Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1614

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2001 tas-7 ta’ Awwisu 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar miżuri ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

    ĠU L 214, 8.8.2001, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0105

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1614/oj

    32001R1614



    Official Journal L 214 , 08/08/2001 P. 0020 - 0020


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2001

    tas-7 ta’ Awwisu 2001

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar miżuri ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament(KE) Nru 1670/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2771/1999 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 213/2001 [4], jistabbilixxi li x-xiri taħt proċedura ta’ offerta li għandha tinfetaħ jew tkun sospiża, kif ikun xieraq, mill-Kummissjoni fi Stat Membru, f’konformità mal-proċedura ta’ tmexxija stabbilità fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, ladarba jkun ġie osservat li l-prezzijiet tas-suq f’dak l-Istat Membru jkunu taħt jew ’il fuq minn 92 % tal-prezz ta’ l-intervent għal ġimgħatejn sħaħ wara xulxin. Taħt l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament, kull nhar ta’ Ħamis, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-livell tal-prezzijiet tas-suq f’kull Stat Membru, ibbażat fuq il-prezzijiet komunikati minnhom.

    (2) Peress li dawn ir-regoli jeħtieġu li x-xiri jsir taħt proċedura ta’ offerta li għandha tinfetaħ jew tkun sospiża immedjatament wara t-tieni reġistrazzjoni konsekuttiva tal-prezz tas-suq li jkun taħt jew alternattivament ugwali għal jew inkella ’l fuq minn 92 % tal-prezz ta’ l-intervent, id-deċiżjoni li jsir hekk mhix materja ta’ diskrezzjoni, u għalhekk għandha tittieħed mill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr, mingħajr ma jkun hemm rikors għall-proċedura ta’ tmexxija stabbilità fl-Artikolu 42 tar-Regolament(KE) Nru 1255/1999.

    (3) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax l-opinjoni tiegħu fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/1999 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "L- Artikolu 2

    1. Ladarba jkun ġie osservat, f’konformità ma’ l-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-Regolament, li l-prezz tas-suq fi Stat Membru jkun inqas minn 92 % tal-prezz ta’ l-intervent, għal ġimgħatejn sħaħ wara xulxin, il-Kummissjoni għandha tibda x-xiri taħt proċedura ta’ offerta fl-Istat Membru konċernat, f’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

    2. Ladarba jkun ġie osservat, f’konformità ma’ l-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-Regolament, li l-prezz tas-suq fi Stat Membru jkun ugwali għal jew aktar 92 % tal-prezz ta’ l-intervent, għal ġimgħatejn sħaħ wara xulxin, il-Kummissjoni għandha tissospendi x-xiri taħt proċedura ta’ offerta fl-Istat Membru konċernat, f’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999."

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,fis-7 ta’ Awwissu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

    [3] ĠU L 333, tal-24.12.1999, p. 11.

    [4] ĠU L 37, tas-27.3.1987, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top