This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1655
Commission Regulation (EC) No 1655/2001 of 14 August 2001 amending Regulation (EC) No 1622/2000 laying down certain detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine and establishing a Community code of oenological practices and processes
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2001 ta’ l-14 ta’ Awissu, 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi ta’ pratika u proċessi enoloġiċi tal-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2001 ta’ l-14 ta’ Awissu, 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi ta’ pratika u proċessi enoloġiċi tal-Komunità
ĠU L 220, 15.8.2001, p. 17–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008
Official Journal L 220 , 15/08/2001 P. 0017 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2001 ta’ l-14 ta’ Awissu, 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi ta’ pratika u proċessi enoloġiċi tal-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju, 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 46 tiegħu, Billi: (1) Il-punt A(3) ta’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jippermetti li jiżdiedu l-livelli massimi permissibbli ta’ dijossidu sulfuriku fl-inbid fejn il-kondizzjonijiet tat-temp jagħmlu dan neċessarju. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1609/2001 [4], jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, partikolarment dwar il-livelli massimi totali ta’ dijossidu sulfuriku. (3) Bl-ittra tal-21 ta’ Mejju, 2001, il-Gvern Ġermaniż talab li jkun awtorizzat li jżid il-kontenut massimu permissibbli ta’ dijossidu sulfuriku totali fl-inbid, li huwa stabbilit bħala anqas minn 300 milligramma kull litru, b’masismu ta’ 40 milligramma kull litru għal inbid magħmul fil-Ġermanja mill-annata ta’ l-2000, wara li kien hemm kondizzjonijiet tat-temp tassew ħżiena. Dik it-talba għandha tkun milqugħa. (4) Din il-miżura temporanja hija l-unika għażla disponibbli li tassigura li l-annata tas-sena 2000 ma titħassarx u tkun tista’ għalhekk tintuża għal inbejjed magħmulin fil-Ġermanja. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu għalhekk jiġi emendat biex jippermetti żieda fil-livell massimu totali ta’ dijossidu sulfuriku ta’ nbejjed magħmulin fil-Ġermanja mill-annata ta’ l-2000. (6) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid ma tax opinjoni fiż-żmien mogħti lilu mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa b’dan emendat skond kif ġej: 1. Il-paragrafu 4 li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 19: "4. Il-każijiet li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, minħabba kondizzjonijiet tat-temp, għal ċerti nbejjed magħmulin f’ċerti żoni fejn jikber l-għeneb fit-territorju tagħhom, li l-kontenut massimu totali ta’ dijossidu sulfuriku ta’ l-inbid, li huwa stabbilit bħala anqas minn 300 milligramma għal kull litru fil-punt A ta’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jiżdied b’massimu ta’ 40 milligramma kull litru, skond il-lista murija fl-Anness XIIa tiegħu." 2. L-Anness XIIa, li t-test tiegħu jinsab stampat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 14 ta’ Awissu, 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. [2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2. [3] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 1. [4] ĠU L 212, tas-7.8.2001, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS “L-ANNESS XII a Żjieda fil-kontenut massimu totali tad-dijossidu-sulfuriku fejn il-kondizzjonijiet tat-temp jagħmlu dan neċessarju (L-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament) | Sena | Stat Membru | żona(i) fejn jikber l-inbid | Inbejjed in kwistjoni | 1. | 2000 | Ġermanja | Iż-żoni kollha fejn jikber l-inbid fil-Ġermanja | L-inbejjed kollha magħmulin mill-għeneb maqtugħ fis-sena 2000 | --------------------------------------------------