EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1680

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1680/2001 tat-22 ta’ Awwissu 2001 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimaliTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 227, 23.8.2001, p. 33–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1680/oj

32001R1680



Official Journal L 227 , 23/08/2001 P. 0033 - 0035


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1680/2001

tat-22 ta’ Awwissu 2001

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterenarji għal prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1553/2001 [2], u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi:

(1) B’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwi jridu jiġu stabbiliti progressivament għas-sustanzi kollha li huma farmakoloġikament attivi li jintużaw fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterenarji maħsuba biex jingħataw lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

(2) Billi limiti massimi ta’residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara li jsir eżami fi ħdan il-Kumitat għal-Prodotti Mediċinali Veterenarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ prodotti ta’ l-ikel.

(3) Billi, waqt li jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti ta’ residwi ta’ prodotti veterenarji mediċinali fi prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-ispeċi ta’ l-annimali li fihom jistgħu jkunu preżenti xi residwi, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull waħda mit-tessuti tal-laħam relevanti miksuba mill-annimal trattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li huwa relevanti għal-monitoraġġ tal-fdalijiet (residwu markatur).

(4) Għall-kontroll ta’ residwi, kif stabbilit fil-leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, il-limiti massimi ta’ residwi għandhom normalment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi. Madanakollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jkunu qegħdin jiġu spustati fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi ta’ residwi, għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ tessuti ta’ muskolu jew ta’ grass.

(5) Fil-każ ta’ prodotti veterinarji mediċinali maħsuba biex jintużaw fuq għasafar li jbidu, annimali li jagħtu l-ħalib jew naħal ta’ l-għasel, iridu jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu għall-bajd, ħalib u għasel.

(6) Il-mebendażol għandu jiġi nfilzat fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

(7) It-tosylchloramide sodju għandu jiġi mdaħħal fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

(8) Għandu jitħalla perijodu adegwat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu xi tibdiliet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet li ngħataw b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 2000/37/KEE [4], sabiex jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex jitpoġġew il-prodotti veterinarji mediċinali konċernati fis-suq;

(9) Il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Veterinarji Mediċinali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 qegħdin jiġu emendati kif jidher fl-Anness ta’ dan.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Awwissu 2001.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 205, tal-31.7.2001, p. 16.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 139, ta’ l-10.6.2000, p. 25.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

2. Aġenti antiparassitiċi

2.1. Aġenti li jaħdmu kontra l-endoparassiti

2.1.3. Benżimidażoli u pro-benżimidażoli

"Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i | Residwu markatur | Speċi ta' l-annimal | LMR | Tessuti bersalji | Dispożizzjonijiet oħra |

Mebendazole | Somma ta' mebendażol methyl (5-(1-hydroxy, 1-phenyl) methyl-1H-benzimidazol-2-yl) carbamate u (2-amino-1H-benzimidazol-5-yl) phenylmetanone, imfisser bħala ekwivalenti ta' mebendazol | Ovini, mogħoż, ekwide | 60 µg/kg | Muskolu | Ma jistgħux jintużaw fuq annimali li jipproduċu l-ħalib għal konsum uman. |

60 µg/kg | Grass |

400 µg/kg | Fwied |

60 µg/kg | Kliewi" |

B. L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

2. Komposti organiċi

"Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i | Speċi ta' annimali | Dispożizzjonijiet oħrajn |

Tosylchloramide sodju | Bovini | Għal użu topikali biss" |

--------------------------------------------------

Top