This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R2136
Council Regulation (EC) No 2136/2001 of 23 October 2001 amending Regulation (EC) No 723/97 on the implementation of Member States' action programmes on control of EAGGF Guarantee Section expenditure
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2136/2001 tat-23 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri għall-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2136/2001 tat-23 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri għall-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF
ĠU L 288, 1.11.2001, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32005R1290
Official Journal L 288 , 01/11/2001 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2136/2001 tat-23 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri għall-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 723/97 [3] jipprovdi illi l-Komunità tikkontribwixxi għan-nefqiet miġrura mill-Istati Membri sabiex jimplimentaw il-programmi l-ġodda ta’ azzjoni, li joħorġu mill-obbligi l-ġodda Komunitarji approvati mill-Kummissjoni u mmirati sabiex itejbu l-istrutturi jew l-effettività tal-kontrolli fuq l-infiq tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF. L-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi jipprovdi illi l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja trid tiġi konċessa għal kull sena kalendarja għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin konsekuttivi li jibdew mis-sena 1997, fil-limitu ta’ l-appropjazzjonjiet annwali awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji fid-dawl tal-perspettiva finanzjarja. (2) Il-Kummissjoni ttrasmettiet lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/97 matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 1997 sas-sena 2000. Mogħtija r-rapporti ta’ l-istima mħejjija mill-Istati Membri u l-effettività tal-programmi implimentati, il-Kummissjoni tikkunsidra illi l-Istati Membri għandhom jissoktaw jirċievu l-assistenza finanzarja sabiex jimplimentaw il-programmi pprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 723/97. (3) B’mod partikolari, minn mindu ġew introdotti metodi tat-teknika ġodda u li jiswew ħafna flus bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1593/2000 tas-17 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li jistabbilixxi sistema amministrattiva integrata u tal-kontroll għal ċerti skemi ta’ l-għajnuna Komunitarja [4], fiż-żona tat-titjib tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni tal-pakkett agrikolu li jkollu rikors għall-metodu tat-teknika tas-sistema tat-tagħrif ġeografiku u ta’ l-ortofotografija diġitali, kontribuzzjoni Komunitarja hija ġġustifikata għalbiex tkopri parti min-nefqa miġrura mill-Istati Membri fil-qafas tal-programmi l-ġodda ta’ azzjoni li jkopru dan il-qasam. F’dan il-kuntest, huwa approprjat, għar-raġunijiet taċ-ċarrezza legali, li jitħassar l-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 723/97. (4) Il-perjodu taż-żmien li matulu l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja tista’ tiġi mħallsa għandu jiġi mġedded b’sentejn. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 723/98 għandu jiġi emendat kif jixraq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) No 723/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Madankollu, għal programmi li għandhom x’jaqsmu mas-sena 2002, il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-programmi ta’ azzjoni lill-Kummissjoni għandu jkun il-31 ta’ Jannar 2002." 2. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(1), l-espressjoni "ħames snin konsekuttivi" għandha tiġi mibdula bl-espressjoni "seba’ snin konsekuttivi". 3. Fl-Artikolu 5, l-aħħar inċiż għandu jiġi mħassar. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-23 ta’ Ottubru 2001. Għall-Kunsill A. Neyts-Uyttebroeck Il-President [1] ĠU C 270 E, tal-25.9.2001, p. 22. [2] Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Ottubru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 6. [4] ĠU L 182, tal-21.7.2000, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6). --------------------------------------------------