) No 2248/2001 of 19 November 2001 on certain procedures for applying the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Croatia, of the other part and for applying the Interim Agreement between the European Community and the Republic of Croatia
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja
ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/01/2003
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2248/oj
Official Journal L 304 , 21/11/2001 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kunsill qiegħed jikkonkludi Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, ta' parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, tal-parti l-oħra, li kien iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' Ottubru 2001 (minn hawnhekk ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni"). (2) Sadattant il-Kunsill qiegħed jikkonkludi ukoll Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja [1] ffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' Ottubru 2001 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Temporanju") li se jipprovdi għal dħul fis-seħħ kmieni tal-kummerċ u tad-disposizzjonijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. (3) Huwa neċessarju li jitniżżlu l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet ta' dawn il-ftehim. (4) Dawn il-ftehim jistipulaw li ċerti prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja jistgħu jiġu importati fil-Komunità, bil-limiti tal-kwoti tat-tariffi, b'rata mnaqqsa ta' dazju doganali jew rata żero. Għalhekk huwa neċessarju li jitniżżlu disposizzjonijiet għall-kalkulazzjoni tar-rati mnaqqsa ta' dazji doganali. (5) Dawn il-ftehim diġaÌ jispeċifikaw il-prodotti li huma eliġibbli għal dawk il-miżuri ta' tariffi, il-volumi relevanti (u żidiet tagħhom), id-dazji applikabbli, perjodi ta' applikazzjoni u kwalunkwe kriterji ta' eliġibbiltaÌ. (6) Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jemendaw in-Nomenklatura Magħquda u l-kodiċi ta' Taric ma jesiġux tibdiliet sostantivi. (7) Fl-interess tas-sempliċità u tal-pubblikazzjoni fil-ħin tar-regolamenti li jimplimentaw il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità, għandha ssir provediment għall-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [2], biex tadotta r-regolamenti li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi għall-prodotti tas-sajd. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [3], għandha tadotta r-regolamenti li jagħmlu aċċessibbli u jipprovdu għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi għall-prodotti ta' "baby-beef". (8) Id-dazji għandhom jiġu totalment sospiżi fejn trattament preferenzali jirriżulta f'dazji ad valorem ta'1 % jew inqas, jew f'dazji speċifiċi ta' EUR 1 jew inqas. (9) Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mad-dħul fis-seħħ jew ma' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Temporanju u jibqa' jiġi applikat sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. (10) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni [4], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Materja tas-suġġett Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiddefinixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' disposizzjonijiet varji tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, ta' parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, tal-parti l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni") u l-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (minn hawnhekk ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Temporanju"). Artikolu 2 Konċessjonijiet fuq il-baby-beef Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti ta' "baby-beef" għandhom jiġu adottatti mill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 3(2). Artikolu 3 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. 2. Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 4( ) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 4 Konċessjonijiet fuq prodotti tas-sajd Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan l-Artikolu 28(1) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwoti ta’ tariffi għall-ħut u prodotti tas-sajd imniżżla fl-Anness Va taż-żewġ ftehim, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 5(2). Artikolu 5 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. 2. Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Artikolu 6 Tnaqqis tat-tariffi 1. Soġġetti għall-paragrafu 2, rati ta' dazju preferenzali għandhom ikunu approssimattivi għall-ewwel post deċimali 2. Fejn ir-riżultat tal-kalkulazzjoni tar-rata tad-dazju preferenzali skond paragrafu 1 huwa wieħed minn dawn li ġejjin, ir-rata ta' preferenza għandha tkun eżenzjoni sħiħa: (a) 1 % jew inqas fil-każ ta' dazji ad valorem, jew (b) EUR 1 jew inqas kull ammont individwali fil-każ ta' dazji speċifiċi. Artikolu 7 Adattamenti tekniċi Emendi u adattamenti tekniċi tar-regoli dettaljati dwar implimentazzjoni adottati skond dan ir-Regolament, li huma neċessarji wara l-bidliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-sottodiviżjonijiet ta' Taric jew dawk li jiġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġodda, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn il-Komunità u l-Kroazja, għandhom jiġu adattati skond il-proċeduri mniżżlin fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 8 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ jew mid-data ta' applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Temporanju. Dik id-data għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Novembru 2001. F'isem il-Kunsill Il-President L. Michel [1] Il-Ftehim Temporanju jkun ippubblikat f'Ġurnal Uffiċjali bid-data ta' l-14 ta' Diċembru 2001. [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17). [3] ĠU L 160, 26.06.99, p. 21. [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. --------------------------------------------------